Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum diċeriji," qalilna Grech. "Jiena nibqa' interessat fil-politika u lest li nagħti l-kontribut tiegħi kull fejn ikun hemm bżonn. Fenech Adami: kif wieġeb lill-ILLUM? Anke jekk forsi huwa l-inqas wieħed li qiegħed jissemma, sorsi qalulna li Beppe Fenech Adami jikkunsidra li jitfa' ismu jekk jew meta jkun hemm il-kariga għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista miftuħa. Madanakollu, l-istess sorsi qalu li jista' jagħti l-każ li wara kollox Fenech Adami ma jikkontestax għal din il-kariga u jappoġġja lid- Deputat Claudio Grech f 'każ ta' tellieqa bejnu u bejn Metsola. Qalulna wkoll li Fenech Adami kapaċi jappoġġja lil Metsola wkoll jekk din ma tkunx qed tikkontesta kontra Grech. Kif għamlet mal-persuni l-oħra kollha li qed jissemmew, din il-gazzetta għamlet ukoll kuntatt ma' Beppe Fenech Adami li insista: "lanqas biss qed nikkunsidraha." Iżda mistoqsi x'jagħmel f 'każ li jkun hemm elezzjoni għall-Kap tal- Partit Nazzjonalista, Fenech Adami wieġeb li fil-politika ċ-ċirkostanzi jinbidlu u għaldaqstant, fi kliemu, la tista' tgħid iva u lanqas le. 'Jekk id-distakk jiżdied se jqumu l-irwiefen' Iżda l-mistoqsija tibqa' waħda? Adrian Delia se jżomm kelmtu u jibqa' kap, anke jekk jitlef bi kbir? Minkejja li kif żvelat il- gazzetta ILLUM diversi drabi, ilhom għaddejjin tentattivi biex Adrian Delia jitneħħa, il-Kap Nazzjonalista ma għandux intenzjoni jirriżenja. Tant hu hekk, li fl-10 ta' Marzu, din il-gazzetta żvelat kif il-miri ewlenin tal-Partit Nazzjonalista għax-xahar id-dieħel mhumiex li jnaqqas id-distakk iżda li jikseb 100,000 vot, jiġifieri 36,000 vot inqas mill-elezzjoni ġenerali tal-2017 u bejn wieħed u ieħor l-istess ammont ta' voti daqs l-aħħar elezzjoni tal-MEPs. Dan ifisser distakk ta' madwar 50,000 vot. Madanakollu, deputat li tkellem mal-ILLUM kien skjett u saħaq li mhux imbilli jrid Delia. "Ir-riżultat tal-elezzjoni jbiddel ħafna affarijiet. Jekk Delia jirnexxilu jnaqqas id- distakk bin-nofs ikun mexxej b'saħħtu u jkollu ċans isir Prim Ministru. Jekk nibqgħu fejn aħna jew jikber id-distakk, jibdew l-irwiefen internament. Jinbidlu ħafna alleanzi," saħaq dan id-deputat. "Huwa minnu li se jkun hemm min se jistenna r-riżultat biex jaraw x'ċaqliq se jkun hemm." Iżda l-istess deputat mar oltre minn hekk u saħansitra saħaq li Delia mhux biss ma għandux l-appoġġ tal-maġġoranza tal- Grupp Parlamentari "tant li jibża' jlaqqgħu," talli fi kliemu, anke persuni li ħadmu biex tela' qed jaraw "kif se jsalvaw ġildhom" wara Mejju. Għamel referenza wkoll għall-kwistjoni dwar il-laqgħa ta' Hermann Schiavone u Kristy Debono ma' Yorgen Fenech (sid tal-kumpanija 17 Black), u li fi kliemu, ħalla effett u rabja kbira fost ħafna fil-Partit Nazzjonalista. "Ħafna mhux jagħmlu bħal Jason Azzopardi u mhux jitkellmu fil-pubbliku biex wara l-elezzjoni ma jkunx hemm min jipponta subgħajh lejhom," saħaq dan id-deputat. 