Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum 'In-netball jgħallmek tkun tolleranti, tkun b'saħħtek kif ukoll iżommok attiva' - Donna Henderson minn Cristian Antony Muscat DONNA Henderson - fost l-aqwa plejers li pproduċa n-netball lokali f 'dawn l-aħħar snin fejn timmilita b'suċċess mat-tim Blackbaks. F'din l-intervista, se nkunu qed insiru nafuha aħjar. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn in-netball? Minħabba li jiena ġejja minn ħafna snin tal-atletika, qatt ma kont nimmaġinani nibda team sport...mhux għax ma nikkunsidranix team player, iżda minħabba l-fatt li qatt ma kont esperjenzajta. Tamara Vella u Lucretia Hili (żewġ plejers li jiffurmaw parti mis-Silverbacks) ħajruni sabiex nibda n-netball fl-2016, meta kienu qed jaħsbu biex jiffurmaw tim ġdid – Blackbacks. Dan kien minħabba l-fatt li t-tim kiber u kien hemm bżonn li minn Silverbacks biss, isir 'Backs Netball Club'. Minn hawn u minn hemm, jien tħajjart però biex inkun onesta, qatt ma bsart li se nsir inħobb dan l-isport daqs kemm inħobbu llum. Sħabi tat-tim tiegħi Blackbacks kif ukoll tas-Silverbacks, huma tal- ġenn u l-imħabba tiegħi lejn dan l-isport ma kinitx tkun l-istess mingħajrhom. Bħala riżorsi fejn titħarrġu, dawn huma ta' livell għoli jew fadal fejn isir titjib? Aħna nitħarrġu ġo indoor courts u fil-verità, huwa difficli ħafna biex issib slots. Ġeneralment dawn il-courts issibhom ġo skejjel, però peressli hawn sports differenti li jintlagħbu ġewwa wkoll, irridu dejjem naħsbulu minn ħafna qabel! Bħala courts jinżammu tajjeb; imma sfortunatament minħabba l-fatt li n-netball mhux popolari, ċerti postijiet lanqas biss għandhom linji tal-sport tagħna. Taħseb li f 'pajjiżna l-media tagħti importanza lin- netball? Biex inkompli fuq il-fatt negattiv li n-netball mhux magħruf daqsekk, ma naħsibx li l-media tagħti biżżejjed importanza lil dan l-isport tant għal qalbna. Fuq it-televixin, rari tara xi intervista ta' plejer tan- netball però grazzi għal bosta ritratti li qed jittieħdu minn Joe Spiteri u l-paġna ta' Facebook, in-netball qiegħed 'jidher' aktar ftit ftit. Intervisti bħal dawn jgħinu sabiex il-media tibda tagħraf dan l-isport b'ċertu livell ta' importanza daqs oħrajn! L-iskejjel f 'Malta qegħdin jippromovu biżżejjed dan l-isport? Bħala studenta li qiegħda fl-aħħar sena tal-Università ta' Malta, nistudja biex insir għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika, inħossni inċerta fuq jekk l-iskejjel hux qed jippromovu n-netball jew le. Naf żgur li hemm bosta għalliema li jippruvaw kemm jistgħu biex jinkludu dan l-isport fil-kurrikulu. Però, mill-ftit esperjenza tiegħi ngħallem ġo skola tal- bniet, fejn kelli opportunità nippromovi n-netball, ftit li xejn kien hemm interess min-naħa tal-istudenti. Dan għaliex jarawh bħala sport b'regoli kkumplikati u b'hekk jaqtgħu qalbhom. Ħaġa oħra li ma tgħinx fil-popolarità tal-isport, huwa l-fatt li Malta jintlagħab biss minn nisa. Għalhekk, sfortunatament, jekk issemmi n-netball mas-subien, ir-rispons ikun limitat. Tournaments tan- netball bejn l-iskejjel ma jsirux u dik hija xi ħaga li nixtieq naħdem fuqha malli nsib posti ġo skola. Rigward konkorrenza miż- żgħażagħ, hemm interess f 'dan l-isport? Ftit ftit, timijiet taż- żgħażagħ qegħdin jiżdiedu. Mhux l-ewwel darba li jidħol xi ħadd isaqsini li għandu/ għandha t-tifla interessata biex tibda u jixtieq/ tixtieq numru ta' kuntatt. Ovvjament huwa aħjar meta persuna tibda minn età żgħira għalkemm fil-verità, jekk taħdem biex titjieb, ma tagħmilx differenza. Bħala plejers ta' madwar l-età tiegħi, dejjem nara lil xi ħadd ġdid u dan huwa sinjal tajjeb ħafna li l-isport miexi bil-mod imma l-importanti li miexi 'l quddiem! Għandek xi idoli kemm fil-ħajja kif ukoll fil-kamp sportiv forsi relatati man- netball? Fil-ħajja ġenerali, l-idoli tiegħi ma jistgħu jkunu ħadd ħlief ommi u missieri. Huma tnejn min-nies b'qalb tad-deheb li dejjem poġġew l-interessi tiegħi u ta' ħija l-ewwel u qabel kollox. Fil-kamp sportiv, il- coaches tiegħi Tamara Vella, Lucretia Hili u Corinne Laganà, huma tliet tfajliet b'talent kbir fin-netball li jagħmlu minn kollox biex jien u l-bqija tat-tim tiegħi Blackbacks, niksbu suċċess. Nixtieq nibqa' nimxi fuq il- passi tagħhom. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw in-netball. In-netball huwa sport sabiħ immens li jgħallmek tkun tolleranti, tkun b'saħħtek kif ukoll iżommok attiva minħabba l-livell ta' fitness li jirrikjedi. Biex tiġi mħeġġa mentalità li tghin individwu jikber fih innifsu, l-isforz għandu jitqies wisq iktar importanti mit-talent. Il-falliment dejjem għandu joħloq opportunità biex tgħallem u titgħallem. Ritratti - Joe Spiteri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019