Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626
Sports 26 illum Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 minn Cristian Antony Muscat NAPOLI Fighters - it-tim tas- Subbuteo li jilgħab miegħu Massimo Cremona, rebħu l-ewwel Major fl-istorja tagħhom f 'Bologna. Fil-finali huma rebħu lit-tim Grieg ta' Falcon Athens 2-1. Però l-ikbar drama waslet fis- semifinali, meta kontra Reggio Emila wara draw ta' 2-2 (10-10 goals) il-logħba marret għall- ħin barrani. Cremona skorja l-goal deċisiv kontra l-eks tim tiegħu, gowl li poġġa lit-tim tiegħu fil-finali. Fil-kwarti tal- finali, il-Fighters eliminaw lil Pisa. It-tim kien kompost minn Umberto Battista (Capt), Matteo u Andrea Cicarelli, Alberto Recano u Massimo Cremona. Il-Ħadd fil-kompetizzjoni Individwali, fil-kategorija Open, Massimo Cremona wasal sal-kwarti tal-finali, fejn safa eliminat miċ-Champion Mondjali preżenti, u tal-istess klabb tiegħu Matteo Cicarelli 0-2. Fl-aħħar 32 Cremona elimina lil Giorgios Koutis 4-2 wara l-għoti tax-shoots u fl-aħħar 16 lill-Portugiż Sergio Louriero 2-0. Fil-kategorija tal-Veterani Jason Pisani għamilha sal- aħħar 16 fejn safa eliminat 1-2 bl-għoti tax-shoots mill- Ispanjol Granados, waqt li John Zammit wara li għadda mill- grupp ġie eliminat minn Mauro Manganello 1-2 bil-golden goal. "Dan huwa l-ewwel staġun tiegħi ma' Napoli Fighters, wara 10 snin konsekuttivi ma' Reggio Emilia. Kuntent ħafna li rbaħna dan l-ewwel Major tagħna. Il-logħba deċisiva kienet is-semifinali ma' Reggio fejn konna nafu li minn kellu jirbaħ din il-partita kien se jkun favorit fil-finali. Għalija li skurjajt il-Golden Goal kien mument indeskrivibbli. Kuntent ħafna. L-istaġun li ġej ħa nerġa' nilbes il-flokk oranġjo tal-Fighters," ikkummenta Cremona. 'Il-mument li skurjajt il-Golden Goal kien indeskrivibbli' - Massimo Cremona Massimo Cremona Massimo Cremona waqt logħba għal Napoli Fighters