Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504
13 li xejn tah fama mal-pubbliku, jibqa' wieħed mill-isbaħ żminijiet ta' ħajtu. Tkellem fit-tul dwar id-dramm famuż tal-passjoni li ta' kull sena kien jittella' fis-Santwarju tal-Madonna tal- Karmnu tal-Belt Valletta, fejn Mario Micallef, apparti li kien jidderieġi u jikteb id-dramm flimkien ma' awturi oħra, kien anke jirreċta l-parti ta' Kristu. "Dan il-perjodu ma ninsieh qatt. Kelli madwar 30 sena. Kelli entużjażmu u enerġija kbira. Kien żmien sabiħ ħafna. L-atturi kieku kollha żgħażagħ. Tant raw fija entużjażmu, li bla ma riedu kienu jaħdmu ħafna huma wkoll. Konna sirna qisna familja waħda. Kien żmien wisq sabiħ," qalilna Micallef. Ovvjament riżorsi ma kellhomx, il-kostumi kienu jħituhom nisa li joqogħdu fl-akkwati, kienu jittalbu biex jagħmlu xi ħaġa ġdida, xi avviż u aktar tard anke palk. Minkejja dan, il-pageant tant kienet kibret, li kienu jmorru jarawha anke nies minn barra l-Belt. "Għall-bidu konna nirrekordjaw l-ilħna. Kont inġib atturi stabbiliti biex nirrekordjaw l-ilħna fis-sagristija. Meta rajt li ż-żgħażagħ bdew jidraw, bdejna nagħmluha live wkoll. Irrakkontalna kif dak iż-żmien, il- pageant kienet issir fil-knisja l-qadima tal-Karmnu, bil-knisja l-ġdida qed tinbena mad-dawra tagħha. "Qatt ma ninsa. Darba minnhom, fis-sebgħa se nibdew il-pegeant iżda sas-sitta u nofs, il-kuntrattur li kien qed jibni l-knisja l-ġdida ma jridx jieqaf jaħdem," kompla jirrakkonta. "Salt nisa lesti biex ibaħbħu bl-ilma u jpoġġu l-kartun mal-art biex jidħlu n-nies." Mario Micallef jitkellem dwar dan il-perjodu b'ċertu nostalġija u b'leħnu miksur, partikolarment meta semma l-mument li għażel li jieqaf jagħmel il- parti ta' Kristu, parti li fi kliemu kienu jagħmilha b'passjoni kbira. "Ħadd ma kien jaf. Fl-aħħar tad- dramm, ħadt il-mikrofonu f 'idi u ħabbart li dakinhar kienet l-aħħar darba li għamilt din il-parti. Kienet emozzjoni sabiħa. In-nies qamu jċapċpu," qalilna Mario. "Jiena hekk nemmen. Bniedem għandu jieqaf minn dak li jkun qed jagħmel fl-aħjar tiegħu u mhux meta jkun spiċċa. Trid tkun raġel biżżejjed biex tieħu dik id- deċiżjoni." In-namur vera qed jispiċċa... illum jirreċtaw biex jidhru Kien hawn li Mario Micallef tkellem dwar l-importanza li min ikun irid jidħol fid-dinja tat-teatru, ikollu n-namur vera. Waqt li rrefera għal dawn iż-żgħażagħ tal-pageant, Micallef ilmenta dwar il-fatt li llum, ħafna żgħażagħ, jitolbu biex jieħdu sehem f 'xi dramm fuq it-televiżjoni, mhux minħabba n-namur lejn ir- reċtar, iżda biex jidhru. "Dak in-namur ta' vera ftit għad fadal minnu," insista Micallef waqt li tkellem fuq is-sagrifiċċji u anke l-impenn li jeħtieġ għat-teatru. "Jekk se ntella' produzzjoni fit-Teatru Manoel u ngħidlek il-minimu huwa sitt ġimgħat ta' provi, ma tistax tiġi u tgħidli nagħtik tliet ġimgħat. Ma tistax ma tiġix għax ibatu atturi oħra. Ma nistax nieħu sogru." F'jumejn qrajt ir-rumanz kollu 'It-Tfal jiġu bil-Vapuri' u rajt fih potenzjal U jekk qed titkellem ma' Mario Micallef. Kif tista' ma titkellimx fuq is-serje tant popolari: "It-Tfal jiġu bil-Vapuri." Anke jekk Mario jippreferi t-teatru, jisħaq li dan ix-xogħol jibqa' għal qalbu ħafna. Bis-saħħa tal-parti ta' Dun Grejbel, Micallef kien rebaħ il-premju tal-aqwa attur fuq it- televiżjoni. Kollox beda meta l-Professur Oliver Friggieri kien ta kopja ta' dan ir- rumanz lil Micallef. "Niftakar qbadt naqra u ma xtaqx nieqaf. Fl-ewwel lejl qrajt nofsu. F'jumejn qrajtu. Rajt fih potenzjal kbir li jkun addattat għat-televiżjoni," qalilna Micallef. Kien hawn li talab lil Friggieri biex jaddattah bħala serje għat-televiżjoni, xi ħaġa li l-Professur ma riedx akkost ta' kollox, sakemm għaddew ftit ġranet u reġa' bdielu, bil-patt u l-kundizzjoni li jaddattah ħaddieħor, kif fil-fatt għamel l-attur mibki Lino Grech. Minn hawn u minn hemm, dan is- serje nħadem u kien suċċess kbir. "Dak iż-żmien, il-Kap Eżekuttiv tan-Net TV, Anton Attard, xtaq 13-il episodju ieħor. Jiena ma riedx, iżda baqa' jinsisti u l-uniku soluzzjoni kienet li nikkonvinċi lil Friggieri jikteb Rumanz ieħor, għax l-ewwel Rumanz konnha eżawrajnih," irrakkontalna Mario. Fil-fatt, għall-bidu, Oliver Friggieri ma ried b'xejn, sakemm ikkonvinċa ruħu u kiteb it-tieni rumanz. Is- suċċess reġa' kien kbir, l-istorja rrepetiet ruħha u Friggieri spiċċa kiteb it-tielet rumanz, biex hekk ingħaqdet it-triloġija: "Hekk tħabbat il-Qalb Maltija." 