Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

J iġu drabi meta nħossni mweġġa' meta xi Malti bħali joħroġ jgħid pubblikament li l-ilsien Malti ma għandux bżonnu. Inweġġa' għax ikun qed imaqdar ħaġa li tagħmilna poplu partikolari u li aħna niġu bżonnha kuljum. Bħalma nweġġa' wkoll meta nsir naf li se ssir riforma fl-eżami tal-MATSEC li biha se tingħata daqqa ta' ħarta lill-ilsien Malti. Għax jiena kburi li fiċ-ċokon tagħha Malta għandha l-ilsien tagħha stess u li huwa ħaj għax imdaħħal fl-oqsma kollha tas-soċjetà Maltija. L-ilsien Malti hu mitkellem fl-ibliet u l-irħula ta' Malta u Għawdex u llum għandu letteratura l-ħin kollu tistagħna bil-pubblikazzjonijiet li joħorġu għall-bejgħ fil- pubbliku. Ilsienna ħaj Aħna l-Maltin ninsabu xxurtjati li lsienna huwa ħaj minkejja t-twegħir li għadda minnu matul iż-żminijiet, meta kien hawn min, ħabb ilsna barranin iżjed minnu u lilu maqdru bħala lsien li jintuża biss fil-kċina! Saħansitra kien hawn żmien meta anke fil-Qrati kien jintuża lsien barrani bir- riżultat li ċittadini Maltin lanqas biss kienu jifhmu x'qed jingħad lilhom u fuqhom meta jitressqu l-Qorti! Xi snin ilu mort safra fl- Irlanda, pajjiż bħal Malta kien taħt il-ħakma tal-Ingilterra. L-Irlandiżi kellhom l-ilsien tagħhom l-Irlandiż, imma tant kienet kbira l-influwenza tal- ilsien Ingliż li l-ilsien Irlandiż lanqas biss baqa' mitkellem lanqas fid-djar ħlief f 'xi partijiet agrikoli. Anke fil-qasam reliġjuż, l-Irlandiżi waslu biex qatgħu r-rabta tagħhom mal- ilsien Irlandiż, għax ħafna mill- quddisat li kien jiġu ċċelebrat fil-knejjes Kattoliċi jsiru bl- ilsien Ingliż, b'eċċezzjoni ta' ftit quddisat f 'ħinijiet partikolari. Is-sehem tal-Knisja Maltija Hemmhekk rajt kemm l-ilsien Malti pparagunat mal-ilsien Irlandiż huwa ħaj u parti integrali fil-ħajja ta' kuljum tagħna l-Maltin. Hawnhekk irrid napprezza s-sehem tal-Knisja Maltija biex l-ilsien Malti jibqa' ħaj u l-Kotba Mqaddsa jaslu għand is-semmiegħa bl-ilsien Malti. Illum il-liturġija bil-kotba kollha li jintużaw fiha huma kollha bil- Malti, l-omeliji jew priedki jsiru bil-Malti. Għandek mill-inqas terz tal-poplu Malti li kull nhar ta' Sibt filgħaxija jew fil-jiem tal-Ħdud, ikun ikkomunikat lilu, b'Malti mirqum, it-teżor tal-fidi Nisranija. Jiena għadni nitpaxxa kemm hawn f 'Malta u Għawdex bliet u rħula li fihom in-nies jikkomunikaw bl-ilsien Malti, anzi ħafna li għadhom jitkellmu bid-djalett tagħhom. Jiena ngħid għalija hekk kont nitkellem ma' tal-familja. Kont inħossni nistrieħ nitkellem bid-djalett Żejtuni, li kont nisma' mitkellem kuljum fil-ħanut t'ommi qalb il-bejgħ tal-ħobż u tal-ħaxix u oġġetti oħra bl- imnut. Ta' Qali Anzi llum irridu noqogħdu attenti biex l-Ingliż li huwa wkoll ilsien uffiċjali ta' Malta ma jeħux id-dritta fuq l-ilsien Malti. Jiena nieħu gost immur Ta' Qali u nieħu