Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 | illum Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi ILGAZZETTA ILLUM qed tkompli bl-analiżi tagħha, imqassma fuq diversi Ħdud, dwar l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. L-analiżi tagħti ħarsa lejn ir-riżultati fl-aħħar tliet elezzjonijiet tal- kunsilli lokali, fil-kuntest partikolari ta' kull waħda, biex tipprova tifhem aħjar x'inhuma x-xejriet f 'kull lokalità u allura, fil-kuntest tas-sondaġġi bħalissa, x'inhuma l-ewwel previżjonijiet li wieħed jista' jagħmel għal kull lokalità, fejn din il-previżjoni tista' tkun possibbli. Il-gazzetta tidħol fid- dettall tar-riżultat lokalità b'lokalità u, fejn japplika, tanalizza dan fid-dawl ta' elezzjonijiet oħra fl- istess ġurnata u li setgħu affettwaw ir-riżultat. Tħares ukoll lejn kif il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista żiedu jew naqqsu l-voti matul l-aħħar tliet elezzjonijiet u kif din ix-xejra tista' tħalli effett, jekk taffettwa, dak li se jiġri f 'Mejju li ġej. Tkompli f 'paġni 6 u 7... Kunsilli Lokali: ir-riżultati tal-aħħar tliet elezzjonijiet l-kuntest li seħħew. Liema xejriet qegħdin juru dwar il-PN u l-PL? U f 'Mejju x'inhu l-aktar probabbli li jiġri? L-ILLUM tkompli tanalizza l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali Kunsilli Lokali: X'ġara u x'jista' jiġri (2) Iż-Żejtun: Il-Partit Laburista b'rasu mistrieħa Iż-Żejtun bla dubju ta' xejn huwa fortizza Laburista u wieħed jista' jgħid kważi b'ċertezza li l-affarijiet hekk se jibqgħu. Għalkemm din il-gazzetta qed tagħti ħarsa lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet tal- kunsilli lokali, fiż-Żejtun, l-elezzjoni fl-2005 ma kinitx saret hekk kif il-Partit Nazzjonalista kien naqqas il-kandidati tiegħu għall-Kunsill taż-Żejtun, bl-għan li f 'dan il-kunsill ma jkunx hemm bżonn li ssir elezzjoni u l-kandidati jkunu eletti awtomatikament. Fl-2008, iż-Żwieten ħarġu jivvutaw bi ħġarhom f 'elezzjoni ġenerali (li rebaħ il- Partit Nazzjonalista) u vvutaw ukoll għall- Kunsill Lokali. Fl-elezzjoni lokali, il-Partit Laburista kien rebaħ b'6,036 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 2,251 vot. L-aħħar elezzjoni lokali fiż-Żejtun saret ukoll mal-elezzjoni ġenerali tal- 2013 li rebaħ b'maġġoranza kbira l-Partit Laburista. Dik is-sena, il-Partit Laburista reġa' żied il-voti biex kiseb 6,504 voti, jew kważi 76%, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas ftit voti biex kiseb 2,080 vot. Anke jekk x'aktarx li din is-sena ż-żewġ partiti jnaqqsu ftit fil-voti (ġaladarba għall-kuntrarju tas-sentejn li għaddew l-elezzjoni lokali mhux se ssir ma' dik ġenerali, u allura jkun hemm min jippreferi jibqa' d-dar) id-distakk bejn iż- żewġ partiti huwa tant kbir li kważi kważi l-Partit Laburista jista' jserraħ rasu minn din il-lokalità. Ħal Għaxaq: Il-Partit Laburista dejjem iżid Bħaż-Żejtun, Ħal Għaxaq jista' jitqies bħala fortizza kbira Laburista u, fl-aħħar tliet elezzjonijiet tal-kunsill lokali, il- Partit Laburista dejjem żied fl-appoġġ biex fl-aħħar waħda kiseb 79% tal-voti. Fl-elezzjoni lokali tal-2006, meta l-Għaxqin ħarġu jivvutaw għall- elezzjoni tal-kunsill lokali biss, il-Partit Laburista kiseb 1,647 tal-voti u l-Partit Nazzjonalista ġab biss 686 vot. Fl-2009, apparti għall-kunsill, ir- residenti ta' Ħal Għaxaq ħarġu mal-bqija tal-Maltin u vvutaw ukoll fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kif se jkunu qed jerġgħu jagħmlu din is-sena. F'dik l-elezzjoni lokali, il-Partit Laburista żied il-voti biex kiseb 2,159 vot filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti u kiseb 661, jiġifieri distakk ta' 1,498 vot. L-aħħar elezzjoni lokali f 'Ħal Għaxaq saret mal-elezzjoni ġenerali tal-2013 li rebaħ il-Partit Laburista. Kif wieħed jistenna, meta jkun hemm elezzjoni ġenerali, aktar nies joħorġu jivvutaw tant li l-Partit Laburista reġa' żied il-voti u kiseb 2,629 vot. Dan iżda ma tantx kellu effett fuq il-Partit Nazzjonalista li żied biss 36 vot u kiseb 697 vot. Id-distakk kbir li l-Partit Laburista kiseb f 'Ħal Għaxaq fl-aħħar snin, anke meta l-Għaxqin fl-2009 vvutaw ukoll fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jagħmel ir-riżultat tal-elezzjoni lokali li jmiss kważi kważi ovvju.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019