Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 minn Cristian Antony Muscat SEBI Busstil - talent żagħżugħ ta' Neptunes u tat-tim nazzjonali ta' taħt l-20 sena u li żgur li għandu futur mill-isbaħ quddiemu fil- waterpolo. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Minn mindu kont żgħir kont insegwi ħafna l-isport. Fix-xitwa kont nilgħab il-futbol, u fis-sajf kont nilgħab il-waterpolo man-Neptunes. Kont nieħu pjaċir ħafna nilgħab dawn iż-żewġ sports ewlenin f 'Malta u iktar ma bdejt nikber indunajna li kelli iktar potenzjal fil-waterpolo. Meta kelli 12-il sena, waqaft mill- futbol biex nikkonċentra fuq il- waterpolo. Minn dakinhar għaddew iżjed minn erba' snin u l-imħabba tiegħi għall-waterpolo kompliet tikber minn sena għal sena. X'tikkummenta fuq l-esperjenza preżenti tiegħek man-Neptunes? Bħala familja aħna dejjem konna u għadna ninżlu n-Neptunes u għalhekk kuntent ħafna li nilgħab għal dan it-tim prestiġjuż. In- Neptunes dejjem kellhom suċċess fil-kategoriji tal-age groups kollha u s'issa minn under 13, under 15, under 17 u s-sena l-oħra mal-under 20 u s-seniors dejjem irnexxielna nieħdu l-kampjonat. Ma nista' ngħid xejn ħlief li l-esperjenzi kienu pożittivi ħafna. Bħalissa qed nitħarreġ mal-under 17, under 20 u mas-seniors. Ninsab kuntent ħafna u jalla jkollna sena ta' suċċess bħas- sena li għaddiet. U fuq il-president Matthew Bonello? Is-sitwazzjoni tal-isport ġo Malta taffaċċja ħafna problemi u ostakli u li kieku ma jkunx għal nies bħal Matthew Bonello u t-tim tal-kumitat kienet tkun ħafna iżjed diffiċli li n-Neptunes jiksbu tant suċċessi matul dawn l-aħħar snin. Għalhekk nixtieq nirringrazzja lil Matthew Bonello tal-fiduċja li dejjem wera fija u ta' dak kollu li għamel għall- klabb tagħna kemm min-naħa tal- faċilitajiet li għandna l-klabb kif ukoll talli dejjem jippruvaw iġibu l-aqwa kowċis lokali kif ukoll barranin. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? L-ewwel ħaġa li xi ħadd irid jagħmel meta jipprattika xi sport hija deċiżjoni li, jew ħa jagħmilha b'mod professjonali jew biss bħala passatemp. Jekk tagħżel biex tagħmilha b'mod professjonali, kif għamilt jiena, trid tkun lest li tagħmel ħafna sagrifiċċji. L-ikbar sagrifiċċju huwa kif tqassam il-ħin, x'ikel u dieta trid tagħmel kuljum u l-ħin li tqatta' mal- familja u mal-ħbieb. Fil-każ tiegħi għandi lil ħija Benji li wkoll jilgħab il-waterpolo man-Neptunes u b'hekk nistgħu ngħinu lil xulxin peress li kważi dejjem ikollna l-istess ħinijiet tat-taħriġ u l-logħob. Kuljum trid tkun lest li tiffoka fuq il-waterpolo u t-taħriġ, u l-affarijiet kollha l-oħra jkollhom jieħdu inqas prijorità. Kuljum trid tkun lest li tagħmel ġieli sa tliet 'training sessions' kuljum, ħafna għawm u xogħol fil-gym u taddatta ħajtek biex dejjem tipprova tkun l-aħjar li tista'. Kif jirnexxilek tlaħħaq mat-taħriġ, l-istudju u l-waterpolo? Jiena naħseb li l-aħjar mod huwa li tħares lejn programm ta' ġimgħa sħiħa ħalli tkun taf x'għandek bħala logħob u taħriġ. Ovvjament wara l-iskola tagħmel li tista' bħala homework, niekol, imbagħad immur għat-taħriġ. Wara t-taħriġ, li ġieli jkolli 'double session', nerġa' mmur id-dar biex niekol, inkompli l-homework li jkun fadalli u mmur nistrieħ. Fis-sajf kollox tkun iżjed faċli għax ma jkollniex iżjed skola u studji u b'hekk inkun nista' nqassam il-ħin aħjar. Taqbel mas-sistema tal-play-offs? Milli nista' nara hemm diversi opinjonijiet dwar is-sistema tal- play-offs. Jiena bħala plejer ma tantx nagħti kas liema sistema jaddottaw kull sena għax nemmen li l-ASA dejjem tagħmel li tista' biex ikollna staġun interessanti u eċitanti għall- pubbliku Malti. Peress li hawn Malta għandna ftit timijiet, mhux daqshekk faċli biex insibu l-aħjar sistema, però naħseb li l-aħjar tim li juri l-aħjar konsistenza tul l-istaġun jispiċċa biex jirbaħ il-kampjonat. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-waterpolo? Bħalissa, il-waterpolo huwa l-iżjed ħaġa li qed niffoka fuqha fil-ħajja tiegħi ta' kuljum. Bħali hawn ħafna plejers żgħażagħ li huma tajbin u ta' kwalità u nifhem li rrid naħdem u nistinka ta' kuljum biex inkun nista' nagħmel karriera sabiħa fil-waterpolo. Sa dan il-mument irbaħt ħafna titli mal-age groups tan-Neptunes u nixtieq inkompli nirbaħ iżjed titli mat-tim tas-seniors tan-Neptunes. Ix-xewqa tiegħi tkun li jkolli xi esperjenza barra minn Malta kif ukoll li nibqa' navvanza mat-tim nazzjonali Malti. Bħalissa nifforma parti mill- iskwadra ta' taħt is-17 u l-20 sena u minn hawn nixtieq nirringrazzja lill- kowċ Karl Izzo tal-pariri siewja li jtini ta' kull ġimgħa. Inħares 'il quddiem flimkien ma' ħija biex ikollna futur sabiħ f 'dan l-isport li tant qiegħed għal qalbna. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. L-ewwel ħsieb tiegħi jkun li t-tfal u ż-żgħażagħ Maltin jipprattikaw xi sport. Din hija ħaġa ferm importanti għal kull persuna kemm mil-lat ta' saħħa kif ukoll mil-lat ta' personalità u karattru. Ovvjament, nieħu pjaċir ħafna meta nara iżjed tfal żgħar li bdew jilagħbu l-waterpolo għax dan huwa sport fejn jidħol ħafna teamwork u kif kulħadd jista' jara mir-riżultati, Malta qed tikseb ħafna riżultati pożittivi u rispett mill- pajjiżi kollha. Għaldaqstant, nixtieq inħeġġeġ lit-tfal żgħar biex jippruvaw jilagħbu l-waterpolo għax ninsab ċert li ġaladarba jibdew, jindunaw kemm hu sabiħ l-isport tal-waterpolo, speċjalment aħna l-Maltin li aħna mdawrin bil-baħar. illum Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 'Jekk tagħżel li tkun sportiv professjonali trid tkun lest li tagħmel ħafna sagriċċji' Ix-xewqa tiegħi tkun li jkolli xi esperjenza barra minn Malta kif ukoll li nibqa' navvanza mat-tim nazzjonali Malti. Sebi Busuttil u sħabu t-tim tan-Neptunes

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019