Illum previous editions

ILLUM 28 July 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1148953

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

• Boris Johnson ma twelidx fir-Renju Unit. Huwa twieled nhar id-19 ta' Ġunju 1964, f 'New York fl-Istati Uniti. • Ismu sħiħ mhux Boris Johnson imma Alexander Boris De Pfeffel Johnson • Huwa ħa borża ta' studju fil-Kulleġġ Eton fejn kienu jattendu wkoll il- Prinċpijiet Harry u William. • L-ewwel kariga li kellu kienet fil-Kulleġġ Balliol bħala President tal-Oxford Union • L-ewwel impjieg ta' Johnson kien bħala ġurnalist. Hu beda jaħdem ma' The Times fl-1987 • Imma kien imkeċċi minn ma' The Times hekk kif kien iffabbrika kwotazzjoni f 'artiklu li kiteb. Hu kien implika li Edward II u Piers Gaveston kien qed ikollhom x'jaqsmu sesswalment f 'Rose Palace. Huwa kien talab apoloġija għal dan • Wara beda jaħdem mad-Daily Telegraph fejn kien korrispondent dwar il-Komunità Ewropea. Imbagħad sar Editur ta' The Spectator • Hu kien wiegħed lis-sid ta' The Spectator li mhux se jidħol għall- politika, wegħda li ma żammx • Tliet snin wara kellu jitlob apoloġija fuq artiklu illi fih akkuża lill-attivisti tat-tim ta' futbol ta' Liverpool bil- ħtija għad-diżastru f 'Hillsborough. Nhar il-15 ta' April 1989 folol ta' nies ħerġin mill-istadium (stampede) waslu biex mietu fir- rassa 96 u weġġgħu 766 persuna • Fil-bidu tal-1998 beda jmexxi programm ta' diskussjoni 'Have I Got News For You' li kien ilu li beda mill-1990 u li għadu għaddej sal-lum • Johnson reġa' kkontesta l-elezzjoni fl-2001 u kien elett fil-kostitwenza ta' Henley-on-Thames • Il-kontroversja madwar Johnson ma tiqafx hemm, hekk kif fl-2004 kien imkeċċi minn Ministru tal- Arti wara li kien qal li rapporti dwar relazzjoni extra-matrimonjali mal-ġurnalista ta' The Spectator Petronella Wyatt ma kinux veri, meta fil-fatt kienu. Hu kien rrifjuta li jirreżenja u allura kellu jitkeċċa. Wyatt hija bint l-eks politiku Laburist Lord Wyatt • Ir-relazzjoni ta' Johnson ma' Wyatt spiċċat fit-titli tal-ġurnali wara li omm Wyatt qalet illi din abortiet tarbija ta' Boris. Naturalment, iż-żwieġ tiegħu ma' Marina Wheeler spiċċa. • Minkejja dan fl-2005, sena wara dawn l-akkużi, hu kien elett mill- ġdid • Fl-2008 Johnson rebaħ Londra għall-ewwel darba u reġa' għamel dan fl-2012. Hu kien kiseb l-aħjar riżultat u rebaħ lil Livingstone, li kien l-ewwel Sindku ta' Londra li baqa' fil-kariga għal tmien snin • Fl-2016 sar il-kelliem prinċipali u allura l-wiċċ tal-kampanja 'Leave' li riedet lir-Renju Unit jitlaq mill- Unjoni Ewropea. Fil-fatt kien hu li ffaċċja lill-eks PM Konservattiv David Cameron f 'dibatittu dwar Brexit • Johnson, waqt dan id-dibattitu, kien għamel paralleliżmu bejn l-Unjoni Ewropea u Adolf Hitler. Hu kien qal u reġa' kkonferma, li l-UE hija anti- demokratika • Interessanti dik li ħafna rawha 10 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 28 ta' Lulju 2019 NHAR it-Tlieta, il-Partit Konservattiv għażel (bil-kbir) lil Boris Johnson biex ikun il-Prim Ministru li jmiss tar-Renju Unit, pajjiż illi bħalissa għaddej mill- proċess biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Dan ifisser illi dan l-iżvilupp se jaffettwa b'mod kruċjali u forsi definittiv il-proċess importanti li permezz tiegħu pajjiż membru tal- Unjoni Ewropea, għall-ewwel darba, mhux se jibqa' membru ta' dan il- blokk politiku. L-ILLUM tat ħarsa lejn l-aktar avvenimenti, mumenti, stqarrijiet u fatti importanti dwar dan il- politiku, li jidher goff, komiku u tal-istess qatgħa ta' Donald Trump, xi ħaġa li Trump stess ammetta. Ħarsa lejn il-fatti u l-karriera politika tiegħu, juru illi Boris Johnson kellu karriera mill-aktar interessanti u kkulurita. Fatti interessanti, ikkuluriti u xi ftit skandalużi dwar Boris Kont taf li...? Gaveston kien qed ikollhom x'jaqsmu sesswalment f 'Rose Palace. Huwa Kont taf li...? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Din il-ġimgħa Boris Johnson, forsi għad- dispjaċir ta' ħafna, sar il-Prim Ministru l-ġdid tar-Renju Unit. Imma min hu dan? U x'passat għandu? U kont taf li ... • Boris Johnson huwa awtur u kiteb diversi kotba, fosthom Lend Me You Ears (2003), Sevenety-two Virgins (2004), Dream of Rome (2006) u The Churchill Factor: How One Man Made History (2014) • Għamel ħafna flus meta biegħ ir-riċetta steak bake lil Greggs (ħanut li jbigħ diversi torti u ikel tal-għaġina) • Darba Johnson kien iddieħaq b'Malta meta waqt konferenza fl-Irlanda ta' Fuq kien qal hekk; "ir-Renju Unit qed jagħmel ftehimiet tajbin madwar id-dinja. Fil-fatt meta kont sindku kont begħt dawk l-imniefaħ bendy buses lil Malta. Fl-aħħar tbandlu minn nofs u qabdu n-nar, punt li jqajmuli l-Maltin kull darba li mmur hemm," qal għad-daħk tas-sala L-isteak bake ta' Greggs u Boris Nisa, gideb, suċċess u issa Prim Ministru: min hu Boris? Johnson ma' Petronella Wyatt Johnson kien il-wiċċ ewlieni tal- kampanja Leave

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 July 2019