Illum previous editions

ILLUM 31 March 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1098847

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 31 ta' Marzu 2019 Il-Gudja u Santa Luċija: il-PN iżid fl-appoġġ Wied il-Għajn: iż-żewġ partiti jżidu, iżda l-PL fuq quddiem F'Wied il-Għajn, iż-żewġ partiti żiedu ammont sostanzjali ta' voti f 'kull elezzjoni lokali iżda l-Partit Laburista baqa' dejjem fuq quddiem u dejjem żied l-appoġġ fuq il- Partit Nazzjonalista. Fl-2006, l-Iskalin ħarġu jivvutaw għall-kunsill lokali biss. Dakinhar, il- Partit Laburista kien kiseb 2,386 vot u l-Partit Nazzjonalista 877 vot, ftit aktar minn Josie Muscat li kien kiseb u kien elett fil-kunsill b'604 voti wara li kien ħareġ f 'isem il-Grupp Indipendenti Marsaskala. Dik is-sena, kandidat ieħor indipendenti, kien kiseb 45 vot. Elezzjoni lokali oħra saret fl-2009, meta bħal din is-sena, l-Iskalin ivvutaw ukoll għall- Ewroparlamentari. F'din is-sena ma kien hemm l-ebda kandidat indipendenti u marru tajjeb iż- żewġ partiti ewlenin li t-tnejn żiedu l-voti. Il-Partit Laburista kien kiseb 3,722 vot u l-Partit Nazzjonalista żied ukoll biex kiseb 1,689. L-aħħar elezzjoni lokali f 'Wied il-Għajn saret ma' dik ġenerali tal-2013. Forsi għax aktar nies ħarġu jivvutaw mis-snin preċedenti u għax il-popolazzjoni ta' dan ir-raħal turistiku żdiedet, iż-żewġ partiti reġgħu żiedu l-voti, anke jekk għal dan il-kunsill ikkontestat ukoll l-Alternattiva Demokratika. Il-Partit Laburista kiseb 4,643 vot, il-Partit Nazzjonalista 2,299 vot u l-Alternattiva Demokratika kisbet 251 vot. Anke jekk il-Partit Nazzjonalista wkoll żied il- voti f 'din il-lokalità, il-Partit Laburista rnexxielu jkabbar id- distakk f 'kull elezzjoni lokali, biex sal-2013 id-distakk kien dak ta' 2,344 vot. Wieħed ma jista' qatt ikun ċert iżda jista' jbassar li, ġaladarba d-distakk bejn iż-żewġ partiti huwa kważi d-doppju u dejjem baqa' jikber, ir-riżultat x'aktarx se jkun simili għal dak ta' għaxar snin ilu (meta l-Iskalin ivvutaw ukoll għall-MEPs) u l-Partit Laburista jżomm vantaġġ komdu f 'din il-lokalità wkoll. Marsaxlokk: bit-tanker jew mingħajru l-PL jibqa' b'saħħtu F'Marsaxlokk il-Partit Nazzjonalista fadallu ħafna x'jaqdef. Il-Partit Laburista għadu b'saħħtu u kollox jindika li hekk se jibda f 'Mejju li ġej. Fl-2007, il-Partit Laburista rebaħ il-kunsill Xlukkajr b'1,238 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb biss 401 vot. Dik is-sena ħareġ kandidat indipendenti li kiseb 159 vot. Meta fl-2012 il-kandidat indipendenti ma kkontestax, il-Partit Nazzjonalista mhux talli ma gawdiex, talli spiċċa biex naqqas il-voti u kiseb biss 354 vot biex il-Partit Laburista żied u reġa' rebaħ il-kunsill b'1,505. Fl-2015, ir-referendum tal- kaċċa ma tantx jidher li ħalla xi effett għax ħarġu jivvutaw kważi kważi l-istess persentaġġ ta' votanti li vvutaw fl-2012. Madanakollu, jidher li mar aħjar il-Partit Nazzjonalista li żied 209 voti biex kiseb 536 vot, filwaqt li l-Partit Laburista żied 95 vot biex kiseb 1,600 vot. X'aktarx li f 'Mejju ta' din is- sena se joħorġu jivvutaw l-istess ammont ta' Xlukkarji li ħarġu fl-aħħar snin. Anke jekk fl- 2015 il-Partit Nazzjonalista żied aktar voti mill-Partit Laburista, id-distakk bejn