Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista l-istess passi u titkompla l-ħidma lejn ugwaljanza sħiħa għall- komunità LGBTIQ u minoranzi oħrajn." Gino Tanti – eks attivist fil- qasam LGBTIQ u sid ta' negozju "Ilbieraħ qrajt xi mkien li din hija telfa għall-Gvern Malti u rebħa għall-UE u min qalha, ma setax qalha aħjar. Jiena personalment kważi ninsab, b'mod egoist, irrabjat għal din id-deċiżjoni għax Helena biddlet mhux biss liġijiet Maltin imma anke l-mentalità. Mara li minn dejjem emmnet fid-drittijiet indaqs għal persuni LGBTIQ f 'Malta. Fejn qabel konna 'niġġieldu' għad-drittijiet, issa niftaħru li Malta hija minn ta' quddiem fejn tidħol ugwaljanza għall-komunità LGBTIQ." Orlando Ellul Micallef - impjegat fis-settur finanzjarju "Naħseb li sabet irwol aħjar u għandha timxi 'l quddiem. Kienet Ministru li mexxiet ħafna liġijiet u drittijiet LGBTIQ u ta' dan nirringrazzjaha. Nawguralha wkoll fl-irwol il-ġdid. Definittivament għamlet iktar għall-komunità LGBTIQ mid- Deputati tal-PN kollha f 'daqqa." Roderick Azzopardi Custò – xandar "Ma narahiex li hija xi telfa. Iktar opportunità li permezz tal-isem Helena Dalli, sar ifisser li f 'Malta fl- 2014 persuna LGBTIQ tħossha daqs ħaddieħor. Illum grazzi għall-ħidma tagħha pajjiżna jiftaħar li qegħdin l-aqwa fl-Ewropa." ta' Helena. x'jaħsbu... Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum Malcolm Seychell - opinjonista u eks Kandidat ta' Azzjoni Nazzjonali Filwaqt li bla dubju wieħed irid jirrikonoxxi li Dalli ġabet bidla kbira fejn tidħol l-ugwaljanza nemmen li llum il- ġurnata Malta mhi se titlef xejn għax sejra taħdem Brussell. Sfortunatament bħalma jiġri ħafna drabi se tispiċċa l-karriera politika tagħha hawn Malta bħala persuna liberali estrema. Il- poplu Malti fil-maġġoranza tiegħu eduka ruħu u sar jaċċetta, tista' tgħid kull tip ta' nies b'orjentazzjoni sesswali differenti. Imma l-Ministru Dalli spiċċat tant taqa' fl-estremiżmu li anka riedet li jitwaħħlu tabelli fi ħwienet li jaċċettaw il-persuni LGBTIQ. F'pajjiżi aktar avvanzati minna dan il-ġenn ilu snin li kien daħal u llum qed jerġa' jitneħħa għax indunaw li kien żball. Huma grazzi għal nies bħall-eks Ministru Dalli, li partiti tal-lemin qed jerġgħu jieħdu lura l-gvernijiet fl- Ewropa. Illum bosta nies LGBTIQ, qed jerġgħu jmorru lura lejn partiti tal-lemin għax mhumiex daqstant stupidi li lesti jaċċettaw l-aġenda tal-multikulturaliżmu li l-Ministru tant temmen fiha u li ġabet falliment totali kull fejn ġiet implimentata. Ċertu kulturi, pereżempju, għadhom jemmnu fil-qtil tal-persuni LGBTIQ. Jiġifieri mingħajr forsi l-eks Ministru Dalli ma rrealizzat, daqskemm għamlet ġid lil din il-komunità qed tispiċċa tagħmel deni. Ivan Grech Mintoff - Kap tal- Partit Alleanza Bidla u attivist kontra ħafna mill-politika ta' Dalli "Persważ li Helena Dalli għandha karatteristiċi u l-kapaċitajiet kollha biex tkun utli bħala Kummissarju Ewropew u qaddejja tal-Parlament Liberali Ewropew. Min jista' jinsa dak il-filmat li fih qed tidher tammetti pubblikament li minkejja illi maġġornza tal-Maltin ma ridux ċerta liġi tidħol f 'Malta, bil-kapaċitajiet tagħha din il-liġi xorta daħlet billi daħku bin- nies, għax użaw kliem vag biex in-nies ma jindunawx? Ma ninsewx li bħala Ministru tal- Ugwaljanza hija stess ħarġet kontra minoranza sesswali rikonoxxuta barra minn pajjiżna (f 'referenza għall- moviment eks gay). Dan il-grupp wera biċ-ċar li jeżisti f 'pajjiżna u qed imur kontra l-aġenda li hija tappoġġja. Nemmen iva, li Helena Dalli se tħossha 'at home' fil-kariga l-ġdida tagħha u jiena nixtiqilha karriera twila 'l bogħod mill- Parlament Malti, fejn irridu nikkoreġu l-iżbalji li saru fis-snin li għaddew." U dawk li ma jaqblux magħha? X'jaħsbu?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019