Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 NHAR is-27 ta' Lulju, Christian 'Ċoqqos' Schembri ħa sehem fit-22 ġlieda professjonali tiegħu kontra l-boxer Giovanni D'Antoni. Il-ġlieda kienet skedata għal sitt rounds, u spiċċat kienet l-isbaħ waħda tas- serata organizzata minn Prizeboxing Promotions. Schembri, bħas-soltu, ipprepara għal din it- taqbida b'dedikazzjoni kbira, b'żewġ sessjonijiet ta' taħriġ kuljum, waħda fiżika u waħda ta' boxing. Baqa' hawn Malta għat- taħriġ kollu taħt il-gwida tal-kowċ tiegħu Quendar Pena, u għamel sparring mal-aqwa 'fighters' ta' pajjiżna biex ikun ippreparat f 'forma fiżika tajba. Il-preparamenti marru tajjeb u kollox kien f 'postu biex Schembri jirritorna fi xtutna wara l-ġlieda tiegħu fl-Iżvizzera. Hu kien determinat li jirritorna b'rebħa u minkejja li D'Antoni kien boxer esperjenzat u prominenti fix-xena tal-boxing Taljan, hu kien kunfidenti li kien ser ikollu suċċess. Il-ġlieda bdiet b'ritmu mgħaġġel fejn D'Antoni ħareġ aggressiv u pprova jaħsad lil Schembri fl- ewwel rawnd billi jitfa' pressjoni fuqu u jarmi daqqiet b'saħħithom. Schembri kien attent u preparat u minkejja li ntlaqat b'żewġ daqqiet, baqa' konċentrat u għamel kontrattakki ta' suċċess, fejn saħansitra laqat lil D'Antoni b'jab b'saħħitha u waqqgħu mal-art. Mit-tieni rawnd 'l hemm Schembri qabad jieħu l-kontroll, fejn ħa n-nofs tar-ring u beda jġiegħel lil D'Antoni jiġġieled hu u miexi b'lura. Schembri kellu suċċess hu u jattakka l-ġisem ta' D'Antoni, u aktar ma jmur dan beda jgħejja iktar u dejjem joffri inqas fil-fażi tal-attakk. Tant għejja li spiċċa kontra r-regoli, jobżoq il- mouthpiece tliet darbiet u qala' warnings mingħand ir-referì. Huwa baqa' jipprova jaħsad u jattakka lil Schembri sal-aħħar, iżda l-boxer Malti baqa' juri s-superjorità tiegħu billi jiskiva l-maġġoranza tad- daqqiet u jiġi lura b'tiegħu. Huwa rebaħ it-taqbida b' deċiżjoni unanima, fejn it-tliet membri tal-ġurija qablu fuq ir-riżultat. Il-partitarji kollha kienu sodisfatti bit-taqbida li raw u qamu jċapċpu liż-żewġ boxers. Wara t-taqbida Schembri xtaq jirringrazzja lill- partitarji numerużi li marru jtuh sapport u kif ukoll lill-isponsors tiegħu Fort Fitness, Virgata Holdings, Remax Alliance, Doma Korean Restaurant u Printart Ltd li bl-għajnuna tagħhom, qed jirnexxielu dejjem jimbotta l-karriera tiegħu 'l quddiem. Schembri qal ukoll li t-taqbida li jmiss ser terġa' tkun hawn Malta ġewwa xtutna, organizzata minn Prizeboxing Promotions u ser isseħħ fit-28 ta' Settembru li ġej. Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum Christian 'Ċoqqos' Schembri jkompli juri s-superjorità tiegħu Christian Schembri, magħruf bħala ċ-Ċoqqos Christian Schembri -azzjoni Cristian Antony Muscat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019