Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 21 ta' April 2019 | illum Sports B'ŻIEDA mal-kullana ta' suċċessi li kiseb il-klabb Malti tal-atletika u triathlon Pembroke Athleta fis-snin immedjatament qabel u wara d-dħul tal-millenju, dis-sena ser jiżdied tragward ieħor prestiġġjuż. Dan billi l-klabb ħa jofroq mewġ ġdid meta għall-ewwel darba f 'Malta, irnexxielu jirbaħ id-dritt li jospita waħda mil-laqgħat internazzjonali fiċ-ċirkwit, l-European Athletics Promotion. Din l-għaqda Ewropea li l-għan tagħha huwa li ġġib 'il quddiem l-atletika issa ilha mwaqqfa għal bosta snin u kienu bosta l-attentati sabiex klabb Malti jieħu l-inkarigu li jorganizza dan l-avveniment tal-atletika f 'artna. Għaldaqstant, bħala l-ewwel klabb Malti li kiseb dan id-dritt, l-4 ta' Mejju ser tkun ġurnata memorabbli, għaliex xejn anqas minn 50 atleta barrani, flimkien ma' numru kbir ta' atleti Maltin, ser jikkontestaw programm sħih ta' 20 dixxiplina għall-kbar u 10 oħra għal żgħażagħ taħt is-16-il sena. Żgur li ma kinitx faċli sabiex nies ħabrieka membri tal-klabb, fosthom atleti tan-nazzjonal, jinsġu l-qafas meħtieġ; iżda bl-għajnuna ta' ħafna sponsors, ewlenin fosthom SportMalta, l-Awtorità Maltija tat- Turiżmu, Powerhouse, Attrans International Transport, VING Insurance, Eurosport, Atkins Malta, Green Finance, McDonalds, Ixaris, General Soft Drinks, AF Sign Studios, Eeetwell, Centro Moda, u Saracino's Catering. Il-pubbliku Malti u oħrajn huma mistiedna jattendu fl- istadium Matthew Micallef Stadium, il-Marsa, mingħajr l-ebda ħlas, biex jaraw l-atleti Maltin jissieltu għal titli kontra atleti barranin. Ċertament, se jkun spettaklu ta' livell għoli. L-atleti li diġà kkonfermaw il-preżenza tagħhom, minbarra dawk Maltin, ġejjin mill-Belġju, Franza, il-Ġorġja, il-Greċja, il-Gran Brittanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, in-Niġerja, Norveġja u San Marino. Għad hemm ukoll l-isperanza li atleti oħra mill- kontinent Afrikan, fosthom mill-Marokk u mill-Kenja jkunu jistgħu jiġu wkoll. Sabiex naghtu idea tas- saħħa u fama ta' dawn l-atleti, nistgħu nsemmu li fost il-kontinġent Ungeriż, meqjus bħala l-aktar wieħed b'saħħtu, il-pubbliku Malti ser jassisti għall-wirjiet ta' atleti rebbieħa ta' bosta titli kemm f 'pajjiżhom kif ukoll fil-kamp internazzjonali, fil-ġiri u l-qbiż. Fosthom eks rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej tal-atletika u diversi atleti rebbieħa ta' titli nazzjonali fl-Ungerija. Dawn huma biss ftit mit-talent li ser ikun preżenti minn dan il-pajjiż f 'nofs l-Ewropa. Tajjeb li nsemmu li fil-100m rġiel ser jikkompetu mhux anqas minn seba' atleti li l-aħjar ħin tagħhom f 'din id-dixxiplina popolari huwa taħt il-11-il sekonda. Fost dawn ser ikun hemm atleti mir-Renju Unit, Niġerja u l-Ungeriżi li ser jissieltu għall-unuri. Ma nistgħux inħallu barra li nsemmu lill-atleta mill- Ġorġja, li kien żar Malta mat-tim nazzjonali tiegħu sentejn ilu fil-Kampjonati tat-timijiet tal-Ewropa, li għandu qabża ta' 8.02m fil-finali Olimpika ta' 2016 u bla dubju, ser ikun ta' sfida denja għal kull atleta ieħor. L-ispettaturi se jaraw ukoll battalja b'saħħitha fit-tellieqa tal-5000m irġiel, fejn l-aqwa atleti lokali ta' bħalissa kollha kkonfermaw l-parteċipazzjoni tagħhom. Fil-qasam femminili wkoll, l-Ungeriżi mhumiex anqas ta' qawwa, fejn hawn ukoll numru t'atleti rebbieħa ta' bosta titli f 'pajjiżhom dis-sena fil-long jump, fit- Triple Jump, fit-800metru u fit-tfigħ tal-Javelin huma dominanti fid-dixxiplina tagħhom. Iżda xejn anqas favoriti għall-ogħla unuri ser naraw lil Charlotte Wingfield għal Malta fil-100 u 200 metru, fejn ser ikollha sfida qawwija minn atleti mill- Gran Brittanja. Flimkien ma' dawn, ser ikollna atleti b'saħħithom fil-Long Jump mir-Renju Unit u l-kampjonessa Belġjana inkariga fil-Javelin. M'hemmx dubju li din il-kompetizzjoni ser tkun waħda li tagħmel il-klabb u l-pajjiż kburi. L-organizzaturi huma grati li l-awtoritajiet lokali ma ħallew xejn barra sabiex jintlaħaq l-għan aħħari; inkluż l-uffiċjali u l-voluntiera kollha li wegħdu l-preżenza tagħhom; l-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija li qed tqiegħed għad-dispożizzjoni tal- klabb l-attrazzamenti kollha u t-tagħmir elettroniku; SportMalta; il-Ministeru u l-Awtorità tat-Turiżmu u bosta ministeri u awtoritajiet governattivi oħra; il-Kumitat Olimpiku Malti; li kollha flimkien taw l-appoġġ tagħhom b'kull mod sabiex dan l-avveniment ma jkunx ta' darba, iżda jinżel bħala appuntament annwali fil- kalendarju tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Maltija tal- Atletika (Athletics Malta). Dan l-appuntament annwali ċertament ser jgħin biex jgħolli l-livell tal-atleti Maltin billi regolarment ikollhom sfidi internazzjonali li huma meħtieġa, kontrarju għal dak li kien isir fil-passat meta kompetizzjoni kienet tkun ristretta bejn l-istess uċuħ Maltin, ġimgħa wara l-oħra. Kollox lest għall-EAP Malta 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019