Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1124839
I r-riżultati kollha tal- elezzjonijiet li kellna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, issa huma magħrufa. Nibda mal-ewwel biex nifraħ lill- Kunsilliera eletti, imma wkoll nirringrazzja lil dawk kollha li kienu kandidati u kienu lesti biex iservu l-lokalitajiet tagħhom. Awguri mill-qalb lill-Kunsilli kollha tal-pajjiż. Il-poplu wera l-fiduċja tiegħu fikom. Il-poplu għażilkom bħala r-rappreżentanti tal-lokalità rispettiva tagħkom. Il-pass li jmiss huwa li dawk eletti jingħataw il-ġurament tal- ħatra. Umbgħad ikompli għaddej ix-xogħol f 'kull lokalità madwar Malta u Għawdex. Xogħol li jibni fuq it-tajjeb li sar f 'dawn l-aħħar snin, imma wkoll xogħol li ġġedded permezz tar-riforma li saret fil-Gvern Lokali. Nemmen li hemm entużjażmu ġdid fost dawk kollha eletti. U bir-raġun. Issa dan l-entużjażmu jrid ikompli jissarraf fil-ħidma għall-ġid taċ- ċittadini kollha tal-lokalitajiet tagħna madwar il-pajjiż. U propju hawn fejn tidħol is- sinerġija bejn il-Gvern Ċentrali u l-Gvern Lokali. Dan huwa Gvern li jemmen bis-sħiħ fil-Kunsilli Lokali. U qiegħed hemm biex jagħti l-għajnuna kollha possibbli ħalli jara li dawn il-kunsilli jkunu jistgħu jressqu 'l quddiem il-ħima tagħhom. Dan qed isir bl-allokazzjoni ta' fondi li jingħataw il-kunsilli, li fil-baġit li għadda kien miżjud bl-akbar żieda li qatt ingħatat – dik ta' kważi €7 miljun. Meta tara l-allokazzjonijiet kollha li l-Kunsilli jieħdu – pemezz ta' fondi diretti u wkoll tad-diversi skemi u programmi speċjali għall-Kunsilli – l-allokazzjoni lill-kunsilli hija ta' €53 miljun. Ovvjament il-finanzi huma importanti. Imma mhux kollox. U huwa propju għalhekk li l-Gvern ħaseb għal riforma mill-qiegħ tal-operat tal-Gvern Lokali. Riforma li għandna l-għan li tpoġġi ċ-ċittadin fl-ewwel post. Għax il-Kunsilli qegħdin hemm biex itejbu – b'kull mod – il-ħajja taċ-ċittadin biex din tkun esperjenza verament unika minn kull aspett. Ir-riforma ma kinetx biss indirizzata lejn il-Gvern Lokali. Anzi bdiet b'ristrutturar fi ħdan id-Diviżjoni għall- Gvern Lokali, kemm fil-binja nnifisha imma wkoll fl-operat tad-Diviżjoni nnifisha. B'hekk il-kunsilli jkunu jistgħu jaħdmu b'pedament sod. Aħna qegħdin inkomplu niżguraw li permezz tal- istrateġija tagħna u l-affarijiet li qegħdin jiġu implimentati aħna nkunu aktar viċin taċ- ċittadin, billi naħdmu biex nintroduċu inizjattivi li huma ta' benefiċċju għall-komunità, billi niżguraw li ntejbu l-livell ta' għajxien taċ-ċittadini tagħna. U din id-Diviżjoni hija mmotivata li tkompli ssaħħaħ ix-xogħol tagħha bil- kollaborazzjonijiet, proġetti u bidliet pożittivi, biex inkunu ta' servizz aħjar għall-komunità tagħna. Għalhekk intenni l-awgurju tiegħi lill-kunsilliera eletti. Kunu kburin bil-ħima tagħkom. Kunu kburin li qed tkunu l-mezz tat-titjib fil-lokalità, mhux biss għaċ- ċittadini kollha, imma wkoll għal dak kollu li hija l-lokalità taghkom. Fl-aħħar mill-aħħar l-għan tagħna lkoll hija li ngħixu fl-aħjar mod possibbli u f 'dak kollu li huwa parti minnha, parti minn ħajjitna. * * * Min-naħa tagħna qed nagħmlu dak kollu possibbli biex intejjbu l-lokalitajiet kollha ta' pajjiżna. Hux qed ngħid biss ix-xogħol kollu li jsir fid-diversi oqsma, imma wkoll biex insebbħu l-bliet u l-irħula tagħna u fuq kollox – inħarsu dak li writna mingħand ta' qabilna. Qed insemmi dan u f 'moħħi għandi r-restawr li qed isir. Permezz tad-Direttorat tar- Restwar qed nilħqu dak kollu li huwa parti mill-istorja rikka tagħna u nippriservawh. U dan qed nagħmluh mhux biss biex inħarsu l-istorja tagħna għalina nfusna, imma kif dejjem ngħid – biex inħallu l-kultura u l-wirt storiku għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Kien għalhekk li meta dħalt responsabbli għall-kultura, ridt noħloq pjattaforma biex ngħinu, bħala gvern, lill- Kunsilli Lokali ħalli jħarsu dak li huwa ta' importanza storika. Meta poġġejt dan il-ħsieb fuq il-mejda, iddiskutejna u ħloqna skema, li bi pjaċir ngħid illum il-ġurnata qed naraw frott kbir minnha. Qed nirreferi għall-iskema 'Xogħlijiet ta' Restawr