Illum previous editions

ILLUM 7 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1101646

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

G ħandi quddiemi L-ORIZZONT tat-22 ta' Marzu 1980, iżjed minn 39 sena ilu. Fil-paġna ta' quddiem jingħata importanza lid-diskors li ta Dom Mintoff fil-ftuħ tal-konferenza ġenerali tal- Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti li nfetħet ġurnata qabel f 'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi. Dak iż-żmien Mintoff kien Prim Ministru u mexxej tal- Partit Laburista. Fl-istess paġna hemm ritratt ta' Mintoff u b'ittri kbar hemm il-kelmiet ta' Mintoff "Aħna ma ninkoraġġux l-abort" Ir-rapport ta' L-ORIZZONT jgħid hekk: Il-Prim Ministru l-Perit Dom Mintoff qal li l-aħjar soluzzjoni hija li fis-soċjetà jinħolqu ċirkostanzi biex hekk ma jkunx hawn bżonn tal-abort. Is-Sur Mintoff li kien qed jindirizza l-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti qal li l-Gvern Soċjalista mhux lest li jagħmel liġi biex jibgħat il- ħabs lil dawk in-nisa li jkunu għamlu abort. "Aħna ma ninkoraġġux l-abort imma se nitkellmu fuq dawn l-affarijiet biex jispiċċa d-diskors u min irid jgħid xi ħaġa jgħidha u mhux joqgħod jitfa' ħafna botti". Ħadem kontra l-abort "Is-Sur Mintoff spjega li kien il-Moviment tal-Ħaddiema li ħadem biex ħoloq sitwazzjoni kontra l-abort. Huwa qal meta l-Gvern qed jgħin lil dawk it-tfal li jkunu illeġittimi, qed jaħdem kontra l-abort għax hekk l-omm li tkun se jkollha tarbija illeġittima ma titħajjarx tagħmel abort għax taf li hemm min hu lest li jgħinha. "L-istess meta l-Gvern qed jinkoraġġixxi lin-nisa joħorġu jaħdmu b'għemilu qed jaħdem kontra l-abort għax il-mara li jitlaqha r-raġel, jekk tkun qed taħdem tkun f 'sitwazzjoni li tista' żżomm it-tarbija, mhux titħajjar tagħmel abort, qal il-Prim Ministru. "Aħna m'aħniex favur li l-mara tagħmel ħsara lilha nnifisha. Għax min jagħmel abort ma jkunx mar xi xalata. Imma mhux sewwa min jiġi u f 'wiċċi jgħidli li lanqas huwa ma jaqbel li n-nisa li jagħmlu abort għandhom jinxteħtu l-ħabs, imbagħad minn wara jiġi jagħmel ħafna diskors. Dan qed ngħidu wkoll għax il-Moviment tal-Ħaddiema f 'Malta għandu rekord ta' onestà u rekord nadif u bla ipokresija" qal is-Sur Mintoff filwaqt li ssokta jgħid li dawk li qed jagħmlu ħafna kliem fuq l-abort kienu l-istess nies li kienu kontra li n-nisa jingħataw id-drittijiet tagħhom. Mintoff u ż-żgħażagħ Fil-bidu tad-diskors tiegħu, il-mexxej tan-nazzjon qal li kull darba li huwa kellu x-xorti li jkellem liż-żgħażagħ Soċjalisti dejjem ipprova li jsemmi minn dak li jaf li jservi għat-tul mhux għal ġurnata waħda, għal sena waħda jew elezzjoni waħda, imma jekk jista' jkun għal tul ta' ħajja ta' bniedem. "Dan għax issa ż-żagħżugħ għad għandu ħajtu kollha quddiemu, għadu jibni l-pedamenti tiegħu u jrid li dawn il-pedamenti jservuh għat-tul." Għalhekk fid- diskors tiegħu huwa beda jitkellem dwar affarijiet fundamentali, dawk tal- pedament. Hu qal li din il-kelma tfisser belt – fejn il-bnedmin ma jgħixux bħal fil-kampanja mbegħdin minn xulxin iżda jgħixu ħdejn xulxin flimkien u jridu jitgħallmu kif flimkien itejbu ħajjithom. Iċ-ċiviltà tfisser li mhux biss jinqata' mill-ħajja li jgħixu l-annimali għax aħna nixtiequ li nkunu bħall-anġli, iżda kull wieħed minna jaf li nofsna anġli u nofsna annimali. Għalhekk il-bnedmin fiċ- ċiviltà jitbiegħdu mill-ħajja tal- annimali u jibdew joħolqu bejniethom ħajja oħra li hi 'l bogħod ħafna minn dik ta' annimal feroċi li biex jgħix irid jiekol annimal ieħor. Kristu u Karl Marx Meta l-bniedem, jiċċivilizza ruħu jitlaq mill-ħajja ta' selvaġġ u jibda jitgħallem kif jgħix ma' bnedmin oħra. Ċiviltà għalhekk tfisser kif il-bnedmin wara eluf ta'snin tgħallmu jgħixu flimkien, jgħinu lil xulxin. Niftakar f 'okkażjoni oħra Mintoff kien kellem liż-żgħażagħ Soċjalisti fuq Kristu u Karl Marx. Dakinhar kien qalilhom li l-Moviment tal-Ħaddiema għandu mit-tnejn, kemm minn Kristu u kemm minn Karl