Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
U wħud mill- awtoritajiet li jikkonċernaw l-industrija tal-bini draw jiffunzjonaw qishom kaxxa tal-ittri, letter-box: jirċievu ittri u dokumenti mingħajr (ġeneralment) ma jieħdu passi dwarhom. Tant huma passivi li rrendew lilhom infushom ineffettivi. Disa' xhur ilu, propju minħabba dan il-fatt, il- Gvern ippubblika dokument konsultattiv bl-intenzjoni speċifka li jikkonsolida f 'awtorità waħda r-Regolatur dwar il-bini u l-kostruzzjoni, l-entitajiet regolatorji eżistenti u ċioè l-BICC (Kumitat Konsultattiv dwar l-Industrija tal-Bini), l-BRO (l-Uffiċċju dwar ir-Regolamentazzjoni tal- Bini), l-BRB (l-Bord li Jirregola l-Bini) u l-Bord tal-Bennejja. Proposta li bla dubju ilha tinħass li hi neċessarja! Il-frammentazzjoni kurrenti tal-funzjonijiet regolatorji fuq l-industrija tal-kostruzzjoni wasslet biex dawn saru ineffettivi. Bħala riżultat ta' dan, l-ilmenti kontinwi tar-residenti dwar kif l-industrija tal- kostruzzjoni qed tħarbtilhom ħajjithom ġew ġeneralment injorati. Bosta drabi huma l-awtoritajiet infushom li ma jagħtux kas tal-ilmenti li huma rifless ta' ambjent urban ikkontaminat u li qiegħed jirriżulta mill-iżvilupp intensiv fiż-żoni residenzjali. Il-kollass ta' tliet binjiet, tnejn minnhom din il-ġimgħa stess, f 'konnessjoni ma' skavar fuq siti ta' kostruzzjoni bla dubju jnissel tħassib kbir. Imma ħadd ma għandu jkun sorpriż li ġraw. Fortunatament din id-darba ma miet ħadd! Mhux l-ewwel darba li ġraw dawn l-inċidenti: drabi oħra mietu wkoll in-nies! Li dawn l-inċidenti ma jiġrux iktar spiss hu riżultat ta' professjonisti dedikati li jagħmlu ħilithom biex jegħlbu l-problemi li jiffaċċjaw kontinwament. Ċertament li f 'dan ma għandhom l-ebda mertu l-awtoritajiet li huma passivi għall-aħħar. Is-sospensjoni temporanja da parti tal-Gvern ta' kull xogħol ta' twaqqiegħ ta' bini jew skavar, apparti milli hi applikazzjoni abbużiva tal-liġi hi wkoll riżultat ta' reazzjoni ta' paniku li tipprova fatt wieħed bażiku: l-awtoritajiet regolatorji tal-industrija tal-bini m'għandhomx ir-riżorsi biex iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom u li minnhom ilhom is-snin li abdikaw. Dwar kull waħda mit-tliet binjiet li waqgħu matul dawn il-ġimgħat hu fatt magħruf li r-residenti kienu ilhom jilmentaw żmien: l-ebda awtorità ma eżaminat l-ilmenti tagħhom u aġixxiet fuqhom, la direttament u l-anqas billi rreferiethom b'mod urġenti f 'fora oħra addattati. Il-Gvern issa hu ppreokkupat. Kien ikun ħafna aħjar kieku din il-preokkupazzjoni wrieha iktar kmieni billi pprovda r-riżorsi lill-Uffiċċju għar- Regolamentazzjoni tal-Bini (BRO) mhux biss biex ikun jista' jaqdi l-inkarigu tiegħu, imma wkoll billi jassigura li l-awtoritajiet kollha jieħdu interess u jinvestigaw l-ilmenti li jirċievu mingħajr dewmien. Disa' xhur ilu, il- konsultazzjoni pubblika li saret kellha l-iskop li jkun assigurat li "l-inċidenti" tal- ġimgħat li għaddew ikunu evitati kemm jista' jkun billi jkunu kkonsolidati u msaħħa l-istituzzjonijiet dgħajfa li għandna llum. Dawn huma l-inċidenti li nafu bihom. Kemm kien ikollna iktar inċidenti li kieku dawn ma ġewx evitati b'intervent f 'waqtu minn numru ta' professjonisti ddedikati? Ir-regolamenti ta' emerġenza li l-Gvern ħabbar li ser jippubblika fil-ġranet li ġejjin jistgħu joffru rimedju għal żmien qasir. Li neħtieġu huma soluzzjonijiet fit-tul: riżorsi adegwati ffukati fuq il-ħtieġa li l-industrija tal-kostruzzjoni tkun issorveljata b'mod kontinwu. Din hi l-unika triq li biha