Illum previous editions

ILLUM 14 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1104598

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 14 ta' April 2019 Aħbarijiet 8 Nhar il-Ħadd li għadda kienu ppubblikati żewġ sondaġġi politiċi. Wieħed ippubblikat mill-Kamra tal-Aħbarijiet ta' din il-gazzetta, Mediatoday u ieħor minn Allied Newspapers. Il- gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn in-numri, id-distakk, l-appoġġ ħdan il-partiti stess, il-partiti ż-żgħar u x'di erenza dwar dawn hemm bejn sondaġġ u ieħor NHAR il-Ħadd li għadda kienu ppubblikati żewġ sondaġġi, pjuttost inkwetanti għall-Partit Nazzjonalista. Il-ġurnal The Sunday Times irrapporta kif minn dawk deċiżi, 59% qed jgħidu li se jivvutaw lill-Partit Laburista u 37% biss qed jgħidu li se jivvutaw lill-Partit Nazzjonalista. Fl-istess ġurnata kien ippubblikat ukoll l-istħarriġ tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta' din il-gazzetta, illi fih, meta tgħodd ukoll dawk li mhux se jivvutaw, ma jafux kif se jivvutaw jew inkella li se jivvutaw lil partit 'żgħir', jifdal 41.8% li qed jgħidu li jivvutaw PL u 25.1% li jivvutaw PN, differenza ta' 17%. F'dan l-artiklu se nagħtu ħarsa lejn id-differenzi bejn iż-żewġ partiti, skont dawn iż-żewġ sondaġġi, id-differenza tal-appoġġ fil-partit innifsu, kif ukoll fejn jinsabu l-partiti 'ż-żgħar' li s'issa qalu illi se jikkontestaw. Differenza fid-distakk Iż-żewġ sondaġġi juru biċ-ċar rebħa Laburista u forsi allura l-punt ta' min se jirbaħ ftit li xejn jibqa' fid-dubju, sakemm dawk kollha li qed jgħidu li mhux se jivvutaw jew ma jafux kif, huma Nazzjonalisti. Ġeneralment dan il-persentaġġ ikun aktar maqsum (mhux neċessarjament min-nofs). Imma l-ewwel ejja nħarsu lejn id-distakk. Fis-sondaġġ tal-Mediatoday id-distakk bejn dawk li se jivvutaw lill-Partit Laburista u dawk lill-PN, huwa ta' 17%. Għall-fini ta' din l-analiżi se nagħtu ħarsa lejn il-voti eliġibbli skont ir-reġistru elettorali ta' Ottubru 2017. F'dan ir-reġistru hemm 369,643 vot eleġibbli għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, 18,160 minnhom ta' ċittadini mill- Unjoni Ewropea f 'Malta. 41.8% qed jgħidu li se jivvutaw lil-Labour. Dan jammonta għal 154,510 b'kollox. Min-naħa l-oħra 25.1% qalu illi jivvutaw lill- Partit Nazzjonalista, persentaġġ li jammonta għal 92,780. Dawn l-ammonti, minkejja li huma kkalkulati fuq total ta' votanti ikbar, xorta juru tnaqqis għaż-żewġ partiti meta mqabbel mal-elezzjoni ġenerali tal-2017. Fil-fatt il-PL għandu 16,466 vot inqas u l-PN għandu 42,916 inqas mill-2017. Dan ifisser distakk ta' kważi 62,000 vot, meta użat l-ammont ta' voti li hemm fuq ir-reġistru ta' Ottubru 2017. Min-naħa l-oħra, meta nużaw l-istess kalkolu nsibu illi 64,000 votant (ftit iktar mid-distakk) qed jgħidu li ma jafux kif se jivvotaw, filwaqt li 51,000 qed jgħidu li mhux se jivvutaw