Illum previous editions

ILLUM 16 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1130626

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 IL-GO & Fun Sprint Triathlon Series, organizzata mill-Birkirkara St Joseph Sports Club ingħatat bidu l-Ħadd filgħodu fuq Triq il- Kosta, is-Salina. It-tellieqa li kienet komposta minn għawma ta' 750 metru, 20 kilometru fuq ir-rota u ġirja ta' ħames kilometri kienet miżmuma f 'kundizzjonijiet ta'sħana qawwija speċjalment meta l-atletli bdew il-ġirja. Kundizzjonijiet kważi perfetti tal- ilma taw bidu tajjeb għat-triatleti. Bernard Sant kien l-ewwel li ħareġ l-ilma, 10 minuti sitta u erbgħin sekonda wara l-bidu tat-tellieqa. Hu ġie segwit tliet sekondi wara minn Shaun Galea u minn Nikol Micallef. Ir-raba atleta barra mill- ilma kienet iċ-Ċampjin Nazzjonali tat-Triathlon Hannah Cutajar. Hekk kif kompliet it-tellieqa bit- taqsima tar-rota, il-kundizzjonijiet bdew isiru aktar diffiċli bir-riħ jiżdied u t-temperaturi jogħlew gradwalment. Transizzjoni mgħaġġla minn Shaun Galea għenietu biex ilaħħaq ma' Sant barra mit-transizzjoni u jieħu postu fuq quddiem fit-taqsima tar-rota. Minkejja dan, baqa' fuq l-għarqbejn ta' Galea. Galea żamm kalm u hekk kif beda l-aħħar taqsima, il-ġirja, beda jkabbar id- distakk fuq Sant. Simili għaż-żewġ taqsimiet ta' qabel, il-pożizzjonijiet baqgħu jinbidlu u kien Neil Markham li ħa l-aħħar post fuq il- podju wara li pproduċa ġirja tajba u kkalkulata. Fit-taqsima tan-nisa, minkejja li Hannah Cutajar bħalissa għandha l-attenzjoni tagħha fuq it-taħriġ għall-għawma madwar Għawdex, il-Wave of Change Round Gozo, tat prestazzjoni impekkabbli. Cutajar ħadet postha fuq quddiem nett mill- bidu tat-tellieqa u żammet distanza komda fuq Lara Buttigieg, li daħlet fit-tieni post. Buttigieg xorta tat prestazzjoni tajba, u rrnexiellha tirreġistra titjib konsiderevoli fil-ħin tagħha meta mqabbel mal-ħinijiet tas-sena l-oħra. Fit-tielet post kienet il-veterana Suzanne Farrugia, li għelbet kompetizzjoni konsiderevoli fil- qasam tagħha, kif ukoll irreġistrat titjib fuq il-ħinijiet irreġistrati s-sena l-oħra. "Minkejja s-sħana, il-Go & Fun Sprint Triathlon bdiet bi prestazzjonijiet tajbin ħafna. Il- klabb kompla jsaħħaħ l-operat tiegħu meta numru ta' uffiċjali ggradwaw f 'dan l-aħħar jiem fil-kors ta' Uffiċjali Tekniċi, b'taħriġ li kien provdut minn rappreżentanti ta 'l-Unjoni Ewropea tat-Triathlon. Dan huwa parti mill-isforzi tagħna biex niżguraw li t-tlielaq tagħna jkunu mill-aqwa f 'kull aspett," spjega Euchar Camilleri, Segretarju Ġenerali, Birkirkara St. Joseph Sports Club. "Il-klabb jirringrazzja lil Paul Groves u Cecilia Frascaroli, mill-Unjoni Ewropea tat-Triathlon, talli pprovdew it-taħriġ u taw l-appoġġ tagħhom matul it-tellieqa". Midalji ġew ippreżentati lill-ewwel tliet irġiel u nisa immedjatament wara t-tellieqa. Il-klabb huwa grat għall-appoġġ tal-Go & Fun, il-Korp tal-Pulizija ta' Malta (Sezzjoni tat-Traffiku), il-Kunsill Lokali Naxxar, Transport Malta u l-voluntiera kollha li kienu preżenti matul it-tellieqa. It-tieni tellieqa tal-Go & Fun Sprint Triathlon Series ser issir nhar il-Ħadd 7 ta' Lulju fit-Triq tal-Kosta tas-Salina. Għal iktar informazzjoni, żuru s-sit elettroniku www. bkarastjoseph.com. illum Il-Ħadd 16 ta' Ġunju 2019 Prestazzjoni impekkabbli minn Shaun Galea u Hannah Cutajar fl-ewwel tellieqa tal-Go & Fun Sprint Triathlon Shaun Galea Hannah Pace

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 June 2019