Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

Waqt din il-laqgħa, Utulu jgħid li l-MFA informatu li jinsab f 'inkwiet kbir u li se jkun investigat. Ftit żmien wara huwa kien eżaminat minn bord speċifiku tar-referis, hawnhekk jirrakkonta kif ġabu fil-konfront tiegħu wkoll akkużi ġodda. "Qaluli li lgħabt f 'turnament fil-grawnds tal-Mosta. Għidtilhom iva mela, kien turnament tax-xogħol tal-mara u kont mistieden. Qaluli li suppost kelli ninforma bil- miktub lid-direttur tar-referis Kevin Azzopardi għaliex hemmhekk stajt niltaqa' ma' plejers oħra. Għidilthom anke l-knisja niltaqa' mal-plejers li jilagħbu, allura ma mmurx nisma' quddies," irrimarka Utulu. Huwa jgħid ukoll li, "tajthom il-mowbajl biex nurihom li kont innoċenti u kif il- konverżazzjonijiet ma' Farrugia kienu xejn illegali jew illeċitu, tant u hekk li lanqas ħassart il-konverżazzjonijiet." 'Tlift dak kollu li ħdimt għalih tul dawn is-snin kollha' "Xi ftit ġimgħat wara kellna test tal-futsal u neħħew in-nomina tiegħi, f 'ġurnata l-investigazzjoni kienet lesta," jisħaq Utulu. "Ħarġu stqarrija u qalu li kont sospiż għaliex għamiltha ta' aġent tal-plejers. Ma semmewx il-klabb involut u l-persuna Adrian Farrugia. Waqt laqgħa oħra tas-sotto-kumitat iddeċidejt li nieħu miegħi lill- avukat Joe Gilgio. Meta semgħu li kont se nieħu lill-avukat ippostponew il-laqgħa. Ħadd ma kien hemm għalija lanqas l-MFRA, kont waħdi, marti biss kienet hemmhekk għall- appoġġ. Bqajt nistaqsi x'għamilt qisni qtilt lil xi ħadd. Ir-referis ħbieb tiegħi ħadd ma kellimni, kulħadd dawwar wiċċu," jirrakkonta b'qalb maqsuma. Għaldaqstant, wara din il- laqgħa, Utulu ġie infurmat li kien sospiż għal għomru. "Jien ma ppruvajtx inħammeġ jew inkisser il-logħba, sempliċiment laqqajt ħabib tiegħi m'ieħor. Jekk referì jitfa' mħatra fuq logħba li qiegħed jirrefja għandu sospensjoni ta' tliet snin minimu. Tiegħi kienet aktar serja apparentement." Hawnhekk Utulu jistqarr li jinsab imħasseb ferm għalfejn trattawh b'dan il- mod. "Trattawni b'mod inġust, kulħadd jaf x'tip ta' persuna jiena. Il-problema hi li l-MFA jafdaw aktar lin-nies li jimmanipulaw il-logħba milli xi ħadd bħali. Adrian Farrugia jbagħbas il-logħba u tarah kull darba fil-VIP area, u spiċċajt nbati jiena mhux min ikisser il-logħba tal-futbol." Erba' snin ilu, il-Pulizija Taljana kienet implikat lil Adrian Farrugia f 'ċirku kriminali ta' tixħim u tbagħbis ta' logħob fl-Italja. Fl-istess operazzjoni, bl-isem ta' 'Dirty Soccer' kien implikat ukoll ħuh Robert kif ukoll Felice Bellini, l-eks direttur ġenerali ta' Vittoriosa Stars. Il-każ kompla jinstema' fil-Qorti Taljana f 'April li għadda u minkejja dan, l-MFA għadha ma ressqet l-ebda sospensjoni lejn dawk involuti hekk kif iż- żewġ aħwa għadhom involuti fil-futbol lokali. Dlonk staqsejtu għalfejn qatt ma tkellem fuq din l-informazzjoni li għadu kemm żvela mal-ILLUM. Hu jirrispondi u jgħid, "jiena dejjem emmint li mmur il-grawnd u nagħmel xogħli. Ir-reliġjon tiegħi tgħid li l-ġustizzja tasal għand kulħadd." Fi tmiem l-intervista staqsejtu biex jgħaddi messaġġ lil dawk kollha li qegħdin jaqraw din l-intervista. "Il-messaġġ tiegħi huwa dan; kull min iltaqa' miegħi kulħadd jaf x'bniedem jiena. Isimgħu din l-istorja minn perspettiva differenti. Tlift dak kollu li ħdimt għalih. Ġejt hawn Malta u ħdimt mingħajr ma waqa' xejn mis-sema, mingħajr l-ebda rakkomandazzjoni u lħaqt FIFA level referì. Kont l-unika Malti li mort għall-World Cup u għamilt unur u trattawni b'dan il-mod," itemm jgħid Utulu b'leħen miksur 11 Aħbarijiet Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum ibagħbas il-logħob u mhux lili' "Tlift dak kollu li ħdimt għalih. Ġejt hawn Malta u ħdimt mingħajr l-ebda ma waqa' xejn mis-sema, mingħajr l-ebda rakkomandazzjoni u lħaqt FIFA level referì. Kont l-unika Malti li mort għall-World Cup u għamilt unur u trattawni b'dan il-mod." Jude Amin Utulu Ritratt Ta' James Bianchi FIFA. Wara ġimgħat twal ta' spekulazzjoni fuq jekk humiex se jikkontestaw għall-ogħla kariga fl-MFA, Chris Bonett u Bjorn Vassallo din il-ġimgħa kkonfermaw il-kandidatura tagħhom għal President tal- MFA. Vassallo, attwalment direttur tal-FIFA ħabbar li se jkun qiegħed jikkontesta l-elezzjoni tal-Malta Football Association (MFA) għar-rwol ta' President. Fil-passat Vassallo okkupa kariga fl-MFA sakemm fl-2016 irriżenja minn Segretarju Ġenerali sabiex jieħu pożizzjoni fil-FIFA. Kienet din il-gazzetta li fit-12 ta' Marzu li għadda rrapportat kif il-President attwali Norman Darmanin Demajo ma kienx se jikkontesta l-elezzjoni ta' Lulju li ġej. Dakinhar sorsi li tkellmu mal-ILLUM kienu spjegaw kif id-Dede mistenni 'jċedi' postu lil Bjorn Vassallo. Xahar wara, Darmanin Demajo kemm ħabbar illi mhux se jikkontesta l-elezzjoni għat-tmexxija tal- MFA li se ssir f 'Lulju li ġej. Min-naħa l-oħra, Chirs Bonett kien ilu żmien jissemma li se jitfa' ismu sabiex ikun il-President li jmiss tal-MFA, b'din il-gazzetta informatha li ilu għal żmien twil jiltaqa' mal-partijiet interessati kollha. Eżerċizzju li skont sorsi qrib Bonett kien importanti għalih biex jiżen jekk għandux finalment jitfa' ismu fl-elezzjoni ta' Lulju li ġej. Bħal Vassallo, fil-passat Bonett ukoll kellu pożizzjoni fl- MFA, hekk kif dan serva bħala Viċi President sakemm fl-2016, irreżenja sabiex imexxi t-tim ta' uffiċjali li jiġġieldu t-tixħim fil-futbol mal-UEFA. l-introjtu għall-klabbs'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019