Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 L-UE tapprova proġett ta' €130 miljun għal titjib tal-ilma fil-gżejjer Maltin PROĠETT ewlieni tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ġewwa Għawdex li hu ffinanzjat mill-UE kien approvat uffiċjalment illum. Dan il-proġett li jlaħħaq mal-€130 miljun fih ħafna aspetti differenti li flimkien ser itejbu l-kwalità tal-ilma fil-Gżejjer Maltin. L-impjant ġewwa Ħondoq ir-Rummien se jkun installat f 'bini eżistenti u b'hekk ikun evitat kwalunke impatt fuq l-ambjent. Dan ser jipproduċi ilma ta' kwalità eċċellenti għal Għawdex iżda l-pjan hu, li meta jinqala' l-bżonn dan ikun jista' jforni lil Malta wkoll permezz ta' kanna eżistenti taħt il-baħar. Iżda minkejja dan kollu, dan il-proġett iħaddan numru ta' ideat u inizjattivi li jkopru mina bejn Pembroke u Ta' Qali, titjib fl-impjanti tar- reverse osmosis, xogħlijiet fuq l-infrastruttura tad-drenaġġ, il-ġibjuni u xogħlijiet oħrajn. Dawn kollha jikkumplimentaw lill xulxin u huma parti mill-proġett Net Zero Impact Utility li hu maħsub għal ilma ta' kwalità aħjar, bi spejjeż inqas, u b'inqas impatt fuq l-ambjent. Ic-ċerimonja nfetħet mill- Kap Ezekuttiv tal-KSI Richard Bilocca li ta diversi dettalji fuq il-progress s'issa. Tkellmu wkoll il- Kummissarju Ewropew Karmenu Vella, il-Ministru tal-Enerġija u Ilma Joe Mizzi, il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana u s-Segretarju Parlamentari Clint Camilleri. Ta' interess partikolari kienet il-konferma ta' JASPERS li dan il-proġett huwa meqjus bħala wieħed li jħaddan l-aħjar prattiċi u metodi. Il-JASPERS hija sħubija bejn il-Kumissjoni Ewropea, il- Bank Ewropej tal-Investment (EIB) u l-Bank Ewropej għall- iżvilupp tar-reġjuni (EBRD). Hi tagħti assistenza teknika biex pajjiżi jippreparaw l-applikazzjonijiet għall-fondi Ewropej fi proġetti kbar u ta' ċerta statura. Waqt dan l-avveniment tkellmu wkoll Michelle Piccinino u Manuel Sapiano mill-aġenziji ERA u l-EWA rispettivament. KUMPANIJI se jkollhom jibdew ineħħu kontenut relatat ma' terroriżmu f 'temp ta' siegħa minn meta jirċievu lment mill- awtoritajiet, jekk proposta tal-Parlament Ewropew tgħaddi mill-Kummissjoni Ewropea. Dan kien deċiż mill-Parlament Ewropew li vvota favur b'308 voti, 204 voti kontra u 70 stensjoni. Din il-proposta tiġi ftit ġimgħat wara attakk terroristiku li sar fi New Zealand f 'moskea, f 'liema attakk inqatlu 50 persuna u ndarbu 20. Din il-proposta tgħid illi jekk kumpaniji, "b'mod sistematiku u persistenti jfallu milli jżommu mal-liġi jistgħu jkunu sanzjonati b'multa li titla' sa 4% tal-qligħ tal-kumpanija." Hawnhekk qed nirreferu għal kumpaniji bħal Facebook, Vimeo, You Tube u oħrajn. Minkejja dan, kumpanija mhix se tkun obbligata tagħmel moniteraġġ jew tfittex fatti illegali mtellgħin fuq il-pjattaforma. Il-multa tgħodd biss meta l-kontenut ma jitneħħiex wara siegħa minn meta jwiddbu l-awtoritajiet. L-ewwel darba li kumpanija tirċievi din l-ordni, qabel ma toħroġ il-multa, dawn jirċievu iktar informazzjoni dwar il- proċeduri sa 12-il siegħa qabel din l-ewwel ordni. Siegħa ċans biex kumpaniji bħal Facebook u Google jniżżlu kontenut 'terroristiku'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019