Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748
illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 18 Opinjoni Q ed indaħħlu aktar miżuri u skemi biex is-settur kulturali jkun aċċessibbli għal kulħadd. Din hija waħda mill-prijoritajiet tagħna bħala ministeru u qed naraw li b'kull mod possibbli dan inwettquh. Fil-fatt diġà daħħalna miżuri li kienu wegħda elettorali u apparti dawn, qed inkomplu naħdmu fuq oħrajn. U minn dak li qed naraw, il- konkorrenza tal-poplu Malti, qed timlina b'kuraġġ biex inkomplu naħdmu fuq aktar skemi. Skema li ħabbart propju din il-ġimgħa hija dik li qed insejħulha l-'Passaport tal- Kbar'. Skema li tikkumplimeta l-Passaport, ukoll ta' Heritage Malta, indirizzat lill-istudenti. U b'hekk Heritage Malta qed tkompli żżid l-aċċessibbiltà fis-settur kulturali permezz tat- tnedija tal-dan il-passaport. Dan il-passaport wasal wara s-suċċess tal-passaport tal- istudenti ta' Heritage Malta, u r-rispons li wasal minn setturi varji. Ridna nkomplu nibnu fuq dan u kien għalhekk li flimkien mal-aġenzija fi ħdan il-Ministeru ddeċidejna li nniedu skema simili, imma mmirata għal ċittadini kbar – u b'hekk inħoloq il-Passaport tal-Kbar ta' Heritage Malta. B'din l-inizjattiva, qegħdin nassiguraw aktar aċċessibbiltà għaċ-ċittadini anzjani biex jesploraw il-kultura u l-patrimonju tagħna. Kif dejjem ngħid, l-istorja għandha parti intrinsika fl- identità tagħna, u l-istrateġija tagħna hija biex nassiguraw li kulħadd jista' japprezza u ċjgawdi dawn is-siti u postijiet. Ninsabu impenjati biex inkomplu nsaħħu dan is-settur li kulma jmur qiegħed jikber u li huwa verament apprezzat minn kulħadd. B'dan il-passaport, kull anzjan jew anzjana, flimkien ma' żewġ żgħażagħ, huma intitolati għal aċċess bla ħlas u bla limitu fis-siti u l-mużewijiet kollha ta' Heritage Malta (apparti l-Ipoġew ta' Ħal Saflieni). Din l-iskema għandha l-appoġġ tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali u se jkun hemm fthim li se jiġi ffirmat biex tiġi implimentanta din l-iskema b'mod effettiv. Dawk l-individwi li għandhom minn 60 sena 'l fuq, huma mistiedna japplikaw għal dan il-Passaport billi jmorru bil-karta tal-identità fil-kunsill lokali tagħhom. Inizjattiva li hija pass ieħor ukoll importanti fil-ħidma ta' dan il-Gvern fl- anzjanità attiva. Din l-iskema se tiġi fis-seħħ matul ix-xahar ta' Mejju, u se tkun qed toffri opportunità unika lill-anzjani biex jersqu aktar lejn iż-żgħażagħ u jaqsmu magħhom esperjenzi validi u awtentiċi. La semmejt il-passaport tal-istudenti, tajjeb li nfakkar li dan qed ikun suċċess, kif persważ li se jkun ukoll suċċess dak għall-anzjani. Wara 100 ġurnata mit-tnedija tal-passaport tal-istudenti kien hemm 7,000 student li ġabar il-passaport ta' Heritage Malta, li wassal għal total ta' 31,000 adult u student iżuru l-attrazzjonijiet u s-siti tal- Aġenzija fl-ewwel 100 jum biss. Dan juri ċertament sinjali qawwija ta' poplu li japprezza l-kultura tiegħu u li huwa kburi b'pajjiżu. Anki fil-passaport tal- istudenti hemm il-ħsieb li permezz tiegħu nkomplu nipprovdu aktar oportunitajiet biex il-ġenerazzjoni żagħżugħa jkollha aktar aċċess għall-wirt u l-kultura tagħna, b'mod li tapprezza aktar l-istorja ta' pajjiżna. Dawn huma inizjattivi li qed nieħdu biex ikomplu nsaħħu l-qasam kulturali. Irridu li l-poplu kollu b'mod jew ieħor, ikollu aċċess għal dak li fl- aħħar mill-aħħar huwa tiegħu. Qed nagħmlu dak kollu possibbli. F'dawn l-aħħar snin tajna ħajja ġdida lil bosta siti, li minn postijiet mitluqin irrestawrajnihom u erġajna tajnihom lill-poplu biex igawdihom. Biex il-kultura nagħmluha aċċessibbli għal kulħadd, irridu nħarsuha, nippreservawha u nħalluha bħala legat għal ta' warajna. Mhux biżżejjed li ngawduha u