Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 Aħbarijiet 32 Minn Liam Car ter ILĠIMGĦA l-oħra f 'logħba tar-rawnd tal- kwalifikazjzoni tal-Euro 2020, it-tim nazzjonali Malti rnexxielu jikseb rebħa kontra t-tim tal- Gżejjer Faroe. Din kienet l-ewwel rebħa kompetittiva għat-tim nazzjonali Malti fi żmien 13-il sena. Fid- dawl ta' dan kollu, l-ILLUM ippruvat tistħarreġ eżattament kemm kien il-bonus finanzjarju li ngħataw il-plejers u l-istaff tekniku għal din ir-rebħa 'storika'. €5,000 għall-protagonisti Mill-indagar ta' din il- gazzetta rriżulta li r-rebħa tat-tim nazzjonali Malti swiet 'il-Assoċjazzjoni tal- Futbol ta' Malta (MFA), kważi €100,000 f 'bonuses lill-plejers tal-iskawdra nazzjonali u l-membri tal- istaff tekniku. Sorsi qrib sew l-MFA spjegaw mal-ILLUM li għar- rebħa tagħhom il-plejers ingħataw bonus ta' €5,000 inkluż dawk li ġew sostituti matul il-logħba. Min-naħa l-oħra, dawk il-plejers li ma lagħbux iżda kienu parti mill-iskwadra ħadu n-nofs ta' dan il-bonus, jiġifieri €2,500. Apparti minn hekk, l-istaff tekniku wkoll kien intitolat għal dan il-bonus. Fil-kummenti tiegħu, kelliem għall-MFA qal li, "din hi prassi normali li l-plejers tat-tim nazzjonali jingħataw bonus xieraq skont ir-riżultati miksuba." Kif qal il-kelliem tal- MFA din hi prassi normali fid-dinja tal-ballun u tista' tgħid isseħħ fil-maġġorparti tat-timijiet nazzjonali tal- futbol. Pereżempju, skont rapporti fil-midja Taljana, fl-2014, il-plejers tat-tim nazzjonali tal-pajjiż kienu ġew imwiegħda mal-€550,000 kull wieħed jekk jaslu sal- aħħar stadji tal-finali tat- Tazza tad-Dinja tal-istess sena. "Fl-istess waqt skont rapporti fil-midja Ingliża, l-FA tal-Ingilterra tħallas £2,500 lil kull plejer li jibda fil-partita filwaqt li tagħti £1,500 għal dawk li jkunu mgħajta fl-iskwadra Wirja drammatika kontra t-tim tal-Gżejjer Faroe Il-ġimgħa l-oħra, il-pajjiż kollu ngħaqad f 'daqqa sabiex jiċċelebra r-rebħa tat- tim nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe f 'logħba tal-kwalifikazzjonijiet għall-Euro 2020. F'wirja drammatika, it-tim Malti rnexxielu jegħleb it-tim tal-Gżejjer Faroe bl-iskor ta' 2-1 u dan bi plejer nieqes, l-istess tim li sitt xhur ilu fl-logħba tal-UEFA Nations League għeleb lit-tim Malti bl-iskors ta' 3-1. B'hekk, bir-rebħa tal- ġimgħa t-tim nazzjonali Malti rnexxielu jirbaħ l-ewwel logħba kompetittiva tiegħu f 'temp ta' 13-il sena. Wara l-konfront tal-Gżejjer Faroe, it-tim Malti lagħab kontra t-tim ta' Spanja u tilef bl-iskor ta' 2-0. Ir-rebħa ta' Malta kontra l-Gżejjer Faroe swiet kważi €100,000 It-tim Nazzjonali Malti Rebħa wara 13-il sena għat-tim Malti… Imma kont taf li l-plejers Maltin jieħdu bonus jekk jirbħu logħba? Ritratt: Domnic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019