Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598
5 Aħbarijiet Il-Ħadd 14 ta' April 2019 | illum DAN huwa r-raba' artiklu minn sensiela sħiħa illi fihom din il-gazzetta qed tagħti ħarsa lejn ir-riżultati elettorali tal-aħħar tliet elezzjonijiet lokali, f 'liema kuntest politiku seħħew, kienx hemm elezzjonijiet jew referendum mal-elezzjonijiet lokali jew kienx hemm ukoll kandidati indipendenti. Din il-ġimgħa l-ILLUM qed tagħti ħarsa lejn dik li kienet, sa ftit żmien ilu biss, l-akbar lokalità ta' Malta u l-irħula ta' madwarha, tradizzjonalment kollha Nazzjonalisti, ir-Rabat u l-lokalitajiet ta' madwarha li huma aktar Laburisti, Ħaż-Żebbuġ lokalità kbira b'maġġoranza Laburista u l-Imġarr lokalità tradizzjonalment Nazzjonalista. Tkompli f 'paġni 6 u 7... Mill-artiklu tal-lum se nibdew inħarsu lejn il-lokalitajiet li huma aktar ċentrali kif ukoll lejn lokalitajiet t-Tramuntana tal-Port, kliem ieħor lokalitajiet li l-biċċa l-kbira tagħhom huma 'Nazzjonalisti'. X'ġara -aħħar elezzjonijiet? U dan x'jista' jindika għall-elezzjoni ta' Mejju? Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri? (4) Xi darba fortizza Nazzjonalista, illum qed tilgħab bejn il-PN u l-PL Birkirkara, għal ħafna snin kien meqjus bħala 'fortizza' tal-PN, mhux biss għax kien iġib maġġoranzi komdi hawnhekk imma għax minn hawnhekk ħareġ u baqa' jgħix Eddie Fenech Adami, ikona tal-aqwa żmien tal- Partit Nazzjonalista. F'dan il-każ se nagħtu ħarsa lejn l-aħħar erba' elezzjonijiet, minflok tlieta għaliex din tagħti stampa aħjar tal-waqa' fil-popolarità tal-PN f 'Birkirkara li finalment wasslet biex dan jitlef il-maġġoranza f 'din it-tieni l-akbar lokalità f 'Malta. Fl-2003, meta l-poplu kien mitlub jivvota għal referendum u allura jekk Malta kellhiex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, il-PN rebaħ dan il-Kunsill bil-kbir, b'total ta' 7,720 vot. Il-Partit Laburista kien kiseb numru konsiderevoli ta' 5,257 vot għalkemm xorta 2,463 vot 'il bogħod mill-Partit Nazzjonalista. Din il- maġġoranza komda iżda, bħalma ġara fl-Imqabba u Ħal Safi, sparixxiet bil- mod il-mod hekk kif il-Laburisti ħarġu dejjem iktar jivvutaw u hekk kif il-bażi Laburista f 'din il- lokalità żdiedet waħda sew. Fl-2006 fil-fatt, tliet snin biss wara, l-PN rebaħ din il-lokalilità b'distakk miżerabbli ta' 85 vot biss hekk kif kiseb 4,939 vot filwaqt li l-PL kiseb 4,854 vot. Dan jimmarka tnaqqis ta' voti għaż-żewġ partiti hekk kif ħafna baqgħu d-dar. Il-PL naqqas 403 voti, filwaqt li l-PN naqqas il-voti tiegħu bil-qawwi; kważi 2,800 inqas. Fl-2009, il-Karkariżi ntalbu jivvutaw mal- elezzjoni tal-Parlament Ewropew, allura iż-żewġ partiti żiedu fil-voti għax aktar nies ħarġu jivvutaw. L-2009 fil-fatt ra lill-PN jissaħħaħ xi ftit, għalkemm assolutament xejn ħdejn l-2003. Il-PN kiseb 6,350 vot filwaqt li l-PL kiseb 6,141 vot, li jimmarka żieda ta' 1,411-il vot għall-PN mill-2009 u 1,287 aktar għall-Partit Laburista. Fl-2013 u allura meta l-Karkariżi ħarġu jivvutaw ukoll għall-elezzjoni ġenerali, minflok il-PN irkupra lura għall-2003 għax ħarġu aktar nies jivvutaw, żied b'rata inqas mill-Partit Laburista u tilef il-Kunsill b'127 vot. Fil-fatt il-PL kiseb 7,783 vot filwaqt li l-PN kiseb 7,656 vot. U x'se jiġri f 'Mejju? B'kunsill li mar lejn naħa jew oħra b'għadd żgħir ħafna ta' voti huwa diffiċli ħafna wieħed jgħid x'se jiġri. Tajjeb wieħed jieħu nota tal-fatt li r-rata ta' żieda fil- voti Laburisti dejjem kienet ikbar. F'Birkirkara, l-AD kisbet ammont ta' voti pjuttost sinifikanti (2006 – 378, 2009 – 448). L-AD ma ħarġitx fl-2013 għalkemm mhux ċar mingħand min kienu jonqsu l-voti kieku ħarġet u mingħand min jieħdu jekk jerġgħu joħorġu f 'Mejju. Il-probabbilità li l-PN imur lura għall-2003 meta kellu maġġoranza komda Karkariża hija improbabbli ħafna, għalkemm jista' jkun li t-tnaqqis fil-vot Laburista jkun ikbar minħabba li dik ta' Mejju mhix elezzjoni ġenerali. Sfortunatament għall- PN jidher illi x-xejra hija li huma n-Nazzjonalisti l-aktar li jibqgħu d-dar f 'elezzjonijiet lokali, jekk dan iseħħ f 'Birkirkara, il-PL jidħol fiċ-ċans li jerġa' jirbaħ il-lokalità ta' Fenech Adami u Alfred Sant. Minn Albert Gauci Cunningham u Yendrick Cioffi sparixxiet bil- mod il-mod hekk kif il-Laburisti ħarġu dejjem iktar jivvutaw u hekk kif il-bażi Laburista f 'din il- lokalità żdiedet waħda sew. lokalità żdiedet waħda sew. kif il-Laburisti ħarġu dejjem iktar jivvutaw u hekk kif il-bażi Laburista f 'din il- lokalità żdiedet waħda sew.