Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Nies jilmħu lil Tanti taħt l-irdum Aktar tard dakinhar, xi nies innutaw lill-akkużat fuq il-blat. Huwa beda jagħmlilhom sinjali li kellu bżonn l-assistenza. Il-Forzi Armati ta' Malta, permezz ta' ħelikopter, tellgħu lill-akkużat u l-katavru ta' Lisa Maria. Għalkemm l-akkużat saħaq li kien qabeż ftit sekondi wara Lisa Maria, huwa kellu ftit ġrieħi biss. "Il-ġrieħi tal-akkużat ċertament li mhumiex kompatibbli ma' waqgħa minn 32 metru," taqra l-Att ta' Akkuża. Akkużat ukoll li pproduċa ritratti indiċenti ta' minuri Tanti tressaq il-Qorti akkużat b'omiċidju volontarju, li għen persuna biex toqtol ruħha b'idejha, li pparteċipa f 'attivitajiet sesswali ma' persuna minorenni u li pproduċa materjal indeċenti tagħha. Il-mowbajl tal-vittma kien analizzat u fih instabu diversi ritratti tagħha mingħajr ħwejjeġ. F'uħud minn dawn ir-ritratti kien hemm rifless ġo mera Erin Tanti li jidher jiġbed ir-ritatti. Erin Tanti wieġeb ħati għal dawn l-akkużi nhar il-Ġimgħa li għadda, ftit minuti biss qabel kellu jibda jgħaddi ġuri. Huwa ngħata sentenza ta' 20 sena u sitt xhur ħabs u ntalab iħallas €20,000 fi spejjeż tal-Qorti. Fl-aħħar xhur, wara li ngħata l-ħelsien mill-arrest fl-2015, Tanti kompla jistudja fl-Università ta' Malta u kien jaħdem bħala aġent tal-proprjetà. Tanti ġara eżatt? Fil-Qorti nstema' wkoll kif meta kienu f 'tarf l-irdum, Lisa Maria ntebħet li l-akkużat ma kellu ebda intenzjoni li jaqbeż magħha. "Hija ħarset dritt f 'għajnejh u qaltlu biex ma jkunx ġifa. Imbagħad għoddiet sa tlieta u qabżet għal isfel." Lisa Maria mietet fuq il-post kaġun tal-ġrieħi estensivi li ġarrbet, fosthom il-frattura tal- kranju tar-ras u ksur estensiv u emoroġiji madwar ġisimha. "Tanti poġġa ħajjet Lisa Maria Zahra f 'periklu ċar. Fi sforz egoist biex jipprova jostor il-fatt li huwa kellu relazzjoni ma' minuri studenta tiegħu… Kien proprju dan l-aġir tiegħu (kemm ta' kommissjoni kif ukoll ta' ommissjoni) li wassal għall-mewt ta' Lisa Maria Zahra," hemm spjegat fl-Att ta' Akkuża. Lisa Maria tinduna li Tanti ma riedx jaqbeż… 'Tkunx ġifa' Minn Yendrick Cioffi ILMEXXEJJA ta' seba' pajjiżi tal-Mediterran li ltaqgħu Malta qablu li jaħdmu flimkien fuq it-tibdil fil-klima u l-immigrazzjoni waqt il- laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew. Il-mexxejja ta' Ċipru, Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja, flimkien mal-Prim Ministru Malti Joseph Muscat, indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet quddiem Kastilja. Muscat qal li s-seba' pajjiżi qablu li l-kwistjonijiet tat-tibdil fl-klima, it-tniġġis tal-arja u l-qalba għall-vetturi li jaħdmu bl-elettriku għandhom ikunu fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Ewropew li se ssir bejn l-20 u l-21 ta' Ġunju. Il-Prim Ministru qal li l-mexxejja qablu wkoll li jaħdmu fuq l-immigrazzjoni u marbuta magħha r-riforma li fi kliemu hemm bżonn fis- Schengen u anke l-libertà tal-moviment. L-ewwel ma wasal kien il-President Franċiż Emmenual Macron li ngħata merħba minn Muscat quddiem Kastilja qabel ma kellhom laqgħa privata flimkien, fejn iddiskutew is-sitwazzjoni fil-Libja, l-immigrazzjoni u kwistjonijiet oħra Ewropej. Muscat irrefera għal- Libja bħala ġar importanti waqt li saħaq li Malta hija inkwetata immens bis- sitwazzjoni f 'dan il-pajjiż. Tul il-konferenza, il-Prim Ministru Malti ddikjara wkoll l-appoġġ tal-EUMed7 għal Ċipru fid-dawl tal- aħħar tensjonijiet li eskalaw mat-Turkija. Din kienet il-ħames summit ta' dan il-grupp u l-ewwel wieħed li sar f 'Malta. Jaqblu li jaħdmu flimkien fuq l- immigrazzjoni u t-tibdil fil-klima Is-seba' mexxejja tal-pajjiżi fin-Nofsinhar tal-Ewropa li nġabru f 'Malta nhar il-Ġimgħa il-Prim Ministru Jospeh Muscat waqt il-konferenza tal- aħbarijiet fi tmiem is-summit

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019