f 'Mejju li ġej. Skont dan is-sondaġġ allura, jekk taqta' dawk li ma jridux jivvutaw jew ma jafux kif se jivvutaw u testrapola, jirriżulta li 62.4% tal-poplu qed jgħid illi se jivvota Labour u 37.6% qed jgħidu li se jivvutaw lin-Nazzjonalisti. Dan ifisser li fl-eżerċizzju ta' estrapolazzjoni, il-PN jispiċċa 24% minn taħt il-PL, jekk ma tgħoddx dawk li għadhom mhux qed jiddikjaraw il-vot. Min-naħa l-oħra s-sondaġġ li kien ippubblikat fuq is-Sunday Times huwa estrapolat mill- ewwel u dan juri li l-Partit Laburista huwa l-għażla ta' 59% tal-votanti, filwaqt li l-PN huwa l-għażla ta' 37%. Dan juri distakk ta' 22% li huwa viċin ħafna dak tal-Mediatoday. L-estrapolazzjoni tas-Sunday Times turi hekk: il-PL (59%) jikseb 218,089 u l-PN jikseb 136,767. Naturalment din hija estrapolazzjoni u allura mhix reali. Meta tħares lejn dawn iż-żewġ distakki tinduna li l-PN qed jiffaċċja problemi serji ħafna biex jegħleb distakk li huwa pjuttost kbir u jista' jittama biss illi joħroġ kemm jiflaħ votanti Nazzjonalisti li fis-sondaġġi qed jgħidu li mhux se jivvutaw jew li ma jafux kif se jivvutaw. Delia u Muscat meta jilagħbu 'home' Issa ejja nħarsu lejn kif qed imorru Muscat u Delia fost il-partitarji tagħhom stess u allura fejn l-aktar li huma b'saħħithom. Din id-darba se nużaw il- kalkolu tal-voti li ħadu ż-żewġ partiti fl-2017. Skont is-sondaġġ tal- Mediatoday, Muscat huwa b'saħħtu ħafna fost il-votanti Laburisti, b'maġġoranza qawwija jgħidu li se jivvutaw Labour f 'Mejju. Dan ifisser li minn 170,976, huma b'kollox 132,506 li se jerġgħu jivvutaw lill-PL. Dan iħalli 38,470 vot 'Laburist' fl-2017 li ma nafux x'se jiġri minnu għax jew 11% minnhom ma jafux x'se jagħmlu jew għax 9% ma jridux jivvutaw. Min-naħa l-oħra Delia mhuwiex daqstant b'saħħtu fil- partit tiegħu stess. Dan hekk kif mill-135,696 persuna li vvotat PN fl-2017 huma biss 82,910 li lesti jerġgħu jivvutaw PN u li allura jħalli 'vojt' ta' 52,786 vot 'Nazzjonalist' li ma nafux fejn se jmorru. Interessanti naraw ukoll illi hemm porzjon ta' voti illi qed jaqilbu l-partit. Dawn iżda, fis-sondaġġ tal-Mediatoday, qegħdin prattikament jikkanċellaw lil xulxin b'bilanċ ta' 0.9% favur il-Partit Laburista. Fil-każ tas-sondaġġ ta' The Sunday Times 77% tal- Laburisti, jgħidu li se jivvutaw lill-PL mill-ġdid, eżatt l-istess ammont bħas-sondaġġ tal- Mediatoday. Fil-każ tal-PN iżda l-ammont ta' Nazzjonalisti li se jerġgħu jivvutaw PN f 'Mejju jitla' għal 68% jew inkella 92,273 (+9,700 minn Mediatoday). Il-Partiti ż-żgħar: PD/ AD/MPM/IE. Kif se jmorru? Il-partiti ż-żgħar jinkludu l-Partit Demokratiku, l-Alternattiva Demokratika, il-Moviment Patrijotti Maltin u l-Imperium Europa. Iż-żewġ sondaġġi juru illi l-ebda wieħed minn dawn m'għandu ċans reali li jkollu siġġu, wisq inqas dawk il- kandidati bħal Arnold Cassola, li ħerġin waħedhom. Fiż-żewġ każi, il-Moviment