Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

bħala tradiment. Dan hekk kif ftit qabel ma uffiċjalment ħabbar il-kandidatura tiegħu biex jieħu post Cameron l-alleat tiegħu Michael Gove, dejjem maġenbu fil-kampanja Brexit ħabbar li se jikkontesta hu. Gove kien qal illi Johnson 'ma jistax jipprovdi tmexxija jew jibni tim li se jmexxu l-biċċa xogħol (Brexit) 'il quddiem' • Meta Theresa May saret il- Kap tal-Partit Konservattiv u Prim Ministru, Johnson sar Ministru tal-Affarijiet Barranin • Wara li rriżenja s-Segretarju ta' Brexit Dominic Raab wara nuqqas ta' qbil mal-pakkett li ppreżenta l-Gvern ta' May bħala kundizzjonijiet għal Brexit, Johnson irriżenja warajh • Johnson kien daħal ukoll fil-kontroversja dwar uffiċjal tal-intelliġenza Russa; Sergei Skripal li nstab mitluf minn sensih f 'Salisbury ma' bintu Yulia. Jirriżulta, skont il-laboratorju militari prinċipali tar-Renju Unit, illi dawn kienu esposti bin- novachok, arma kimika li tista' twassal għal mewt wara li tattakka s-sistema newromuskolari. Johnson qal li l-laboratorju militari kien iddetermina b'ċertezza illi n-novachock kien ġej mir-Russja meta dan ma kien minnu xejn • Din il-ġimgħa kien elett Kap tal-Partit Konservattiv u allura Prim Ministru hekk kif kiseb 92,153 vot. Il-kontestant l-ieħor, Jeremy Hunt, kiseb 46,656 vot 11 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 Pożizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn Fondi Ewropej/Fondi Bilaterali EU FUND SUPPORT OFFICER Qed jintlaqgħu applikazzjonijiet għall-pożizzjonijiet ta' EU Fund Support Officer fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza. L-applikant għandu jkun fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta f'Livell 5 tal- MQF fl-Accounting, Business Management jew Banking jew kwalifika professjonali kumparabbli. L-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu lid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, 31B, Tal-Pilar, Marsamxett Road, Valletta, VLT 1850 sa mhux aktar tard minn nofsinhar tal-Ġimgħa 2 t'Awwissu, 2019. Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti mill-Gazzetta tal-Gvern ppublikata fid- 19 ta' Lulju 2019. L-applikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: https://publicservice.gov.mt/en/people/Pages/PeopleResourcingandCompl iance/FormsandTemplates.aspx Waslu Ħal Far, neżżawha u stuprawha darbtejn ... wieħed jammetti l-ħtija RAĠEL ta' 32 sena mis-Somalja, ingħata sentenza ta' tmien snin u nofs priġunerija wara li ammetta l-ħtija illi ħataf tfajla Taljana u li stupraha flimkien ma' irġiel oħrajn. L-inċident seħħ f 'Marzu 2013, meta tfajla Taljana ta' 21 sena kienet miexja lejn il-Belt Valletta u f 'punt minnhom karozza b'erba' rġiel fiha waqfu, ħatfuha u daħluha fil-karozza. Il-vittma ppruvat iċċempel lil ħuha, imma l-irġiel ħadulha l-mowbajl. Hekk kif il-karozza bdiet riesqa lejn Raħal Ġdid it-tfajla pruvat tiftaħ il-bieb u taħrab, imma wieħed mill-irġiel żammha minn griżmejha u prova jifgaha filwaqt li qallha; 'Taljana inti mejta'. Meta waslu Ħal Far l-irġiel neżgħu għarwenin u stuprawha darbtejn. Wara l-assalt l-irġiel tawha l-ħwejjeġ lura u ħallew iż-żona. Hija marret titlob l-għajnuna mill-fabbrika tal-Playmobil. L-akkuat għażel li jammetti l-akkużi miġjubin kontrieh.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019