Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748
12 AARON Farrugia hu prattikament wieħed mill-uċuħ il-ġodda fil- kabinett Laburista hekk kif l-eks President tal-Forum Żgħażagħ Laburista kien ġie elett għall-ewwel darba fl-elezzjoni li għaddiet. Minkejja dan, Farrugia għandu 'l fuq minn 18-il sena involviment fil-Partit Laburista, involviment li jmur lura għal żminijiet meta l-Partit Laburista kien fuq in-naħa l-oħra tal- kamra. Din il-ġimgħa l-ILLUM iltaqgħet ma' Farrugia, preżentement inkarigat bħala s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali. Ma' Farrugia tkellimna fuq diversi kwistjonijiet fosthom, dak li se tiret Malta minn Brexit u l-pakkett ta' fondi Ewropej prospettiv, ir-ruħ soċjali tal-Partit Laburista, il-ġustizzja soċjali u fuq il-persuna li taf tieħu post Joseph Muscat. Wara Brexit, Malta tista' tibbenifika fis-settur tal- gaming Bdejna biex nitħaddtu fuq Brexit, kwistjoni li ddominat l-aħbarijiet f 'dan l-aħħar xahar. Għalhekk staqsejna lil Farrugia jekk hux possibbli li fid-dawl ta' Brexit, Malta 'tiret' negozji attwalment ibbażati fir-Renju Unit u jekk dan huwa l-każ x'tip ta' negozji? Farrugia jibda biex jirrispondi u jgħid, "il- gaming huwa settur partikolari li Malta tista' tibbenifika minnu wara Brexit. Diġà kien hemm kumpaniji ta' dan it-tip li ressqu lejn Malta u fiż-żmien li ġej se jitħabbru oħrajn." Minkejja dan, is-Segretarju Parlamentari għamilha ċara li Malta mhix timmira biex kumpaniji enormi fir-Renju Unit jirrilokaw kompletament f 'Malta, iżda li sservi bħala bażi ta' kummerċ. "L-għan tagħna mhuwiex li mmexxu kumpaniji kbar fit- totalità tagħhom lejn Malta. Ħafna kumpaniji li qabel ħasbu li jistgħu jiċċaqalqu, iddeċidew li jibqgħu fir- Renju Unit u allura se jkollhom bżonn pajjiż Ewropew biex huma jkunu jistgħu jiggwadanjaw mis- suq uniku u minn oqsma oħra," spjega l-ekonomista. U hawnhekk tidħol Malta hekk kif Farrugia spjega li attwalment dawn il- kumpaniji qed iħarsu lejn Malta bħala estensjoni tagħhom. "B'hekk ikunu jistgħu jgħaddu l-kummerċ minn Malta. Hawnhekk il-gżira tagħna tista' tagħmel ħafna, jiġifieri apparti li għandna l-lingwa tgħinna ħafna, aħna pajjiż membru tal-Commonwealth u nipprattikaw liġi kważi identika għar-Renju Unit. Għalhekk b'dawn il-fatturi kollha għandna taħlita tajba sabiex Malta tkun il-post ideali," saħaq Farrugia. It-tir hu li jkun hemm pakkett ta' fondi ffinalizzat fil-ħarifa Tul dawn l-aħħar xhur il-pakkett finanzjarju ta' fondi Ewropej għas-snin 2021-2027 kien f 'nofs diversi diskussjonijiet. Uħud ikkritikaw il-fatt li dan se jkun anqas minn dak li kien irnexxielu jakkwista l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi għal Malta. Din il- kritika hi valida? Meta se nkunu nafu kemm il-figura totali? U kif jiġi kkalkulat dan il-baġit? Farrugia jibda biex jiżvela kif il-ħsieb tal-Gvern huwa li kollox ikun finalizzat sal- ħarifa li ġej, però jammetti li "qed naraha naqra diffiċli." Dan għaliex skont is- Segretarju Parlamentari, għadu m'hemmx qbil fuq il- baġit finali. "Hemm nuqqas ta' qbil bejn il-Ministri; dawk li jridu baġit ridott u oħrajn li jridu baġit iktar ambizzjuż. Min-naħa tiegħu, il-Parlament Ewropew qed jitlob xi ħaġa li tmur ħafna iktar minn li hemm," spjega Farrugia. Apparti minn dan huwa qal li l-baġit li jmiss kellu jonqos minħabba prijoritajiet ġodda tal-UE kif ukoll minħabba Brexit. "Brexit se jħalli vojt ta' €13-il biljun kull sena. Fl-istess waqt, il-prijoritajiet inbidlu, illum nitkellmu dwar difiża, sigurtà u immigrazzjoni. Seba' snin ilu konna nitkellmu ftit dwarhom, dawn kollha se jwasslu sabiex il-baġit tal-UE jonqos." Hu jkompli jispjega kif il-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha, li issa qiegħda quddiem il-kunsill tal-Ministri. Skont din il-proposta, il-baġit totali tal-UE bejn 2021- 2027 se jkun 1.1% tad-dħul gross nazzjonali tal-pajjiżi kollha. Min-naħa l-oħra, il-Parlament Ewropew irid li jkun ta' 1.3%. "Din tal-aħħar, "hi impossibbli", jgħid Farrugia. "Taħt l-ebda ċirkostanza mhu se jitla' għal 1.3%." Apparti minn hekk skontu, il-mira tal-ħarifa jaf tkun diffiċli li tintlaħaq anke minħabba l-elezzjonijiet li ġejjin. "Dalwaqt se jkollna PE ġdid hekk kif issa jmiss li jiġu eletti s-750 deputat. Fl-istess waqt għaddejjin diversi elezzjonijiet nazzjonali madwar l-Ewropa li jafu jbiddlu l-Gvern, allura membri fil-KE ġodda. Madanakollu, nibqa' nittamma li fil-ħarifa jkollna qbil fil-prinċipju għalkemm id-deċiżjoni aħħarija hi tal- kapijiet tal-istati. 'Mhuwiex argument ta' negozjar... kollox jiddependi fuq in-numri' Mistoqsi jekk hux possibbli li ninnegozjaw l-istess pakkett bħal dak ta' żmien Gonzi, Farrugia kien pront biex jispjega li n-numri jħollu u jorbtu kollox. "Dan mhuwiex argument fuq kemm aħna kapaċi ninnegozjaw pakkett. Kollox jiddependi min- numri. Hemm formola li tissejjaħ il-Berlin Method, din tikkalkula l-fondi skont il-GDP tal-pajjiż inkiwstjoni. Fil-GDP ta' Malta rajna qabża enormi," saħaq Farrugia. Farrugia joħloq paragun bejn is-sitwazzjoni ekonomika taħt Gonzi u dik Intervista illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter L-iktar ħaġa importanti hija li inti tkun f 'pożizzjoni li mhux titkellem iżda tagħmel. Inutli tkun f 'pożizzjoni fejn tħabbat fuq sidrek l-ideoloġija li kbirt fiha imma mbagħad il-poplu din ma jaċċettaha qatt. " " 'Meta qam l-iskandlu ta' John Dalli ma F'intervista mal-ILLUM, is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia jitkellem fuq l-aħħar żviluppi Ewropej, isem Malta f'għajnejn il-barranin u l-futur tal-Partit Laburista wara Joseph Muscat