Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 | illum Suċċessi fi l-Mountain Biking ġewwa Sqallija MARIE Claire Aquilina tirbaħ il- Kategorija tan-nisa, postijiet fuq il-podju għal Maurice Formosa u Patrick Scicluna Il-mountain bikers Maltin komplew juru l-kapaċitajiet lil hinn mill-kosta tagħna, hekk kif fl-aħħar ġimgħat ipparteċipaw fl- għaxar edizzjoni tal-Etna Extreme Marathon ġewwa Sqallija. Riżultat tajjeb miksub minn Marie Claire Aquilina (Team Greens) li rebħet il-kategorija femminili, filwaqt li Patrick Scicluna kiseb it-tieni post fil-kategorija tiegħu fil-korsa tal- Granfondo. Il-Maratona Etna Extreme saret f 'Nicolosi, belt żgħira li ospitat l-bidu u t-tmiem ta' din it-tellieqa. Iċ-ċiklisti Maltin ħadu sehem fil- kategoriji tal-Granfondo (42km) u l-Maratona (60km). Il-Granfondo jara elevazzjoni ta' 1600 metru filwaqt li l-maratona tieħu ċ-ċiklisti 'l fuq minn 2000 metru. Ir-rotta hija magħmula minn tlajja' qosra iżda weqfin, fuq mogħdijiet fi xfar tal-blat tal-lava. Maratona Wieħed u disgħin ċiklista kkompetew fit-tellieqa iebsa ta' 60 kilometru. Wirja impressjonanti minn Marie Claire Aquilina li ddominat it-tellieqa u kisbet distakk tajjeb bejn l-eqreb rivali tagħha Valeria Trupia u Laura Melilli. Iċ-champion kurrenti tal- Mountain Biking Malti, Maurice Formosa (The Cyclist) ta wirja qawwija biex jieħu t-tieni post fil- Kategorija Master 2. L-Għawdxi Brandon Sultana (Gozo Cycling Club) kompla jagħti prestazzjonijiet aktar b'saħħithom u filwaqt li ma rnexxilux jieħu post fuq il-podju, il-ħames post tiegħu fl-iktar kategorija kompetittiva hija waħda li għanda tissemma. Granfondo Iċ-ċiklista veteran Patrick Scicluna, li jtellaq għall-Klabb FRM Racing Team Sicilia, ikkompeta f 'kategorija li rat 202 ċiklisti jieħdu sehem. Il-prestazzjoni tiegħu ratu jieħu t-tieni post fil-Kategorija tal- Masters 4, b'distakk ta' sekonda biss bejnu u bejn ir-rebbieħ. Scicluna kiseb it-13-il post fil- kategorija ġenerali. B'kollox ħadu sehem 15-il ċiklista Malti - Marie Claire Aquilina, Etienne Bonello, Mark Bonnici, Jeffrey Borg, Domenic Cutajar, Maurice Formosa, Stephen Grima, Justin Gauci, Mark Micallef, Wayne Schembri, Patrick Scicluna, Brandon Sultana, Josef Vella, Mark Zammit u Paul Zarb. Marie Claire Aquilina Patrick Scicluna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019