Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
illum | Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Opinjoni 20 L -introduzzjoni ta' Malta Air huwa pass importanti biex nassiguraw is-sostennibbilità tas-settur tat-turiżmu f 'Malta. Dak li ffirmajna din il-ġimgħa se joħloq aktar xogħol fis-settur u investiment dirett f 'Malta – mijiet ta' karrieri f 'din il-linja tal-ajru u l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta. Madanakollu dan mhux il-ġist ta' dan il-ftehim. Dan il-ftehim – u l-viżjoni fit-tul tagħna għal pajjiżna, ser ikun katalist biex nassiguraw il- futur tas-settur turistiku Malti. Kienu negozjati iebsin, iżda nemmen li rnexxielna niksbu ftehim b'saħħtu għall-pajjiżna, filwaqt li komplejna nibnu fuq il- fiduċja li diġà kellna mar- Ryanair, l-akbar linja tal-ajru fl-Ewropa. Bħala Gvern, assigurajna li nżommu golden share li tassigura l-interessi ta' Malta. Effetivament, din hija l-garanzija tagħna li żżomm ukoll vantaġġ kompettitiv għall-futur, u tassigura li r-Ryanair jibqgħu joperaw minn pajjiżna għal numru ta' snin. Dwar is-settur tal- avjazzjoni, dan il-ftehim innovativ bejn il-Gvern u s-settur privat, jagħmel użu mill-aħjar aspetti taż-żewġ partijiet sabiex Malta tiġi ppożizzjonata bħala cluster għall-avjazzjoni fiċ-ċentru tal-Mediterran, filwaqt li jkompli jiftaħ l-opportunità li Malta tkun magħquda ma' aktar destinazzjonijet minn qatt qabel. Dan il-ħsieb u d-deċiżjonijiet innovattivi huma l-akbar kontributuri għall-fatt li Malta tibqa' tkun fost l-aħjar. Ma wasalniex hawn aċċidentalment, iżda wasalna hawn għaliex kellna l-kuraġġ li nwettqu l-bidla. Bħala Gvern, ma nagħmlux l-affarijiet għaliex huma faċli, imma nagħmlu l-affarijiet għax nemmnu li għandhom isiru u li pajjiżna ser jibbenefika b'mod pożittiv u b'saħħtu minnhom. Personalment, dejjem emmint li l-aktar ass b'saħħtu li għandu pajjiżna huwa l-poplu Malta tagħna. Pajjiżna m'għandux minjieri, m'għandux żejt u m'għandux deheb. Iżda riżorsa li żgur għandu huma nies ħabrieka, biżlin u intelliġenti bi spirtu u b'saħħa, b'ambizzjoni u aspirazzjoni u b'dedikazzjoni sfieqa. Dawn huma l-valuri u l-aspetti li jmexxu l-ekonomija Maltija, u din hija l-qawwa ewlenija tagħna meta nqabblu ruħna ma' pajjiżi oħra fid-dinja kollha. Nixtieq ukoll nindirizza numru ta' mistoqsijiet li ġew mqajma vis-a-vis l-Air Malta. Aħna bħala Gvern ħdimna biex inġibu l-Air Malta lura fuq saqajha, billi nadottaw strateġija ta' tkabbir, inkabbru l-flotta tal-ajruplani, u nżidu r-rotot li topera l-Air Malta għall-Ewropa u pajjiżi oħra madwar il-Mediterran. Issa dħalna fil-fażi li jmiss – l-Air Malta ser tibqa' tiffoka li tkun linja tal-ajru ta' legat, li toffri prodott ta' business class ta' kwalità, ittir għal hubs tal-avjazzjoni fir-reġjun EMEA, li jinkludu anke destinazzjonijiet medium-haul, u topera s-servizz ta' merkanzija minn u lejn pajjiżna. Din is-sena l-Air Malta rreġistrat l-ewwel qligħ operattiv wara 18-il sena. M'għamilniex dan biex issa nħalluha ttir mar-riħ, anzi l-istrateġija tal-Air Malta ser tkun qed tikkumplimenta dik tal-Malta Air, sabiex iż-żewġ linji tal-ajru jibqgħu jikbru. Inħarsu 'l quddiem sabiex inkomplu l-programm ta' tiġdid tal-flotta tagħna, sabiex ikollna flotta aktar ekonomika, u li tagħmel inqas impatt negattiv fuq l-ambjent. Dan il-programm ser jiftaħ il-bibien għall-Air Malta sabiex tibda topera destinazzjonijiet ġodda, bħal dawn tal-Kajr fl-Eġittu, ta' Accra fil-Gana u ta' Mumbai fl-Indja. Nemmen li dan għadu biss il-bidu għal kapitlu importanti ta' suċċess fl- istorja ta' Malta li qegħdin niktbu flimkien. Konrad Mizzi huwa Ministru tat-Turiżmu Nassiguraw sostennibbilità għas-settur turistiku Malti KONRAD MIZZI L-Air Malta rreġistrat l-ewwel qligħ operattiv wara 18-il sena. M'għamilniex dan biex issa nħalluha ttir mar-riħ, anzi l-istrateġija tal-Air Malta ser tkun qed tikkumplimenta dik tal-Malta Air, sabiex iż- żewġ linji tal-ajru jibqgħu jikbru. Kif se jidhru l-ajruplani tal- Malta Air