Illum previous editions

ILLUM 23 June 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1133770

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 23 ta' Ġunju 2019 | illum Kien hawn li Said fakkar li hawn servizzi f 'Malta li jgħinu persuni bil- vizzju tal-logħob, tant li l-Fondazzjoni taħdem id f 'id magħhom, inkluż mas- Sedqa tal-FSWS u anke mal-Gamblers Anonymous tal-Caritas. "Fejn ma naslux aħna, naħdmu ma' dawn l-entitajiet. Ngħaddu wkoll numru ta' telefonati fil-listi ta' stennija tal- programmi mħarsa mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali (FSWS)," spjega Said. Persuna bil-vizzju trid tagħmel żewġ passi importanti iżda diffiċli Tkellimna mal-Uffiċjal Eżekuttiv għall-Promozzjoni dwar kif taħdem il-Fondazzjoni fejn fakkar fil-Helpline Nazzjonali 1777, miftuħ 24 siegħa kuljum, li jista' jintuża kemm mill- persuni li jkunu għaddejja mill-vizzju, jew inkella mill-qraba u l-persuni viċin tagħhom. "Għandna grupp ta' ħaddiema mħarrġa apposta. Jisimgħu l-istejjer, jifhmu s-sitwazzjoni ta' kull telefonata u minn hemm nassiguraw li kemm jista' jkun naħdmu fuq kull telefonata," saħaq Said. Iżda kemm hu faċli li persuni bil-vizzju se taqbad it-telefon u ċċempel? Diffiċli ħafna, spjegalna. "Hemm żewġ passi diffiċli ħafna, imma li persuna teħtieġ li tagħmilhom. L-ewwel nett li persuna tirrealizza li għandha bżonn l-għajnuna u tirrikonoxxi li għandha problema," qalilna Said. Fil-fatt qalilna li jiltaqgħu ma' diversi każijiet fejn ġenituri, maħbubin, tfal u anke ħbieb jiġbdu l-attenzjoni ta' persuna li jkollha l-vizzju tal-logħob, iżda din ma tkunx trid tisma' akkost ta' kollox. Kompla jispjegalna kif ħafna drabi huma l-persuni l-aktar viċin tal-vittmi li jindunaw li jkun hemm problema. "Ma jistax ikun li l-missier jirċievi l-paga fix-xahar u jonfoqha kollha fil-logħob u t-tfal jispiċċaw mingħajr l-aktar affarijiet bażiċi. Ma jistax ikun li l-maħbuba jew il-mara tqum filgħodu u tispiċċa mingħajr dar għax ir-raġel jew il-maħbub ikun lagħabha u tilifha u viċe versa. Dawn kollha huwa realtajiet,' kompla jgħidilna Said. Kien hawn li tenna kif dan kollu jwassal għal problemi oħra, fosthom vjolenza domestika, telefonati u rapporti lill-Pulizija, serq u oħrajn. "Hija karba soċjali li tajjeb li s-soċjetà, permezz tal-Fondazzjoni u entitajiet oħra, tismagħha,'' kompla jgħidilna. ''Importanti li t-tfal tagħna jimxu mal-kontroll ta' ħin meta jilagħbu'' Aktar qabel, Said għamel distinzjoni bejn logħob tal-azzard u logħob ieħor li ma jinvolvix riskju. Persuna li tintefa minn filgħodu sa filgħaxija tilgħab il-logħob fuq il-kompjuter tista' tgħid li għandha vizzju? Il-Fondazzjoni tgħin f 'dawn il-każijiet? "Aħna niffokaw fuq il-logħob tal- azzard, iżda ż-żmien qed jurina li dawn il-console games fid-djar aktar ma qed isiru attraenti, aktar qed jiġbdu lit-tfal minn meta jkunu żgħar u għalhekk bħala Fondazzjoni qed nirrikonoxxu dan," saħaq Said. Bħal fil-każ tal-logħob tal-azzard, il- Fondazzjoni tibqa' tisħaq li t-tfal, l-adulti u l-anzjani għandhom kull dritt iqattgħu ħin jilagħbu u jirrilassaw. Kompla jispjega kif hawn, il- Fondazzjoni tinsisti biex ma tinqabiżx il-linja tal-kontroll tal-ħin, speċjalment fost dawk taħt it-18-il sena. Fil-fatt bħalissa, il-Fondazzjoni għaddejja b'kampanja fost it-tfal fl- iskejjel biex it-tfal jagħrfu l-importanza li jilagħbu taħt il-kontroll tal-ħin u għandha l-ħsieb li testendi din il- kampanja fost l-iskejjel sekondarji u anke mal-ġenituri. "Mhux tfajt lit-tfal fuq tablet jew il- kompjuter jilagħbu u l-aqwa li qegħdin kwieti. Importanti li jkun hemm kontroll tal-ħin mill-ġenituri u l-ħin ma jinqabiżx għax ikun hemm il-periklu li l-logħob jispiċċa l-unika prijorità," insista Said. "Importanti li filwaqt li