il-partiti għadu akbar mid-doppju u dan jagħmel lill-Partit Laburista komdu wkoll f 'din il-lokalità. Żieda fil- votanti tal-PN inaqqsu d-distakk f 'din il-lokalità 'Laburista' Il-Gudja huwa wieħed mill- irħula żgħar fejn il-Partit Laburista dejjem kiseb maġġoranza. Ħarsa lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet juru liż-żewġ partiti jżidu l-voti dejjem, għalkemm id-distakk naqas b'mod minimu. Fl-2006, sentejn qabel il-PN rebaħ elezzjoni bi ftit voti, il-PL kien kiseb 1,245 vot u l-PN kiseb 501 vot biex id-differenza kienet ta' 744 favur il-Partit Laburista. Din id- differenza żdiedet bi ftit, għal 780 fl-2009 meta l-Gudjani vvutaw ukoll biex jeleġġu l-MEPs. Fl-2013 u allura ma' elezzjoni ġenerali, kuntrarjament għal dak li rajna l-ġimgħa l-oħra fil-każi ta' Ħaż-Żabbar u l-Fgura, fil-Gudja d-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas mal- elezzjoni ġenerali. Fil-fatt, dan kien kaġun ta' żieda aktar qawwija fil-vot Nazzjonalista milli fil-vot Laburista. Fil-fatt, filwaqt li l-PL żied 92 vot mill-voti li kien ġab fl-2009, il-PN żied 180 vot. Dan jista' jindika li: 1) jew kien hemm xejra ta' voti f 'din il-lokalità li ma kinitx riflessa fix-xejra nazzjonali, minħabba kwistjonijiet purament lokali jew distrettwali jew inkella 2) u (aktar probabbli) li ħafna votanti Nazzjonalisti ppreferew joqogħdu d-dar f 'elezzjonijiet sekondarji, imma ħarġu jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali. Jekk din ix-xejra tirrepeti ruħha u allura (għax mhux elezzjoni ġenerali) ħafna Nazzjonalisti jerġgħu jibqgħu d-dar il-probabilità hija li d-distakk favur il-PL jiżdied. Żieda fil- votanti kien kaġun ta' żieda aktar qawwija fil-vot Nazzjonalista milli fil-vot Laburista. Fi mill-voti li kien ġab fl-2009, il-PN Kandidat indipendenti li wassal għal tnaqqis fid- distakk Santa Luċija hija lokalità oħra żgħira illi fiha l-Partit Laburista dejjem kiseb maġġoranza komda ħafna. Fl-2010 ma saritx elezzjoni hekk kif in-numru ta' kandidati kien eżatt daqs in-numru ta' kunsilliera li kien hemm bżonn. Jiġifieri l-kalkolu ta' Santa Luċija huwa fuq elezzjonijiet li qatt ma ħabtu ma' waħda fuq bażi nazzjonali imma biss fl-2015 mar- referendum dwar il-kaċċa. Interessanti li hawn il-PL fil-fatt, naqqas il-voti u għalkemm baqa' l-partit b'maġġoranza, fl- 2015 kien l-aktar viċin tal-PN mill- 2007. Fil-fatt fl-2015 id-differenza bejn il-PL u l-PN kienet ta' 623 vot, fl-2012 kienet ta' 842 vot u fl- 2007 kienet ta' 756 vot. Minkejja dan, kien fl-2015 biss illi ħareġ kandidat indipendenti. Dan kiseb 120 vot. Jekk nassumu li ħafna mill-voti li ġab il-kandidat indipendenti huma voti Laburisti, inkunu qed naraw xenarju ta' distakk fl-2015 li huwa viċin ħafna dawk tal-2012 u l-2007. Jekk nassumu li l-maġġoranza tagħhom huma PN inkunu qed inħarsu lejn l-inqas distakk li qatt inkiseb bejn iż-żewġ partiti f 'din il-lokalità. Il-probabilità kbira hija li l-PL iżomm id-distakk b'saħħtu għalkemm dan se jiddependi fuq jekk il-kandidat indipendenti joħroġx għall-elezzjoni ta' Mejju jew le. mill-voti li ġab il-kandidat indipendenti huma voti Laburisti, inkunu qed naraw xenarju ta' ....tkompli minn paġna 5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 31 March 2019