'Ikolli nammetti li l-livell ma tantx tjieb... ħafna atturi mhumiex naturali' Għaddew is-snin u tibqa' sensiela ta' kwalità. Staqsejna lil Mario jekk iħossx li llum ħafna serje televiżivi mhumiex qed jilħqu ċertu kwalità. "Ikolli nammetti li l-livell ma naħsibx li tjieb. Meta ssemmi kitba ta' Oliver Friggieri jew Lino Grech fejn tista' tasal aktar. Illum saret wisq kummerċjali. Lanqas għadhom jinkitbu stejjer bħal 'It-Tfal jiġu bil- Vapuri'. Illum aktar stejjer mimlija mħabba, sess u vjolenza," qalilna Mario. "Anke ħafna kliem baxx. Jiena bniedem moħħi miftuħ. Ċertu lingwaġġ ma narahx tat-televiżjoni. Fit-teatru forsi jgħaddi, imma mhux għat-televiżjoni." Tkellimna wkoll fuq l-atturi b'Micallef jilmenta li xi drabi hemm nuqqas ta' naturalezza. "Tissejjaħ attur skont kemm tkun naturali. Anke l-kitba. Jekk ma jkollokx kitba serja, x'livell se jkollok? Dawn imorru flimkien. Inutli jkollok skript tajjeb u atturi ma tantx u viċi- versa," insista Micallef. 'Għamilt sitt xhur nistudja d-Divina Commedia... imtlejt b'tensjoni' Kif wieħed fehem sa issa, it-teatru jeħtieġ impenn u allura ħafna ħinijiet 'il bogħod mid-dar. Il-fatt li mart Mario hija attriċi stabbilità wkoll, dan jagħmel differenza? "Ħafna. Għax tista' tifhem. Iżda Nathalie waslet f 'perjodu fejn kellha tissagrifika l-karriera tagħha. Meta t-tfal bdew jikbru ma stajniex nibqgħu għaddejjin kif konna. Ngħid dan b'għafsa ta' qalb. Ikolli nammetti, li t-tfal ma rajthomx jitrabbew miegħi. Kienet qed trabbihom il-kunjata għax inkella ma stajniex inkomplu bit- teatru," qalilna l-attur. Kien hawn li reġa' tenna magħna li minkejja dawn is-sagrifiċċji, l-entużjażmu fih għadu kbir. "Meta jonqos dan l-entużjażmu, irrid inkun raġel li nagħżel jiena li nieqaf. Għalissa ma nixtieqx nasal f 'dan il-punt. It- teatru huwa t-tieni dar u t-tieni familja tiegħi," qalilna Micallef. Iżda mhux il-ħinijet biss huma diffiċli. It-teatru jirrikjedi żmien twil ta' studju. Mario semmielna wkoll żewġ produzzjonijiet li tawh sodisfazzjon kbir, fosthom il-one man shows: 'Divina Commedia' u 'Caravaggio.' Anke jekk dawn tawh sodisfazzjon, partikolarment id-Divina Commedia, Mario jisħaq li jekk ikollu jerġa' jagħmilha, ma jagħmilhiex. "Għamilt sitt xhur sħaħ nistudjaha. Imlietni b'tensjoni kbira. Għext il- karattru. Il-familja tiegħi għexitha miegħi u sfortunatament batiet miegħi," saħaq Micallef. "Jiena nixtieq li t-teatru, kulħadd, bħali, jieħdu b'serjetà kbira. Ma nkun irrid inħalli xejn barra. Jiena dan nixtieq li jkun il-legat tiegħi." 'L-akbar sodisfazzjon kien li l-Istat irrikonoxxa l-ħidma tiegħi' Minkejja dawn is-sagrifiċċji, Mario Micallef jibqa' jisħaq li t-teatru jagħtik sodisfazzjon kbir, aktar u aktar meta tara x-xogħol tiegħek jiġi apprezzat. Fost oħrajn, bid-dmugħ f 'għajnejh, semma' dak il-mument meta fl- 2010, fl-istess xahar li għamel id- Divina Commedia, Mario Micallef ħa l-midalja tal-Għoti tal-Mertu għall-Qadi tar-Repubblika. "L-akbar sodisfazzjon kien li l-Istat irrikonoxxa l-ħidma tiegħi. Meta kont naf li nnominani Oliver Friggieri u ssekondawni Fr Peter Serracino Inglott, Carmen Azzopardi u Fr Norbert Ellul Vincent, erba' pilastri tal-kultura, kienet xi ħaġa ħafna akbar," temm jisħaq Micallef. Intervista Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum nisħaq li t-Teatru Rjal kellu jerġa' jinbena'