miegħi xi residenti mid-Dar Nazareth li hi waħda mid-Djar tal-Fondazzjoni tal- persuni b'diżabilità fiż-Żejtun. Nieħu gost immur Ta' Qali speċjalment biex napprezza l-annimali u t-tjur li hemm jgħixu hemmhekk. U napprezza ħafna l-informazzjoni li hemm mogħtija f 'kull parti tal- kumpless. Imma jiddispjaċini nara li l-informazzjoni kollha tinsab mogħtija bl-Ingliż biss, qisha qiegħda biss għall- barranin li jmorru jżuru dak il-kumpless. Għaliex dak it-tagħrif mhux qiegħed ukoll bl-ilsien Malti? Imnejn sa fejn tifel jew tifla ma tkunx tista' taqra u tifhem bil- Malti l-ġmiel ta' dak li hemm Ta' Qali? Il-ġest ta' Dun Karm Psaila Jiena ma ninsa qatt il-ġest sabiħ u patrijottiku li kien għamel il-Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila. Kien diġà magħruf bħala poeta fl-ilsien Taljan, imma meta deherlu li wasal iż-żmien li jbiddel ir-rotta, intefa' b'ruħu u ġismu jikteb il-poeżiji tiegħu b'dak il-Malti sabiħ u rfinat li hemm fis-sunetti u l-poeżiji l-oħra li jiffurmaw il-ġmiel tal-letteratura Maltija. B'hekk sar jixraqlu l-ġieħ li jissejjaħ il- Poeta Nazzjonali ta' Malta. Għadni sal-lum nitgħaxxaq bil-ħsibijiet li hemm fil-poeżiji tal-Poeta Nazzjonali li bihom wera l-imħabba eċċezzjonali tiegħu għall-ħajja Maltija, għar- reliġjon Nisranija u għall-istorja t'art twelidna! Dun Anġ huwa l-fundatur ta' Dar Nazareth illum | Il-Ħadd 4 ta' Awissu 2019 16 Opinjoni DUN ANG SEYCHELL Ir-reputazzjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar L-ilsien li bih nitkellmu H u tad-daħq li iktar kmieni din il-ġimgħa skoprejna illi l-Awtorità tal-Ippjanar hi mħassba dwar li possibilment saret ħafna ħsara lir-reputazzjoni tagħha. Din kienet aħbar, għax sal- lum, l-impressjoni ġenerali ta' bosta minna kienet li l-Awtorità tal-Ippjanar tiġi taqa' u tqum mir-reputazzjoni tagħha. F'numru ta' protesti u kontro-protesti ppreżentati l-Qorti f 'dawn il-ġranet, residenti ta' Pembroke talbu d-danni mingħand l-Awtorità tal-Ippjanar f 'konnessjoni mal-mod kif din imxiet fil-konfront tagħhom dwar il-proġett tad-dB. Il-Grupp dB, min-naħa l-oħra lagħabha tal-vittma meta bi qdusija artifiċjali akkuża lill-Awtorità tal-Ippjanar li ma għamlet xejn dwar il-kunflitt ta' interess ovvju ta' wieħed mill-membri tal-Bord tal-istess Awtorità – l-aġent tal-proprjetà. B'riżultat ta' dan, qalet li sofriet danni sostanzjali meta l-permess ta' żvilupp dwar l-iżvilupp massiċċ fil-Bajja ta' San Ġorg tħassar mill-Qorti. Fit-tweġiba tagħha, l-Awtorità tal-Ippjanar akkużat lill-Grupp dB li kien hu stess li ħoloq il-kunflitt ta' interess li dwaru kien qed jilmenta. Dan billi għamel użu mis-servizzi ta' aġent tal-propjetà li kien ukoll membru tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-Awtorità kompliet tenfasizza li hi ma kellhiex idea dwar, u ma kinitx taf illi l-proprjetà