Marx, imma iżjed għandu minn Kristu milli minn Karl Marx! Dun Anġ Seychell huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth fiż-Żejtun illum | Il-Ħadd 7 ta' April 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Mintoff dwar l-abort ċiviltà Wasal iż-żmien li mmexxu flimkien raħalna f 'qalbna I l-PL fl-1993, illum fil-Gvern, kien kontra l-kunċett tal-Kunsilli Lokali u kien hemm kritika u oppożizzjoni mill-esponenti tal-Partit Laburista. Dawn l-aħħar snin, jekk wieħed jiftakar tajjeb, smajna ħafna żebliħ f 'ċertu kunsilli lokali madwar din il-gżira ta' Malta. L-aktar storja li kienet fuq fomm kulħadd kienet dik fejn fil-Kunsill Lokali ta' Tas- Sliema, kunsillier xerred materjal pornografiku u li għamel użu ħażin minn kompjuter. L-akbar oxxenità tagħha din l-istorja hi, li dan il-Kunsillier kien ħareġ kandidat mal-PL għall- elezzjonjijiet tal-Parlament Ewropew. Il-Qorti tal-Appell kriminali kienet sabet lil dan il-Kunsiller ħati li żamm jew xerred materjal pornografiku u li għamel użu ħażin minn kompjuter. F'xi kunsilli lokali, ċerti sindki jaħsbu li għandhom xi poter, imma mbagħad tara l-livell baxx ta' kompartament illi dawn juru. Dawn is-sindki fil- kunsill li jkunu qegħdin imexxu jkunu qegħdin jagħmlu ħafna ħsara lill- membri sħabhom stess. Qiegħed ngħid dan wara esperjenza ta' sitt snin fil-kunsilli lokali bħala Segretarju Eżekuttiv. Rajt u missejt ġlied fil-Kunsill tal- Imtarfa, bidla ta' aktar minn għaxar Segretarji Eżekuttivi f 'perjodu ta' għaxar snin fil-Kunsill Lokali tal-Birgu u qasma kbira fil-kunsill lokali ta' Ħal Tarxien fejn hemm maġġoranza tal-PL. Bl-għira u r-rejba għall-flus jitkabbru l-irjus jekk wieħed ma jżommx il-kolp. Il- filosofija tal-kalma, l-għaqda u s-solidarjetà huma ferm importanti fit-tmexxija ta' gvern lokali. Xi ngħidu mbagħad meta l-membri tal-kunsilli lokali jaslu biex jieħdu xi vot fuq l-offerti? Hemm, wieħed jinduna b'ħafna pjaċiri għall-ħbieb tal-ħbieb min-naħa tal-PL u min-naħa tal-PN skont il-maġġoranza li jkun hemm fil-kunsill. Iċ-ċittadini mill-kwiet ta' ġewwa djarhom ma jkunux jafu x'inhu għaddej minn wara l-kwinti fil-Kunsill Lokali tal-lokalità tagħhom, u għaldaqstant, huwa ferm importanti li dawn iċ- ċittadini jkunu jafu eżatt x'qiegħed jiġri fil-lokalità tagħhom. Tajjeb hawn li wieħed isemmi li ċertu Kunsilli Lokali għamlu żmien b'defiċit kbir taħt ċerti sindki. Meta wieħed jinduna tajjeb xi jkun għaddej, iċ-ċittadini mal-ewwel jirriflettu li dawn is-sindki jkunu qegħdin jagħmlu ħsara kbira lil- lokalità tagħhom u billi joħorġu bl-ixkupa fit-toroq tal-lokalità biex jarawhom in-nies, il-ħsara xorta tkun saret. Ħsara tkun saret ukoll lill-partit politiku li jkunu qegħdin jirrappreżentaw. Huwa importanti li wieħed isemmi wkoll il-ġemellaġġi li ċerti Kunsilli Lokali għamlu ma' bliet oħra viċin tagħna. Safar bl-amment min-naħa tas-sindki mal-ħbieb tal- ħbieb fejn imbagħad fil- Laqgħa liċ-Ċittadini li ssir ta' kull sena jiġu jiftaħru kemm il-Kunsill qiegħed jaħdem għal-lokalità. Min-naħa tiegħi nixtieq ngħid, u dan qiegħed ngħidu b'awtorità, li ħafna mis- safar ta' dawn il-ġemellaġġi qiegħed iservi ta' vaganza għas-sindki u għal dawk tal- klikka tagħhom. Huwa ferm importanti li ċ-ċittadini f 'dawn l-elezzjonijiet li ġejjin fil-25 ta' Mejju 2019, jixtarru sew u jużaw id-dehen tagħhom biex jagħżlu tmexxija ġusta jekk verament iridu l-ġid għal-lokalità tagħhom. Tajjeb hawn li wieħed isemmi li hemm bżonn li l-kunsulliera jkunu nies ta' integrità, kapaċità, u li jużaw politika li tisma' u li sservi liċ-ċittadini b' rispett għax permezz ta' hekk jitwettaq ħafna ġid. Hekk biss jista' jkollna lokalitajiet li jagħtu isem lill-komunitajiet Maltin u Għawdxin. Wasal iż-żmien li nmexxu flimkien b'raħalna jew beltna f 'qalbna. Emanuel Farrugia huwa Kandidat għall-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien f 'isem il-Partit Demokratiku EMANUEL FARRUGIA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 April 2019