'Għadu kmieni wisq… ħafna għadhom ma ddeċidewx' Deputat ieħor Nazzjonalista li kellmet l-ILLUM kien aktar kawt u saħaq li għadu kmieni wisq biex wieħed ibassar x'se jkun ir-riżultat, anke għax skont l-aħħar sondaġġ ippubblikat fuq il-MaltaToday, 17.3% għadhom ma jafux kif se jivvutaw. "Tinsiex li f 'din l-elezzjoni l-kandidati jilagħbu parti importanti. Jista' jkollok nies li ma jridux lil Delia iżda jivvutaw lil David Casa għax jemmnu ħafna fil-governanza tajba," qalilna dan id-deputat. Kompla jisħaq li filwaqt li f 'Diċembru kien qed jisma' ħafna fil-Partit Nazzjonalista li ma ridux lil Delia u xtaqu jqaċċtuh, saħaq li issa mhux qed iħoss l-istess sentiment. "Jiena qed nara lid-deputati kollha jattendu għall-attivitajiet tal-partit. Meta ħafna kienu qabżu għal Simon Busuttil meta ħareġ ir-rapport dwar l-Egrant, kienu qed iħossuhom maqtugħa. Issa reġgħu qed jattendu," kompla jisħaq. 'Mhux lesti jiffirmaw fuq karta li taqsam il-partit' Mistoqsi dwar il-possibbilità li wara l-elezzjoni ta' Mejju, jekk il-Partit Nazzjonalista jmur ħażin, Adrian Delia jitqaċċat minn kap, dan id- deputat fakkar li hemm żewġ possibbilitajiet. L-ewwel possibbilità hija li jittieħed vot ta' sfiduċja kontra l-Kap tal-Oppożizzjoni fil- Grupp Parlamentari kollu tal- Oppożizzjoni u li jinkludi wkoll liż-żewġ kandidati tal-Partit Demokratiku. Jekk ikun hemm maġġoranza sempliċi, dawn imorru għand il-President tar-Repubblika li jitlob biex jintgħażel Kap tal-Oppożizzjoni ġdid. Iżda kieku dan kellu jseħħ, iwassal biex Adrian Delia, għalkemm ma jibqax Kap tal-Oppożizzjoni, jibqa' Kap tal- Partit Nazzjonalista. Għall-kuntrarju ta' dak li insista d-deputat l-ieħor, dan il-Membru Parlamentari qal li ma jaħsibx li Adrian Delia jitlef vot ta' sfiduċja fil-Grupp Parlamentari, waqt li fakkar f 'dak li kien żvela s-sit illum. com.mt, jiġifieri li numru ta' deputati kienu bdew jiġbru l-firem biex imorru għand il- President. "Kieku meta ġabru l-firem kien hemm maġġoranza, naħseb kienu jmorru għand il- President. Tgergir ikun hemm, iżda mhux kulħadd lest ipoġġi ismu fuq karta li tista' taqsam il-partit. Ħafna ma jaslux jagħmluha," kompla jgħidilna. It-tieni għażla, hija li jittieħed vot ta' sfiduċja fil-Kap fil- Kunsill Ġenerali. Dan jista' jsir kemm fil-Kunsill biss, jew inkella jibda b'vot ta' sfiduċja fl-Eżekuttiv tal-Partit u li mbagħad jgħaddi quddiem il-Kunsill Ġenerali, fejn Adrian Delia jgawdi appoġġ. Votanti Nazzjonalisti, li ma tantx jagħmlu sigriet il-fatt li huma Nazzjonalisti, qed ixxerrdu l-kelma għal vot, bil-preferenza tkun lil Metsola, imbagħad lil Casa, imbagħad jew xejn jew lill-Partit Demokratiku Minn fuq: Roberta Metsola, Claudio Grech, Beppe Fenech Adami u Bernard Grech

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019