tad-dB kienet diġà fuq is-suq qabel ma biss il-każ tela' quddiem il-Bord għall-approvazzjoni, sintendi bil-vot favorevoli tal-aġent tal- proprjetà membru tal-Bord. L-Awtorità tal-Ippjanar kompliet tgħid li l-Grupp dB, bħala riżultat tal-mod kif opera ikkawża ħafna ħsara lir-reputazzjoni tagħha. Din kienet sorpriża, għax ħafna ma kellhom l-ebda idea li l-Awtorità tal-Ippjanar kella xi reputazzjoni x'tipproteġi! L- Awtoritàtal-Ippjanar taf li kull membru tal-Bord tagħha, hekk kif jinħatar, jeħtieġ li jimla formula li fiha jagħti informazzjoni dwar l-interessi tiegħu jew tagħha. Il-membru tal-Bord li qed nitkellmu dwaru, l-aġent tal-proprjetà Matthew Pace, diġà ddikjara pubblikament li hu mexa mal- proċeduri stabbiliti, li jfisser illi f 'din il-formola huwa ddikjara l-interess tiegħu fl-aġenzija tal-proprjetà. Jekk dan hu minnu, x'għamlet l-Awtorità tal- Ippjanar hekk kif irrealizzat li wieħed mill-membri l-ġodda tagħha kellu interess f 'aġenzija tal-proprjetà? Kieku jkollna tweġiba onesta għal din il-mistoqsija bla ebda dubju jkollna idea tajba dwar kif l-Awtorità tal-Ippjanar tħares "ir-reputazzjoni" tagħha. Imma, sa fejn naf jien, ma għamlet xejn: jew minħabba li m'għandha l-ebda reputazzjoni x'tipproteġi, inkella minħabba li tiġi taqa' u tqum! Apparti dan kollu, waqt il- laqgħat tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar, kull membru tal-Bord għandu l-obbligu li kull meta l-interessi tiegħu jew tagħha jkunu f 'kunflitt mar-responsabbiltajiet bħala membru tal-Bord jiġbed l-attenzjoni għal dan billi jagħmel dikjarazzjoni f 'dan is-sens waqt il-laqgħa. Wara li jkun għamel dikjarazzjoni ta' din ix-xorta, imbagħad, il-membru tal-Bord għandu l-obbligu li jimxi skont kif jipprovdi l-artiklu 13 tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp u ma jipparteċipax fil-laqgħa jew laqgħat li jista' jkollhom x'jaqsmu mal-interessi tiegħu. Minn dak li hu magħruf, dawn it-tip ta' ċirkustanzi huma rari waqt il-laqgħat tal-Bord tal- Awtorità tal-Ippjanar. L-interess ta' dan l-aġent tal-proprjetà fil-proġett tad-dB illum huwa magħruf. Ikun interessanti, imma, dwar kemm kien hemm iktar proprjetajiet li kienu fuq il-kotba tal-aġenzija tiegħu li kienu wkoll suġġett tal-aġenda li hu kellu sehem biex jiddeċiedi dwarha! Din hi informazzjoni li s'issa l-Awtorità tal-Ippjanar ma għamlitx pubblika, għax li kieku kellha tagħmel dan bis-serjetà, malajr inkunu nafu kif l-Awtorità indukrat ir- reputazzjoni tagħha tul is-snin! Fil-fehma tiegħi, l-Awtorità tal-Ippjanar hi awtorità amorali, fejn il-prinċipji huma irrelevanti. Għax fl-aħħar mill- aħħar, l-unika ħaġa importanti għall-Awtorità tal-Ippjanar hi li ma tkunx ostaklu għal min irid idawwar lira! Carmel Cacopardo huwa Chairman tal-Alternattiva Demokratika CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019