Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

N har it-Tnejn fil- Parlament bdiet id-diskussjoni fi stadju ta' tieni qari dwar l-abbozz ta' liġi li se jissepara r-rwoli tal-Avukat Ġenerali. Dan l-abbozz se jkompli jwettaq ir-riforma fil-qasam tal-ġustizzja billi jipprovdi għal diversi miżuri biex il- funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali bħala prosekutur pubbliku ewlieni u bħala konsulent legali ewlieni tal-Gvern jiġu sseparati u mwettqa minn uffiċjali u minn istituzzjonijiet differenti u indipendenti minn xulxin. Din hija t-tkomplija tar- riformi li bdejna nwettqu sa mill-2013 biex inħarsu u nsaħħu d-demokrazija, il- qasam tal-Ġustizzja u s-Saltna tad-Dritt f 'pajjiżna. U hija prova ċara li dan il-Gvern huwa kommess li jkompli jdaħħal dawk ir-riformi kollha meħtieġa għat-titjib ta' dan is-settur. F'dawn l-aħħar sitt snin għamilna passi kbar 'il quddiem. Madankollu għad fadal xi jsir u żgur li mhux se nistrieħu fuq dak li wettaqna. Flimkien mat-tim tal-Ministeru qed inkompli nħares lejn aktar riformi ħalli nkomplu nixprunaw il-bidliet li hemm bżonn fl-aħjar interess tal-pajjż. Din ir-riforma hija waħda minnhom. Hemm oħrajn li daqt nibdew naħdmu fuqhom ukoll. Il-ħidma tagħna ma tiqafx. *** F'Diċembru li għadda, il-Kummissjoni ppubblikat rapport b'rakkomandazzjonijiet, wara stedina li kienet saret minna stess, biex din il-Kummissjoni tħares lejn fejn wasalna bħala pajjiż, imma wkoll tagħti r-rakkomandazzjonijiet tagħha għal aktar titjib. Ir-rapport tal-Kummissjoni b'dawn ir-rakkomandazzjonijiet kien ippubblikat f 'Diċembru tas-sena li għaddiet u tajjeb li nfakkar li l-Gvern mill-ewwel ħareġ ir-reazzjonijiet tiegħu u laqa' b'mod pożittiv dak li kien irrakkomandat. Dan huwa Gvern riformista u għalhekk iħares 'il quddiem biex ikompli jtejjeb billi jdaħħal aktar riformi. U tajjeb li jingħad li r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kummissjoni Venezja kienu id f 'id mal-aġenda tal- Gvern. Issa rrid ngħid ukoll li mir- rapport tal-Kummissjoni Venezja joħroġ ċar li r-rakkomandazzjonijiet li saru ma kinux dwar liġijiet, miżuri jew sistemi li daħħalna aħna bħala Gvern, imma jħarsu lejn liġijiet li ilhom hemm snin u li dan il-Gvern wiret minn amministrazzjonijiet ta' qablu. Fil-fatt il-Kummissjoni tikkummenta b'mod pożittiv ferm dwar il-bidlet li wettaq dan il-Gvern u tgħid li dawn huma passi fid-direzzjoni t-tajba. Irrid inżid ukoll li f 'anqas minn mitt jum mill-ħruġ ta' dan ir-rapport kont tkellimt mal-ġurnalisti u infurmajthom li l-Gvern kien se jibda jdaħħal ir-riformi, fil-fatt kont spjegajt x'se jsir – u dak li se jsir huwa ekwivalenti għal żewġ terzi tar- rakkomandazzjonijiet. Hemm uħud li stajna nibdew naħdmu fuqhom mal-ewwel, hemm oħrajn li jridu l-approvazzjoni taż-żewġ terzi tal-kamra u għalhekk hemm konsultazzjonijiet mal-Oppożizzjoni biex nilħqu ftehim u dawn ukoll jidħlu kemm jista' jkun malajr. *** L-abbozz li bħalissa hemm quddiem il-Parlament, għandu l-għan li jiġu separati r-rwoli tal-Avukat Ġenerali se tinħoloq il-kariga ġdida ta' Avukat tal-Istat li se tkun rikonoxxuta wkoll fil-Kostituzzjoni u li d-detentur tagħha se jkollu kemm jista' jkun l-istess protezzjoni fil-kariga bħalma jgawdu l-Avukat Ġenerali u l-membri tal-ġudikatura. L-Avukat tal-Istat se jkun il-konsulent ewlieni tal-Gvern f 'materja ta' liġi u ta' opinjoni legali u se jkun espliċitament obbligat li jaġixxi fl-interess pubbliku u li jissalvagwardja l-legalità tal-aġir tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se jwettaq il- funzjonijiet tiegħu permezz ta' aġenzija indipendenti mwaqqfa b'liġi, bl-istess mod kif jaqdi l-funzjonijiet tiegħu l-Avukat Ġenerali. Il-metodu tal-ħatra tal- Avukat tal-Istat se jkun l-istess bħal dak tal-Avukat Ġenerali però qabel ma jagħmel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-President dwar min għandu jinħatar, il-Prim Ministru se jkun obbligat li jagħti konsiderazzjoni xierqa lir-rakkommandazzjonijiet ta' Kummissjoni tal-Ħatra li għandha tasal għall-opinjoni tagħha wara sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet. L-istess proċedura se tiġi segwita meta eventwalment ikun hemm vakanza fil-futur fil-kariga ta' Avukat Ġenerali. Dan skont ma tat parir il- Kummissjoni ta' Venezja stess. Il-ħidma tal-Avukat Generali fil-qasam tal-prosekuzzjoni