għall- Kunsilli Lokali' li tnediet fl-2015. Għandha għan wieħed u sempliċi dak li tassisti lill-kunsilli lokali fir-restawr ta' binjiet u monumenti ta' valur artistiku u/jew storiku li jinsabu fil-lokalità. Fuq bażi annwali, il-kunsilli lokali ta' Malta jingħataw il-possibbilità li jressqu proposti ta' proġetti għall-konsiderazzjoni tal- Kumitat tal-Għażla maħtur mill-Gvern, biex jevalwaw l-applikazzjonijiet. Bl- implimentazzjoni tagħha, din l-iskema qiegħda tipprovdi assistenza sinifikanti matul is- snin lil lokalitajiet differenti. U għalhekk inkompli nħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali biex ikomplu jagħmlu użu minn din l-iskema ħalli flimkien inkomplu nħarsu l-patrimonju tagħna. * * * Dan il-ħsieb jeħodni għal attività li verament ħadt gost nattendi, meta nidejt ix-xogħol lest ta' restawr fuq l-istatwa ta' San Ġużepp f 'Ħal Għaxaq. Statwa li hija ferm għall-qalb l-Għaxqin. Nerġa' nfaħħar ix-xogħol kontinwu li qiegħed iwettaq id-Direttorat tar-Restawr li qiegħed jintervjeni u jieħu ħsieb il-monumenti u l-binjiet ta' pajjiżna li għandhom sinifikat nazzjonali u tradizzjonali. Id-Direttorat tar-Restawr s'issa ħadem f '70% tal-lokalitajiet tagħna u għandu 71 proġett għaddej li qegħdin fi stadji differenti. Ninsabu impenjati biex inkomplu nsaħħu wirtna u t-tradizzjonijiet tagħna, speċjalment minħabba li dawn jiffurmaw parti intrinsika mill- identità tagħna bħala pajjiż. B'dan l-intervent, qegħdin nassiguraw li dan il-monument importanti huwa disponibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri. * * * Il-ħidma tagħna hija mifruxa. Ħadt gost ukoll inqassam il-warrant lil 22 nutar gdid, 4 rġiel u 18-il mara. Filwaqt li fraħtilhom u awgurajtilhom fil-karriera tagħhom, aċċennajt għall- importanza u r-responsabbiltà li ġġor magħha din il- professjoni. Inkoraġġixxejthom ukoll lil dawn in-nutara l-ġodda biex jimxu b'mod serju u etiku, speċjalment minħabba li x-xogħol tagħhom jgħin biex isaħħaħ ir-rota ekonomika. Dan il-Gvern ħadem biex in-nutara ta' pajjiżna jkollhom xogħol aħjar u kien grazzi għal dan il-Gvern, li bis- saħħa tiegħu ġie introdott għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna l-Kodiċi tal-Etika għan-Nutara. Din il-Kodiċi tal-Etika għan-Nutara tifforma parti minn riformi vasti li preżentement qegħdin jiġu implimentati minn dan il-Gvern fis-setturi legali u ġudizzjarji. Infakkar ukoll li attwalment l-Arkivji Notarili għaddejjin minn xogħol ta' restawr maġġuri bħala parti minn proġett ta' €5 miljun iffinanzjat mill-FEŻR. Hekk se naraw it-trasformazzjoni tal-Arkivji f 'ċentru ewlieni ta' eċċellenza f 'riċerka storika, konservazzjoni u investigazzjoni xjentifika. Dan mhux biss se jgħin fil- preservazzjoni tal-kollezzjoni ta' aktar minn 20,000 volum notarili ta' prestiġju internazzjonali u valur storiku u soċjali rikk, iżda wkoll biex inkomplu nżidu l-aċċessibbiltà tal-Arkivji Notarili u l-volumi tagħhom. Faċilitajiet ta' din is-sura se jiftħu t-triq għall-Arkivji Notarili biex isiru mexxej ewlieni internazzjonali għal riċerka arkivjali u l-preservazzjoni u l-konservazzjoni tal-wirt fuq il-karta, mhux biss għall- benefiċċju tal-viżitaturi, imma wisq aktar għan-nutara li jagħmlu użu minn dawn il-faċilitajiet. Huwa grazzi għal dan l-investiment dirett li nistgħu nsaħħu din il- professjoni tant importanti, filwaqt li nkomplu nżidu l-aċċessibbiltà għall-wirt tagħna. * * * Il-ħidma għaddejja u ma tiqafx. L-għan tagħna huwa li b'dak kollu li qed nagħmlu ntejbu l-ħajja tas-soċjetà Maltija minn kull lat. Huwa għalhekk li din is-sinerġija ta' ħidma bejn il-Gvern Ċentrali u l-Gvern Lokali trid tkompli dejjem aktar tibni fuq dak li wettaqna diġà, fit-triq biex verament inkunu qed ngħixu f 'ambjent li jistħoqq lil kull wieħed u waħda minnha. Owen Bonnici huwa Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Inkomplu bil-ħidma OWEN BONNICI Se naraw it- trasformazzjoni tal-Arkivji Notarili f 'ċentru ewlieni ta' eċċellenza f 'riċerka storika, konservazzjoni u investigazzjoni xjentifika illum | Il-Ħadd 2 ta' Ġunju 2019 18 Opinjoni L-Arkivji Notarili fil-Belt Valletta