Illum previous editions

ILLUM 21 April 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1107748

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

illum | Il-Ħadd 21 ta' April 2019 Aħbarijiet 32 Il-Ministru Konrad Mizzi jixtieq jawgura l-Għid it-Tajjeb lill-Maltin u l-Għawdxin kollha ID-DIKJARAZZJONI politika tal-Parlament iktar kmieni din il-ġimgħa favur il-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex jimmina l-integrità tal-proċess deċiżjonali tal- awtoritajiet regolatorji. Dan qalu Carmel Cacopardo Chairperson ta' Alternattiva Demokratika u kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li flimkien ma' Mina Tolu, kandidat ukoll għall- Parlament Ewropew f 'isem Alternattiva Demokratika, dalgħodu indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet quddiem il- bini tal-Parlament. Mina Tolu żiedet tgħid li "l-bidla fil-klima hi l-ikbar sfida ta' żmienna. Fil-Parlament Ewropew l-uniku partit li kontinwament u konsistentement jivvota favur miżuri li jħarsu l-klima huwa il-Partit tal-Ħodor għax il-partiti l-oħra kontinwament għaddejjin b'sensiela ta' kompromessi instigati mill-operaturi ekonomiċi." Ma' dan Tolu saħqet ukoll kif il-ħarsien ambjentali jinvolvi ferm iktar mit-tindif tal-iskart li jitħalla jakkumula fil-kampanja u f 'postijiet ta' rikreazzjoni. Il-ħarsien ambjentali jinvolvi wkoll il- proċess deċiżjonali li jekk ma jsirx b'sens ta' responsabbilità jista' jeqred il-futur tal-ġenerazzjonijiet li għad iridu jiġu. Carmel Cacopardo emfasizza li: "l-approvazzjoni mill-Parlament tal- mozzjoni iktar kmieni din il-ġimgħa li tappoġġa l-mina taħt il-baħar bejn Malta u Għawdex hi fil-fatt dikjarazzjoini ta' kompliċità fir-rovina ta' Għawdex." Cacopardo jinsisti li permezz tad-dikjarazzjoni l-Parlament qed jipprova jikkundizzjona l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet li jridu jiżnu u janalizzaw il-proġett meta tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni. "Hu inutli li l-PN u l-PL ixerrdu d-dmugħ tal-kukkudrilli dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet maħtura jagħmlu xogħolhom b'rettitudni u imparzjalità jekk imbagħad f 'mument kritiku jippruvaw jikkundizzjonaw il-mod kif dawn jaġixxu," kompla jsostni Cacopardo. L-iskop li tkun iffaċilitata l-mobilità bejn Malta u Għawdex jista' jintlaħaq faċilment permezz ta' servizz jgħaġġel bil-baħar (fast ferry service) bejn l-Imġarr Għawdex u diversi partijiet mal-kosta ta' Malta u dan mingħajr ma jinħolqu impatti ambjentali sostanzjali. L-impatti ambjentali li se tiġġenera l-mina proposta bejn Malta u Għawdex mhux biss l-iskart tal-kostruzzjoni li jirriżulta mit-tħaffir u li bih ser tinħoloq pjaga oħra ta' reklamazzjoni ta' baħar f 'lokalitajiet li s'issa għad ma tħabbrux imma. Il-mina, jekk issir, se żżid sostanzjal- ment il-moviment ta' karozzi bejn il-gzejjer u dan kontra dak li jipprovdi l-pjan nazzjonali tat-trasport li jesiġi li l- karozzi fit-toroq jonqsu, mhux jiżdiedu. Is-suċċess finanzjarju tal-mina proposta hi dipendenti fuq il-karozzi li jaqsmu bejn il-gżejjer għax id-dħul finanzjarju tal-operaturi tal-mina se jkun dipendenti mill-ħlas li jsir għal kull karozza li taqsam min-naħa għall-oħra. Għaldaqstant huwa fl-interess tal- operaturi li jiżdied it-traffiku. Għandna Parlament li ma jitlifx opportunità biex jipprietka favur il-ħarsien ambjentali, inkluż dwar eko- Għawdex: imma fil-mument tal-prova waqgħu l-maskri, għax il-mozzjoni kienet approvata unanimament. Nafu li tlestew studji ġeoloġiċi preliminari li s'issa għadhom miżmuma sigrieta. Il-konsultazzjoni pubblika dwar l-istudji dwar l-impatti ambjentali għadha ma saritx għax fil-fatt l-istudji ambjentali għadhom mhux konklużi. Kemm se tkun in-nefqa pproġettata ħadd ma jaf s'issa għax dan hu dipendenti fuq parti mid-deċiżjonijiet li jkunu meħtieġa li jittieħdu hekk kif ikunu konkluża l-istudji. L-esperjenzi f 'pajjiżi barranin fuq proġetti simili, li jgħaqqdu miljuni kbar ta' nies, wrewna li l-infieq proġettat anke jekk stmat bir-reqqa jista' jispara 'l fuq minħabba l-imprevidibilità tan-natura ta' dan it-tip ta' xogħol. Quddiem dan kollu Alternattiva Demokratika tipproġetta l-viżjoni ta' gżira ekoloġika li ma timpurtax il-ħerba ambjentali minn Malta. Li Għawdex hu maqtugħ fiżikament minn Malta hu vantaġġ mhux żvantaġġ. Il-mina: il-vot tal-PN u l-PL huwa kompliċità fir-rovina t'Għawdex

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 April 2019