se tiżdied. L-Avukat Ġenerali se jingħata poteri ġodda biex jesiġi li l-Pulizija tinvestiga ċerti każijiet, biex jitlob informazzjoni lill-Pulizija dwar l-istat ta' investigazzjonijiet, u biex jesiġi li l-Pulizija toħrog akkużi. L-Avukat Ġenerali se jkollu wkoll is-setgħa, suġġett għal miżuri tranżitorji meħtieġa, li jkun prosekutur fil- qrati kollha dwar kull reat. Għan ieħor ta' dan l-abbozz huwa li apparti li jissepara l-funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali, jiffaċilita wkoll is- separazzjoni tal-funzjonijiet investigattivi, li ġeneralment jitwettqu mill-Pulizija, iżda f 'oqsma partikolari jitwettqu minn aġenziji pubbliċi speċjalizzati oħra, mill- funzjonijiet ta' prosekuzzjoni. Dan biex tiġi assigurata iżjed l-indipendenza tal- prosekuzzjoni. L-iskop huwa illi eventwalment kemm jista' jkun maż-żieda tar-riżorsi l-prosekuzzjonijiet isiru mill- Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali iżda f 'dan il-qasam huwa previst illi jrid ikun hemm miżuri tranżitorji xierqa u kollaborazzjoni sħiħa mal-unità ta' prosekuzzjoni tal-Pulizija li qiegħda tiġi ffurmata u li għandu jkollha rwol importanti fit-tisħiħ tas-servizz tal- prosekuzzjoni. L-abbozz qiegħed jipproponi wkoll tibdil konsegwenzjali f 'liġijiet oħra, inkluża l-Kostituzzjoni, biex jagħti bażi legali xierqa u jiffaċilita t-transizzjoni ta' dawk il- funzjonijiet tal-Avukat Ġenerali li se jgħaddu għand l-Avukat tal-Istat. Dan l-abbozz jipprovdi wkoll għall-possibilità ta' miżuri tranżitorji bl-għan illi t-tibdil isir b'mod ordnat u kemm jista' jkun ma jikkaġunax diżgwid fl- oqsma tal-prosekuzzjoni u tas- servizz legali tal-Gvern li huma essenzjali għall-governanza u għall-ordni pubblika u għar-rispett tal-istat tad-dritt inġenerali. Hija ħasra li l-Oppożizzjoni għal darba oħra għażlet li tkun fuq in-naħa ħażina tal-istorja ta' pajjiżna u se tivvota kontra dan l-abbozz. *** Nhar il-Ġimgħa ftaħt wirja interessanti ferm, wirja li kienet mifruxa fuq jumejn, organizzata mis- Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali, li taqa' fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Il-Patrimonju Malti huwa rikk immens, kif wieħed jista' jduq f 'din il-wirja li hija ta' natura informattiva u tħares lejn l-arkeoloġija u l-proċess tagħha, is-sejbiet arkeoloġiċi u l-metodi użati. Huwa grazzi għal inizjattivi ta' din is-sura, li qegħdin nibdew proċess li bis-saħħa tiegħu qed inkomplu nedukaw u nipprovdu aktar informazzjoni lill-pubbliku dwar l-istorja u l-wirt tagħna. Din il-wirja tħares lejn skoperti li saru minn arkeologi u jkomplu jitfgħu dawl u jipprovdu aktar informazzjoni fuq il-passat tagħna. Bħala Gvern aħna impenjati biex nagħmlu l-kultura u l-wirt tagħna aktar aċċessibbli, u permezz ta' din il-wirja qegħdin nagħtu l-opportunità lill-pubbliku biex jara l-proċess ta' meta jinstab oġġett ta' valur storiku u l-progress li jgħaddi minnu qabel ma dan jiġi esibit f 'mużew. Il-wirja hija wkoll opportunità tajba biex jiġi sottolineat ix- xogħol arkeoloġiku lil hinn mill-mużewijiet u tinkludi wkoll elementi varji tax-xogħol li jsir fil-proċess arkeoloġiku, speċjalment mill-mument li jinstabu dawn l-oġġetti. L-oġġetti normalment ma jkollhomx indikazzjoni ta' min kienu, għal xiex kienu jintużaw u għala nstabu hemm, u jkunu miksija trab jew tajn. Il-wirja qed tgħin ukoll biex jintefa' dawl fuq ix-xogħol arkeoloġiku minħabba li fdalijiet ta' din is-sura jiġu skavati b'mod xjentifiku b'tekniċi speċifiċi. Dawn imbagħad jiġu ddokumentati u mħarsa mis-Sovrintendenza biex issir ir-riċerka meħtieġa biex l-oġġett jiġi kkonservat u eventwalment ippubblikat. Il-wirja tifforma parti mill- inzijattiva Jiem l-Arkeoloġija fl-Ewropa, li bdiet fi Franza fl-2010 biex tippromovi aktar ix-xogħol li jsir minn entitajiet li jieħdu ħsieb l-arkeoloġija, biex tingħata idea ta' dwar xiex inhu x-xogħol arkeoloġiku filwaqt li hija opportunità biex tingħata informazzjoni lill-pubbliku dwar is-sejbiet u l-kunċetti arkeoloġiċi. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Inwettqu aktar riformi Flimkien mat- tim tal-Ministeru qed inkompli nħares lejn aktar riformi ħalli nkomplu nixprunaw il- bidliet li hemm bżonn fl-aħjar interess tal-pajjż illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 18 Opinjoni OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019