Patrijotti Maltin u l-Imperium Europa, ma jidhrux jew għallinqas l-ebda parteċipant ma semma lil wieħed minn dawn it-tnejn bħala l-favorit tiegħu. Dan ma jfissirx li dawn il-partiti mhux se jġibu voti, imma jfisser li l-ammont huwa żgħir u allura jaqa' taħt il-marġini ta' żball, li fil-każ tas-sondaġġ ta' Mediatoday huwa ta' -/+ 5%. Dan ifisser li teknikament wieħed minn dawn iż-żewġ partiti jista' jkun li jiksbu sa 5% tal-voti. Fil-każ tas-sondaġġ ta' The Sunday Times, kemm il- Partit Demokratiku kif ukoll l-Alternattiva Demokratika qed jiksbu 2% tal-għażla u allura, jekk nikkalkulaw skont l-ammont ta' vontanti rreġistrati fir-reġistru ta' Ottubru, dan ikun jammonta għal 7,400 vot. Fl-aħħar elezzjoni tal-MEPs li saret fl-2014 il-partiti ż-żgħar kisbu dan l-ammont ta' voti: Imperium Europa kiseb 6,671 vot, Alternattiva Demokratika 7,418-il vot, Alleanza Bidla kiseb 1,015-il vot u tal-Ajkla kiseb 1,208 u voti. Il-Partit Demokratiku ma kienx għadu jeżisti fl-2014. L-MEPs li jinsabu fuq quddiem Is- sondaġġi jaqblu kważi eżatt fuq l-MEPs li jinsabu fuq quddiem. Fil-fatt it-tnejn jitfgħu lil Miriam Dalli bħala favorita. Bid-differenza li fis-sondaġġ ta' The Sunday Times 29% qalu li se jivvutaw lil Dalli, filwaqt li f 'dak li kien ippubblikat mill-Mediatoday, l-ammont kien ta' 8.6%. Fiż-żewġ każi l-eks PM u eks Mexxej Laburista Alfred Sant huwa t-tieni l-aktar kandidat popolari, bis-sondaġġ tat-Times jagħtih 16% u dak tal-Mediatoday juri illi għandu 8.6%, eżatt daqs Miriam Dalli. Iż-żewġ sondaġġi jaqblu wkoll illi Roberta Metsola u Frank Psaila huma fit-tielet u r-raba' post biex jiffurmaw l-ewwel żewġ siġġijiet tal-PN. L-istħarriġ li sar mill-Misco (Sunday Times) juri 21% lil Metsola u 12% lil Psaila, b'dak tal-Mediatoday juri 5.1% għal Metsola u 4.4% għal Psaila. Id-differenza tidħol f 'dak li jirrigwarda s-siġġijiet l-oħrajn; il-ħames u s-sitt siġġu. Is- sondaġġ tal-Mediatoday juri dawn is-siġġijiet għand Josianne Cutajar u Peter Agius. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Żewġ sondaġġi. Se jirbaħ il-Labour. B'kemm ma nafux jikkontestaw. mqabbel mal-elezzjoni ġenerali tal-2017. Fil-fatt il-PL għandu 16,466 vot inqas u l-PN għandu 42,916 inqas mill-2017. Dan ifisser distakk ta' kważi 62,000 vot, meta użat l-ammont ta' voti li hemm fuq ir-reġistru ta' Ottubru 2017. Min-naħa l-oħra, meta nużaw l-istess kalkolu nsibu illi 64,000 votant (ftit iktar mid-distakk) qed jgħidu li ma jafux kif se ma jafux kif se jivvutaw u testrapola, jirriżulta li 62.4% tal-poplu qed jgħid illi se jivvota Labour u 37.6% qed jgħidu li se jivvutaw lin-Nazzjonalisti. Dan ifisser li fl-eżerċizzju ta' estrapolazzjoni, il-PN jispiċċa 24% minn taħt il-PL, jekk ma tgħoddx dawk li għadhom mhux qed jiddikjaraw il-vot. Min-naħa l-oħra s-sondaġġ li

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 14 April 2019