jkollna aċċess għaliha aħna, imma rridu nħalluha biex anki ta' warajna jkollhom aċċess għal dak kollu li huwa marbut mas-settur tal-kultura. Meta ngħidu aċċess, ma nfissrux biss siti storiċi. Hemm programmi li daħħalna li permezz tagħhom qed nagħtu aċċess u allura nressqu qrib il-kultura, setturi varji tas-soċjetà tagħna. Dan qed nagħmluh b'modi varji. Inizjattiva li daħħalna fl- 2016 hija dik tal-Culture Pass. Waħda mill-wegħdiet elettorali tal-Gvern u kif imwiegħed, din l-inizjattiva twessgħet u nfetħet għall-kindergarten, għat-tfal tal-primarja u għall-istudenti kollha li jattendu l-iskejjel sekondarji. Tajjeb li jingħad li fl-ewwel sentejn ibbenefikaw minnha studenti li jattendu l-middle u s-senior schools. Fl-ewwel sena skolastika bbenefikaw minnha mas-6,800 student. Fis-sena skolastika ta' wara bbenifikaw mal-11,200. L-iskop ewlieni wara din l-inizjattiva huwa li l-istudenti kollha jkollhom l-opportunità li almenu darba f 'sena jattendu għal attività kulturali. Imma mhux hekk biss; bħala parti minn din l-attività, ikun hemm workshop fejn l-istudenti jkollhom esperjenza interattiva mal- artisti u b'hekk jifhmu u japprezzaw aħjar il-forom differenti tal-arti. B'din l-inizjattiva ż-żgħar tagħna sa minn età żgħira jibdew jitrawmu japprezzaw il-forom differenti tal-espressjoni artistika li għandha twassal biex jiżdied il-potenzjal kreattiv tal-istess studenti. Inizjattiva li tagħti aċċess għall-kultura Maltija b'mod artistiku li jwassal għal tagħlim informali fl-edukazzjoni ta' pajjiżna. L-għan huwa li permezz tagħha titrawwem ġenerazzjoni ġdida ta' udjenza għall- attivitajiet kulturali fiż-żmien meta Malta qed tfur b'inizjattivi kulturali. Mhux eskluż li minn dawn l-attivitajiet kulturali xi studenti jaraw fihom infushom li anke huma għandhom talenti u ħiliet artistiċi u kulturali li jistgħu jesploraw fil-mixja tal- karriera tagħhom. Ftit tal-ġimgħat ilu ħadt gost inżur studenti li kienu qed jieħdu sehem f 'workshop ma' artisti rinomati. Żort Għar Dalam, propju fejn kien qed isir workshop minnhom, u rajt studenti flimkien ma' artisti stabbiliti jaħdmu flimkien fuq proġetti tal-arti. Dawn l-artisti fil-fatt se jieħdu sehem fil-Biennale ta' Venezja li se ssir ftit tal-jiem oħra. Tajjeb li ngħid li permezz ta' parteċipazzjoni bħal din inkunu qed nagħmlu wkoll fora kulturali internazzjonali aċċessibbli għall-artisti lokali. Aċċessibbiltà f 'kull sens tal- kelma. B'hekk qed nagħmlu kull forma ta' arti, li hi parti mill- kultura tagħna, aċċessibbli anki għall-istudenti. Min jaf, forsi b'dawn il-workshops, għad naraw ismijiet ta' dawk li llum huma studenti, imma 'l quddiem ikunu ismijiet rinomati wkoll fil-qasam kulturali! Dawn huma kollha inizjattivi li għandhom iwasslu biex ġenerazzjonijiet futuri jsibuha aktar naturali li jipparteċipaw fix-xena kulturali li fl-aħħar snin qed tara rinaxximent bla preċedent. Min-naħa tagħna qed naħdmu. Qed inressqu u ndaħħlu skemi f 'kull settur kulturali u għal kull settur tas-soċjetà tagħna. Nistieden lil kulħadd biex jagħmel dawn l-inizjattivi tiegħu u jippartċipa bis-sħiħ fihom. *** Nieħu l-okkażjoni biex nawgura l-Għid it-Tajjeb lill- Editur, il-ħaddiema, il-qarrejja u wkoll lil dawk kollha li huma marbuta mas-settur kulturali f 'pajjiżna. Awguri lil kulħadd! Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Kultura aċċessibbli għal kulħadd OWEN BONNICI Il-Passaport tal-Kbar L-istorja għandha parti intrinsika fl- identità tagħna, u l-istrateġija tagħna hija li nassiguraw li kulħadd jista' japprezza u jgawdi dawn is-siti Kien hemm 7,000 student li ġabar il-passaport ta' Heritage Malta, li wassal għal total ta' 31,000 adult u student iżuru l-attrazzjonijiet u s-siti tal- Aġenzija fl-ewwel 100 jum biss