Illum previous editions

ILLUM 21 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1146451

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

Ż jara li għamilt din il-ġimgħa kienet interessanti ferm, apparti li rajt dak li qed isir fil-Palazz tal-Gran Mastru fil- Belt Valletta, biex dan jingħata lura lill-poplu. Dan huwa xogħolna, li nkomplu nistinkaw mingħajr waqfien biex apparti li nkabbru l-għarfien tal-wirt kulturali tagħna, inwassluh permezz ta' restawr, biex jitgawda mill-ġenerazzjonijiet futuri. Dan huwa proġett ta' €10 miljun, li fil-maġġoranza tiegħu huwa ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall- Iżvilupp Reġjonali, u għandu l-għan li jġib il-prestiġju u l-grandjożità ta' din il-binja storika lura għall-glorja tiegħu. B'hekk ikun jista' joffri esperjenza eċċezzjonali għall- viżitaturi tiegħu. Ir-restawr estensiv huwa ppjanat li jirrifletti l-importanza ta' din il- binja storika, kif ukoll l-oriġinalità tagħha. Hemm żoni estensivi li qabel qatt ma kienu aċċessibbli, li permezz ta' dan ix-xogħol kollu se jkunu disponibbli għall-pubbliku. Intenni li dan kollu jikkumplimenta l-approċċ ħolistiku tagħna biex nagħmlu l-arti u l-kultura aktar aċċessibbli, b'mod li nkomplu nissodisfaw b'suċċess l-istrateġija kulturali tagħna. Għaddej ħafna xogħol fil- Palazz. S'issa x-xogħol beda fuq is-soqfa tal-kurituri tal- Palazz u fuq sett ta' 19-il lunetta li kienu fi stat ħażin ħafna ta' konservazzjoni. Sitta minnhom diġà ġew irrestawrati. It-tender tax- xogħlijiet infrastrutturali prinċipali wkoll ġie ppubblikat u għandu jingħata sal-aħħar ta' din is-sena. Il-parti li għandha bżonn l-aktar xogħol hija fejn hemm l-uffiċini li bħalissa qegħdin jintużaw mill- Avukat Ġenerali. Meta dawn jiġu vakati u rrestawrati, se jinbidlu f 'ċentru ta' informazzjoni għall-viżitaturi, biex dawn jingħataw dehra ġenerali tal-Palazz u l-faċilitajiet l-oħra tal-binja. Il-proġett jinkludi wkoll li l-Armerija tal-Palazz titla' lura fil-post oriġinali fl-ewwel sular, li sa ftit żmien ilu kienet tospita l-Parlament. Ir-restawr se jiffoka wkoll fuq il-pitturi li hemm fil- kurituri u mas-soqfa tal- Palazz. L-art tal-irħam se tissewwa u s-swali se jiġu mżejna mill- ġdid u mgħammra. Il-Palazz tal-Gran Mastru huwa wieħed mill-ifjen binjiet tal-Belt Valletta imma minkejja l-importanza b'mod ġenerali tiegħu, il-Palazz qatt ma rċieva attenzjoni speċifika ħolistika mill-aħħar tat-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn. Minn dak iż-żmien, il-post inqasam f 'partijiet, ħafna drabi għal xi użu għal żmien qasir, li wassal għal viżjoni inkoerenti u danni għat-tessut tal-binja u l-kontenut tiegħu, li tinkludi l-bini ta' ħitan diviżorji u żidiet oħra. Il-proġett kollu huwa mmexxi mid-Direttorat tar- Restawr u Heritage Malta fi ħdan il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. *** Biex inkomplu ngħinu fir- restawr, anki fil-lokalitajiet imxerrda mal-pajjiż, għall- ħames sena konsekuttiva, permezz tal-uffiċċju tad- Direttorat tar-Restawr, ftaħna s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-iskema ta' restawr tal-Kunsilli Lokali. L-iskema għandha l-għan li tassisti l-kunsilli lokali fir-restawr ta' binjiet u monumenti ta' valur storiku u/jew artistiku li jinsabu fil-konfini tal-lokalità. Dan għaliex il-wirt lokali huwa prijorità fuq l-Aġenda Nazzjonali, u għalhekk, il- preservazzjoni u r-restawr tal-wirt Malti qiegħed isir fuq bażi regolari. Dan qiegħed isir grazzi għal inizjattivi regolari, li jinkludu r-restawr u r-riabilitazzjoni ta' fortifikazzjonijiet storiċi, kif ukoll permezz tal- konservazzjoni ta' siti storiċi importanti oħra. L-għan ta' dawn l-inizjattivi huwa biex insaħħu l-prodott kulturali u turistiku, filwaqt li jipprovdi wkoll aktar għarfien, u esperjenza aħjar għaċ- ċittadini tagħna. Kull kunsill lokali jista' jressaq applikazzjoni/ proposta ta' proġett kull sena u din trid tkun relatata ma' binja jew monument wieħed f 'din il-lokalità. Kunsilli lokali li jressqu aktar minn applikazzjoni waħda se jintalbu