Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 14 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Min hu Erin Tanti u min kienet Lisa Maria? Erin Tanti kien l-għalliem tad-drama ta' Lisa Maria Zahra. Ftit ġimgħat wara li beda jgħallem id-drama f 'St Michael's Foundation kien tefa' ħarstu fuq Lisa Maria. Lisa Maria kien għad għandha madwar 15-il sena. Kien jafha minn qabel għax kienet tattendi l-Masquerade Theatre Arts School, fejn huwa kien jgħallem ukoll. Fil-Qorti, Lisa Maria kienet deskritta bħala żagħżugħa brava u promettenti u li d-drama kienet wisq għal qalbha. Madanakollu, irriżulta wkoll li kienet għaddejja minn perjodu diffiċli ħafna. Zahra tilfet lil ommha meta kien għad għandha biss sentejn u fl- addoloxxenza tagħha nħakmet minn dipressjoni, tant li skont dak li ħareġ fil-Qorti, kemm-il darba pprovat tweġġa' lilha nnifisha. Madanakollu, Lisa Maria bdiet tegħleb dan il- perjodu. Kienet ħerqana biex tagħmel l-eżamijiet tal-O Levels u anke kienet tixtieq li tmur tistudja d-drama f 'Londra. Lisa Maria infurmat lil Erin Tanti b'dak li kien ġara. Ippanikjat bagħat jistaqsiha jekk missierha kienx jaf li hu kien għalliem tagħha, u jekk kinux laħqu infurmaw lill- Pulizija jew lill-iskola. Tanti bagħtilha messaġġ jgħidilha li jekk kienet se tikkonfermalu li l-familjari tagħha kienu jafu min hu, huwa kien ser ineħħi ħajtu b'idejh. Hija twieġbu li ma kellhiex għalfejn tgħix aktar jekk huwa kien ser ineħħi ħajtu b'idejh, u li allura kellhom ineħħu ħajjithom it-tnejn flimkien. Asperina, whisky u ċekkijiet… Tanti jfassal pjan Tanti ma setax jaċċetta l-fatt li kien inqabad f 'relazzjoni ma' tfajla minorenni u studenta tiegħu stess. Beda jibża' li ser ikollu inkwiet kbir ma' missier Lisa Maria, li jitkeċċa mill-iskejjel fejn kien jgħallem u jiġi ttimbrat bħala pedofelu. Fil-Qorti nstema' wkoll kif Tanti ma ried qatt li Lisa Maria tkun ma' ġuvni ieħor jekk mhux miegħu u li għalhekk ħejja pjan. "F'dak il-lejl ta' bejn it-18 u 19 ta' Marzu tal-2014, Lisa Maria Zahra kellha tmut, u hu kellu jaħrab." Tanti taha x'tifhem li huwa kien jaqbel li l-unika triq għalihom kienet li jikkommettu suwiċidju flimkien. Informaha li kien xtara xi pakketti tal-asperina u li kien ser jgħaddi għaliha aktar tard filgħaxija. Iżda apparti l-asperina u l-whisky, Tanti ħa miegħu €2,500, numru ta' ċekkijiet u l-passaport tiegħu. Malli waslu Ħad-Dingli, Tanti pparkja l-karozza u għamlu xi sigħat fiha fejn belgħu xi asperina u xorbu wkoll mill-flixkun tal- whisky. Għall-ħabta tal-4:00am tad-19 ta' Marzu ħarġu mill- karozza u mxew lejn xifer l-irdum. Erin Tanti jipprova jżomm ir-relazzjoni mistura Matul il-proċeduri fil- Qorti ntqal kif konxju mill-fatt li Lisa Maria kienet minuri vulnerabbli, Tanti pprova jżomm din ir-relazzjoni mistura u 'l bogħod minn għajnejn in-nies. Instema' kif kien jieħu lil Lisa Maria fl-appartament li huwa kien jikri ġewwa Triq Feliċ, il-Belt Valletta. Meta missier Lisa Maria, il-lukandier Tony Zahra, kien ikun imsiefer, Tanti kien ġieli jmur inkiss inkiss fir-residenza tagħha. …iżda jinduna impjegat tal-familja Darba minnhom, jiġifieri fit-18 ta' Marzu tal-2014, impjegat li kien jieħu ħsieb id-dar tal-familja Zahra, innota vettura viċin il- kanċell tal-istess residenza. Mill-filmati tas-CCTV deher ċar li l-vettura telqet minn quddiem ir-residenza għall-ħabta tas-7:00am wara lejl sħiħ ipparkjata. Inkwetat, l-impjegat ċempel lil ħu Lisa Maria. Flimkien raw il-filmati li kienu juru kif Tanti, għal żewġt iljieli konsekuttivi, mar għand Zahra, baqa' dieħel direttament fil- kamra ta' Lisa Maria u telaq l-għada filgħodu. Huma qalu b'kollox lil missier Lisa Maria li telaq malajr minn Dubaj u qabad l-ewwel titjira lejn Malta. Sakemm wasal, talabhom jassiguraw li Lisa Maria tmur torqod id-dar ta' ħuha u talabhom jeħdulha l-mowbajl. Madanakollu t-tfajla ma riditx u ntlaħaq kompromess li tibqa' d-dar tagħha iżda mhux waħedha. Nhar il-Ġimgħa, Erin Tanti wieġeb ħati għall-omoċidju volontajru taż-żagħżugħa Lisa Maria Zahra. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak li kien ġara l-lejl ta' bejn it-18 u d-19 ta' Marzu 2014 u l-ġranet ta' qabel… Wara ħames snin Erin Tanti jwieġeb ħati: x'kien ġara Erin Tanti jippanikja… jgħidilha li se joqtol lilu nnifsu Lisa Maria Zahra Erin Tanti