Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953
GM Fra. Antonie De Paule, Banda Kristu Re u anke l-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, Banda Paola. Fil-fatt, l-armar li jiksi t-toroq ta' Raħal Ġdid f 'dawn il-jiem huwa tal-Kummissjoni Festa, partijiet minnu huwa tas-Soċjetà Filarmonika de Paule u armar ieħor tal- Għaqda Kristu Sultan. Jekk sejjer Raħal Ġdid se tilmaħ ħafna armar ġdid Il-gazzetta ILLUM tkellmet kemm mal-Kummissjoni Festa u anke maż-żewġ baned dwar l-armar ġdid li ħadmu fuqu din is-sena biex iżejjen it-toroq tar-Raħal Ġdid. Tkellimna mal-Kappillan, il-Kanonku Dun Mark Andrè Camilleri, li jmexxi wkoll il-Kummissjoni Festa. Spjega kif din il-Kummissjoni tieħu ħsieb l-organizzazzjoni tal- festa, anke l-programm tal- festi esterni li jiġu ċċelebrati tul sena sħiħa. Din il-Kummissjoni għandha wkoll l-armar tagħha u l-għaqdiet mużikali jieħdu l-permess minn għandha meta jkunu se jaħdmu fuq proġett ġdid tal-armar, biex hekk kollox ikun ikkordinat. Il-Kappillan spjega magħna kif matul l-aħħar sena, il- voluntiera tal-Kummissjoni ħadmu fuq diversi proġetti, fosthom fuq ix-xogħol ta' kolonna ġdida għall-istatwa ta' Kristu Saċerdot. Fost oħrajn, Dun Mark Andrè semma wkoll ix- xogħol li sar fuq sett pavaljuni ġodda għal Triq Ħaż-Żabbar, Pavaljuni ġodda għal Triq Ħal Tarxien u sett bandalori ġodda għall-pjazza quddiem il-Knisja. X'għamlu l-ġdid tad-De Paule? L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Jason Silvio li huwa responsabbli mill-armar tas- Soċjetà Filarmonika de Paule. Silvio saħaq li l-aktar ħaġa għal qalbhom din is-sena hija t-tlestija tal-kolonna tal- istatwa li tirrappreżenta l-fidi, proġett li kien ilu għaddej sitt snin sħaħ. Tkompla wkoll ix-xogħol fuq il-planċier tal-banda, proġett li wkoll ilu għaddej diversi snin u dan għax proġett bħal dan jirrikjedi ħafna xogħol u fondi. Apparti minn hekk, kompla jispjega Silvio, saru sett bandalori ġodda għal Ġnien Lorry Sant, sett bandalori għan-naħa ta' fuq tal-pjazza u tkompla x-xogħol fuq l-iskultura tal- kolonna tal-Qalb ta' Ġesù, li tintrama quddiem il-Knisja ta' Sant'Ubaldeska u anke l-iskultura tal-kolonni tal- profeti fi Ġnien Lorry Sant. L-Għaqda Mużikali Kristu Sultan se tagħlaq 30 sena... Tkellimna wkoll ma' Jason Caruana, il-persuna responsabbli mill-armar tal- Għaqda Soċjali u Mużikali Kristu Sultan, li spjega magħna kif din is-sena qed tiżżanżan bandiera ġdida li se titla' tperper ma' arblu ġdid fjamant fuq is-seda tal-istess Għaqda. Caruana spjega wkoll kif il-voluntiera komplew jaħdmu fuq il-proġett ta' pavaljuni għal Triq Ġużè D'Amato. Iżda apparti l-festa ta' din is- sena, l-Għaqda Kristu Sultan bdiet tħares 'il quddiem, għall-anniversarju li se jkun iċċelebrat is-sena d-dieħla, meta din l-Għaqda se tfakkar it-30 sena mit-twaqqif tagħha. Għal dan l-anniversarju, l-Għaqda Kristu Sultan se tkun qed tibda proċess biex jinbidlu l-pilandri tal-ġnub tal-knisja. Minflokhom se jkunu qed jinħadmu sett anġli li jżommu l-gastri f 'idejhom. 15 Festi Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 | illum festa doppja... tal-Bażilika L-aħħar Ħadd ta' Lulju huwa wieħed minn dawk il-ħdud sajfin ippakjat bil-festi. Apparti Raħal Ġdid, illum qed jiġu ċċelebrati wkoll il-festi ta': • San Ġużepp – Ħaż-Żebbuġ • Il-Madonna tal-Karmnu – Il-Balluta • Santa Venera – Santa Venera • Marija Sultana tal-Martri – San Pawl il-Baħar • Sant'Anna – Wied il-Għajn • Santa Margerita – Ta' Sannat X'se jsir illum f 'Raħal Ġdid? 9:15am: Quddiesa tal-festa bil-paniġierku 12:00am: Jibda l-marċ ta' filgħodu mill-Banda Kristu Re 7:30am: Purċissjoni solenni bil-vara ta' Kristu Re Sal-1999, il-purċissjoni tal-festa ma kinitx issir bi statwa... Il-purċissjoni bl-istatwa bħala l-qofol tal-festa f 'Raħal Ġdid hija pjuttost waħda riċenti. Fil-fatt, qabel l-1999, il-purċissjoni tal-festa ta' Raħal Ġdid ma kinitx issir bi statwa iżda bis-Sagrament, jiġifieri kienet purċissjoni Ewkaristika, kif kien jiġri wkoll fil-Marsa qabel ma saret il-vara tat-Trinità Qaddisa. L-istatwa ta' Kristu Re saret fl-1998 u tħallset mis-Soċjetà Filarmonika G.M. Fra. Antoine De Paule, Banda Kristu Re. Għalkemm din kienet saret għall-Knisja Parrokjali, il- Kappillan ta' dak iż-żmien kien ikkummissjona vara oħra għand l-artist Ġanni Bonnici, liema vara nħadmet l-Italja u ġiet magħżula bħala l-vara titulari. Iżda għalkemm għadda ż-żmien, din il-vara ma tantx kienet daħlet fis-sentiment tal-poplu, anke għax kienet tippreżenta lil Kristu Re mhux kif imdorrija bih fl-ikonografiija Nisranija. Intant, fl-2016, l-Arċisqof Charles Scicluna aċċetta li l-istatwa li l-Każin De Paule ħadem fl-1998 u li baqgħet tinżamm fis- sede tal-istess soċjetà mużikali, issir il-vara titulari. Apparti minn hekk, fl-istess żmien, il-Kurja aċċettat li l-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan, li qabel ma kinitx rikonoxxuta bħala banda, tkun tista' tieħu sehem fil-festa ta' Raħal Ġdid. L-ewwel purċissjoni bil-vara ta' Kristu Re qabel ma ddaħħlet għall- ewwel darba fil-Knisja • Ritratt: Mark Micallef Perconte Il-kolonna tal-fidi kompluta u inawgurata din il-ġimgħa Id-disinn tal-bandiera l-ġdida għall-każin tal-Għaqda Soċjali Mużikali Kristu Sultan X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum? 15 add 28 ta' Lulju 2019 | illum