Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
19 Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Xbajna bil-paroli. Ngħidu le għar-regħba tal-ispekulaturi Dak li ġara fi Gwardamangia huwa sintomu ta' pajjiż li fetaħ il-bibien għal żvilupp bla rażan. Żvilupp li huwa xprunat minn permessi, mingħajr kas tal-effetti li jistgħu jitħallew fuq bosta fatturi. Konna nitkellmu fuq l-impatt estetiku, ambjentali u l-mod kif dan il-bini kollu qed iħassar il-karattru ta' Malta u Għawdex. Hawn kilba kbira ddominata minn politika żbaljata li tagħtina l-liċenzja li nagħmlu li rridu biex tikber l-ekonomija. Laissez-faire, fejn min għandu l-flus jibqa' għaddej u min ma għandux lanqas vuċi ma jkollu. Dan kollu ma setax kien aktar illustrat mill-fatt li issa anki l-ħajja tan-nies saret bla valur. Skavar bla rażan, żvilupp mgħaġġel u kostruzzjoni bla tmiem. U hekk seħħ it-tielet inċident li juri kif id-dinja tal-kostruzzjoni tiġi taqa' u tqum. Il-Gvern permezz tal- aġenziji tiegħu għandu responsabbilità kbira. Fl-opinjoni tagħna, abdika minn din ir- responsabbilità u ma rax kemm il-politika favur min jikkostruwixxi hija żbaljata u short term. Politika li hija bbażata fuq ir-regħba ta' min irid jagħmel flus anki jekk jintilfu ħajjet in-nies. F'din il-kawlata kollha l-ewwel ħati huwa l-Gvern li abbraċċja politika ta' permessi bl-addoċċ lil kull min irid iwaqqa' dar jew djar. Il-problema mhix biss li għandna spekulaturi irresponsabbli, persuni fil-proprjetà kapriċċużi, aġenżiji reqdin u pulizija bla interess, iżda li għandna policies skabrużi u żbaljati. Huwa interessanti li tisma' li l-Prim Ministru ħabbar li l-iskavar u t-twaqqigħ ta' djar jew bini se jieqaf, imma din mhix is-soluzzjoni. Is-soluzzjoni hija bidla radikali ta' kif l-Awtorità tal-Ippjanar topera. Il- permessi saru qishom pastizzi u t-theddid tal-art jew inkella l-użu ta' kull ċentimetru sar redikolu. Għandna wkoll sitwazzjoni fejn is-saħħa monetarja tal-bini u dik tal-ispekulaturi tant hija kbira li l-Gvern huwa beżgħan li jieħu azzjoni biex inaqqas jew inkella jbiddel il-policies. Dan il-pajjiż mhux ġungla biss imma baħar ta' konkrit mingħajr pjan u b'filosofija waħda: jekk hemm proġett li se jrendi l-flus, it-tradizzjoni hija li jiġi rredikolat jew irriġettat. Użajna l-kelma regħba, imma aħna ngħidulha wkoll injoranza u nuqqas kbir ta' apprezzament għall-kultura ta' pajjiżna. Jeħtieġ li nqumu mir- raqda li qegħdin fiha u ngħidu le għall-istupru ta' pajjiżna. Il-flus importanti imma mhumiex kollox. Mid-dehra ninsabu lesti biex inbigħu lil pajjiżna u lill-gżejjer tagħna biex erba' sinjuri jsiru aktar sinjuri. Kemm se jagħmlu flus? Tara safrattant anke l-atteġjament ta' nies bħal Joe Portelli li Alla jbierek kieku jista' anke triq fil- baħar jagħmel. Imbagħad hemm il- mistoqsija importanti ta' minn fejn ġejjin il-flus. Alla jbierek, fejn huma l-investigazzjonijiet fuq l-oriġini ta' miljuni kbar? Wisq intriċċi u wisq ħabi. Hemm limitu għal kollox u naħsbu li forsi f 'dan il- mument, fejn familji kienu daqstant viċin il-mewt, huwa l-waqt li nagħmlu r-riformi u ngħidu le għal aktar distruzzjoni u stuprar. Ejja flimkien nagħrfu x'inhuma l-problemi u x'inhuma s-soluzzjonijiet. Editur: Albert Gauci Cunningham