nistgħu naslu ħalli dawk li ma għandhom l-ebda rispett lejn il-komunità residenzjali fiż-żoni urbani tagħna jinġiebu f 'sensihom. Carmel Cacopardo li hu Perit hu ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika Q abel l-elezzjoni li għaddiet jien kont stqarrejt li "vot il-PD hu vot favur Malta Maltija fl-Ewropa, b' valuri li jħarsu d-dinjità tagħna lkoll u l-interessi ta' Malta u Għawdex. Hu vot ukoll kontra l-establishment, l-istatus quo u kontra l-ħakma tal-partiti l-kbar minn negozjanti magħrufa bħala ħbieb tal-ħbieb". Fil-fehma tiegħi r-riżultat tal-elezzjoni juri li sal-lum ftit huma dawk il-votanti li qed jaraw skop fit-tielet forza politika barra mill- partiti tradizzjonali. Dan ngħidu għax terz tal-popolazzjoni ma ġabrux il-vot jew ħassru l-vot, u dan għax għalkemm il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista ma daqqilhomx, xorta ma kinux lesti jivvutaw mod ieħor. Dan jgħabbi lill-PD b'aktar responsabiltà, għax dan il-partit propju nħoloq biex iservi l-interess nazzjonali u pubbliku. L-aġenda tal-PD tibqa' inti, il-familja tiegħek u l-ġenerazzjonijiet li ġejjien. M'għadna l-ebda aġenda oħra. Nemmnu f 'ekonomija b'saħħitha, biex bis-saħħa ta' governanza tajba jkollna għejxien f 'saħħtu, u hekk ser nibqgħu nagħmlu. Dan hu possibbli għax il-Partit Demokratiku hu ħieles. Il-Partit Demokratiku bħala partit rappreżentat fil-Parlament hu kommess lejn stil ta' politika li sservi u tirrispetta lil kulħadd l-istess, huma x'inhuma l-isfond u t-twemmin tagħhom. Imma fuq kollox nemmnu wkoll fir-responsabbiltà politika u t-tiġdid. Għalhekk wara r-riżultat tal-elezzjoni, l-Eżekutiv kollu tal-PD tefa' r-riżenja tiegħu u twaqqfu t-tliet entitajiet: Eżekkutiv b'ħatra temporanja sakemm tiġi eletta tmexxija ġdida u żewġ kumitati indipendenti, wieħed li janalizza r-riżultat tal-elezzjoni u l-ieħor hekk imsejjaħ Steering Committee. L-oġġettiv tal-kumitat li ser janalizza r-riżultat tal-elezzjoni hu wieħed li se jifli dak kollu li seħħ internament fil-partit, b'mod partikolari r-relazzjoni mal-midja, Kummissjoni Elettorali u l-Awtorità tax-Xandir, jifli r-riżultat tal-elezzjonijiet Ewropej u Kunsilli Lokali, jixħet dawl dwar l-attitudni tal-elettorat u jagħmel rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib. L-oġġettiv tal-iSteering Committee hu aktar wiesa'. Fost dawn insibu li ser tinħoloq strateġija ta' transazzjoni għal tmexxija ġdida, tirrakkomanda għodod ġodda ta' marketing, mezzi ta' komunikazzjoni u networking fil-komunità, timmodernizza l-istatut u strutturi tal-partit, tifli l-viżjoni tal-partit u tistħarreġ il-possibbilità li niffurmaw għaqda politika ma' partiti oħra li għandhom l-istess ideoloġija. Dan kollu jitlob skrutinju imma wkoll enerġija ġdida f 'parit li hu żagħżugħ u li f 'anqas minn tliet snin li ilu mwaqqaf ħoloq is-suċċessi tiegħu minkejja l-kontra kurrent li joħolqu l-partiti l-kbar. B'danakollu l-PD hu partit ta' nies li żammew mal- prinċipji tagħhom ta' ħsieb liberu u governanza nadifa li sservi lill-pajjiż kollu. Hu ser ikompli jevolvi, skont l-aqwa interessi u aspirazzjonijiet ta' Malta u Għawdex, biex jassigura dinjità u kwalità tajba ta' ħajja. Godfrey Farrugia huwa l-eks Kap tal-Partit Demokratiku illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 16 Opinjoni Kaxxa tal-ittri GODFREY FARRUGIA CARMEL CACOPARDO Il-PD b'rieda politika li jservi lil Malta u Għawdex Nemmnu f 'ekonomija b'saħħitha, biex bis-saħħa ta' governanza tajba jkollna għejxien f 'saħħtu, u hekk ser nibqgħu nagħmlu