jagħżlu applikazzjoni waħda u jirtiraw l-oħrajn. L-iskema, li tagħlaq fit-30 t'Awwissu, tinħareġ mill- Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali permezz tal-uffiċċju mad- Direttorat tar-Restawr b'kollaborazzjoni tad- Dipartiment tal-Gvern Lokali. S'issa diġà bbenefikaw 21 lokalità minn din l-iskema. *** Ir-restawr fil-lokalitajiet għaddej ġmielu wkoll. Se nirrestawraw in-niċċa tar- Redentur li tinsab fid-daħla ta' Marsaxlokk, filwaqt li tlesta r-restawr tan-niċċa tal- Madonna tal-Karmnu f 'Raħal Ġdid. Permezz ta' interventi ta' din is-sura, qegħdin inkomplu nissodisfaw l-istrateġija tagħna li nippromovu l-wirt u l-kultura lokali. In-niċċa tar-Redentur f 'Marsaxlokk, inbniet fis- seklu 19 u għandha preżenza importanti fid-daħla ta' Marsaxlokk, filwaqt li hija monument magħruf sew man-nies tal-lokal u l-madwar. F'Raħal Ġdid inawgurajt ir-restawr tan-niċċa ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu. Din ukoll ġiet irrestawrata grazzi għall-Iskema ta' Xogħlijiet ta' Restawr għall- Kunsilli Lokali, li sservi bħala inċentiv biex il-Kunsilli Lokali jirrestawraw binjiet u monumenti storiċi fil- lokalitajiet tagħhom. S'issa, 21 lokalità bbenefikaw minn din l-iskema. Din l-inizjattiva għandha rwol importanti fl-istrateġija kulturali tagħna, minħabba li r-restawr għandu element ċentrali li jagħmel postijiet storiċi lokali aktar aċċessibbli għal kulħadd. *** Ir-restawr li għaddej qed jagħti ħajja ġdida lill-wirt storiku tagħna. U hekk għandu jkun – għax din hija responsabbiltà li qed nieħdu b'serjetà. Għalhekk inkun sodisfatt immens meta nara dan il- programm ta' restawr għaddej kullimkien u fuq kull xorta ta' binja, niċċa jew sit storiku ieħor. Bħalma se jsir f 'Ħal Għaxaq. Id-Direttorat tar-Restawr, li qed tagħmel xogħol imprezzabbli f 'dan il-qasam, se tieħu ħsieb ukoll ir-restawr ta' dil-kappella ddedikata lil Santu Kristu, li nbniet fl-1852 fuq is-sit ta' niċċa ddedikata lil Santu Kristu li saret fl-1807. Din il-kappella wkoll se tiġi restawrata permezz tal-Iskema ta' Xogħlijiet ta' Restawr għall-Kunsilli Lokali. Intenni li l-impenn tagħna lejn il-wirt lokali huwa mmanifestat f 'dawn l-inizjattivi, hekk kif nimirħu biex inkomplu nsaħħu l-wirt tanġibbli tagħna permezz ta' restawr u interventi ta' siti u monumenti storiċi. Il-lokalitajiet tagħna huma miżgħuda b'dawn tal- aħħar, u permezz ta' dawn il-proġetti, aħna qegħdin niddedikaw ruħna biex insaħħu l-prodott kulturali. Kultant wieħed forsi ma japprezzax ix-xogħol kollu wara restawr bħal dan. Jekk nieħdu din il-kappella naraw li ħmieġ u qoxra sewdinija akkumulaw fil-partijiet fejn ma jinħaslux bix-xita u t-tmermir tal-wiċċ tal-ġebla huwa preżenti f 'kull parti tal-faċċata, speċjalment dik tan-Nofsinhar. Iz- zuntier esperjenza tmermir konsiderevoli fit-tessut tal- wiċċ tiegħu. Għalhekk wara din il- biċċa xogħol delikata hemm bżonn tindif bil-galbu, il-kisi se jitneħħa, u fejn huwa possibbli, issir rikostruzzjoni tal-ġebel li ma jistax jiġi salvat. Fili miftuħa se jitnaddfu u jimtlew. Xogħol fil-ġebla dekorattiva skoplit li huwa mitluf jew immermer ħafna se jinbidel billi jintużaw mudelli apposta. U hemm pataflun xogħol ieħor. Ir-restawr huwa xogħol delikat u wkoll ta' responsabbiltà. Aħna se nkomplu għaddejjin b'dan ix-xogħol b'impenn. Xogħol li dħalna għalih biex naraw li r-rispett lejn il-wirt kulturali tagħna ma jkunx biss bi kliem jew miktub fuq karta, imma jkun impenn li qed isir b'dedikazzjoni biex naraw li dak li huwa parti mill-istorja tagħna nħarsuh u nippriservawh bil-fatti. Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. illum | Il-Ħadd 21 ta' Lulju 2019 18 Opinjoni OWEN BONNICI Aktar xogħol għal Malta aħjar Għall-ħames sena konsekuttiva, permezz tal-uffiċċju tad- Direttorat tar-Restawr, ftaħna s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-iskema ta' restawr tal- Kunsilli Lokali Wieħed mill-isbaħ sofqa tal-palazz li se jkun irrestawrat Ritratti - Doi : Clifton Fenech

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 July 2019