għandhom dritt jilagħbu, il-prijoritajiet għat-tfal għandhom jibqgħu l-istudju, l-iskola u l-ħajja soċjali, li joħorġu u jitkellmu ma' ħaddieħor." "Ejja nilqgħu mill-bidu u nżommu għajnejna miftuħa fuq it-tfal tagħna u naraw kemm qed iqattgħu ħin jilagħbu. Ilgħab. Għamel dawk is-siegħa, sagħtejn, iżda għamel ix-xogħol tal-iskola, studja, oħroġ iltaqa' man-nies," kompla jisħaq Said. Said kompla jispjega li l-Fondazzjoni wkoll temmen ħafna dwar l-alternattivi għal-logħob u għalhekk taħdem id f 'id ma' organizzazzjonijiet u entitajiet tal-ibliet u l-irħula biex jittellgħu diversi attivitajiet fosthom ta' sports, arti, mużika u kultura, fejn it-tfal ikollhom alternattiva għal-logħob. Madwar 1,000 persuna fis-sena teskludi lilha nnifisha mill-ħwienet tal-logħob Lura għal-logħob tal-azzard, Kayne Said spjega kif fost il-ħafna servizzi li toffri, il-Fondazzjoni tipproċessa dawk magħrufa bħala "self exclusion requests." Dan xi jfisser? Said spjega kif bażikament, persuna tagħżel hi minn jeddha biex teskludi lilha nnifisha, għal sitt xhur, sena jew perjodu indefinit mill-istabbilimenti kollha tal-logħob li huma liċenzjati mill-Awtorità Maltija għal-Logħob. Li jiġri huwa li persuna li tkun tixtieq dan is-servizz, għandha ċċempel fuq 1777, tagħmel appuntament biex tiltaqa' mal-Fondazzjoni b'kunfidenzjalità assoluta u tagħti d-dettalji personali tagħha li jiddaħħlu f 'sistema amministrata mill-Awtorità Maltija għal-Logħob. Wara li tagħmel dan, il-persuna li tkun għażlet li teskludi lilha nnifisha, ma tkunx tista' tidħol fil-ħwienet tal-logħob liċenzjati mill-MGA. "Dan il-proċess jgħin ħafna lill- persuni. Ikollna numru konsiderevoli tagħhom. Kull sena jkun hemm madwar 1,000 applikazzjoni. Hemm persuni li ġew għall-ewwel darba, oħrajn li jġeddu u oħrajn li joħorġu mill-vizzju," kompla jgħidilna Said. Barra minn hekk, ikun hemm ċirkostanzi, fejn il-Fondazzjoni tħeġġeġ persuna biex tfittex għajnuna medika wkoll minn professjonist fil-qasam. U l-ħwienet tal-logħob mhux iżidu l-problema? Fl-aħħar nett la semmejna l-ħwienet tal-logħob liċenzjati, ma stajniex ma nistaqux lil Said jekk dawn hux qed iżidu l-problema jew hijiex perċezzjoni li qed jinfetħu f 'ċertu lokalitajiet fejn l-aktar li hemm problemi soċjali. Teżisti statistika fejn hemm konċentrazzjoni tal-aktar persuni bil-vizzju tal-logħob? Kayne Said spjegalna kif ir-riċerka hija limitata ħafna u bdiet issir fl-aħħar snin biss u qabel ma kien hemm kważi xejn. Fil-fatt, apparti l-istatistika li ħarġet l-MGA, il-Fondazzjoni nediet proġett ta' riċerka u taħriġ. Se ssir riċerka dwar il-problema tal-logħob f 'Malta u wara, skont ir-riżultati u l-analiżi tar-riċerka, il-Fondazzjoni se tkun qed taħdem fuq kampanja ta' għarfien u toffri taħriġ għal dawk kollha li jaħdmu mal-vittmi, inkluż il-ħaddiema tagħha stess, dawk tal-FSWS, ħaddiema tal-kumpaniji tal- logħob, professjonisti u anke għalliema. Dan il-proġett se jsir b'investiment ta' €1 miljun u se jkun iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew. "Ma nistgħux nibqgħu nitfgħu l-vizzju tal-logħob taħt it-tapit. Irridu nqisuh bħala realtà. Għall-kuntrarju tal-vizzju tal-alkoħol, id-droga u t-tipjip, dak tal- logħob ma għandux riperkussjonijiet fiżiċi u allura aktar diffiċli biex tinduna li persuna jkollha problema," temm jgħid Said. Jekk għandek bżonn l-għajnuna ċempel fuq 1777 jew żur is-sit www.rgf.org.mt fejn tista' titkellem u tiftaħ qalbek b'mod anonimu u kunfidenzjali ma' wieħed mill-aġenti tal-Fondazzjoni. minħabba l-vizzju tal-logħob' Li persuna tirrealizza li għandha problema u li għandha bżonn l-għajnuna huma l-aktar żewġ passi diffiċli u l-aktar żewġ passi importanti " Kayne Said

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 June 2019