Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504
Sports 31 allura xi deċiżjonijiet jafu jkunu ftit diffiċli biex jittieħdu. Il-bqija fuq nota ġenerali naħseb li kellhom staġun tajjeb. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal- futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Fil-fehma tiegħi plejer biex ikun tajjeb irid ikollu dedikazzjoni kbira għall-futbol, fejn jissagrifika ħafna mill-ħin tiegħu għat-taħriġ kemm fil-grawnd kif ukoll barra l-grawnd, sagrifiċċju fil-ħruġ, attitudni tajba waqt li wieħed għandu joqgħod attent dwar l-ikel li jiekol. Jiena nemmen li dawn huma sagrifiċċji li jagħmlu differenza bejn plejer u ieħor. Kif jirnexxielek tlaħħaq mal-istudju tiegħek u mal-futbol? Ħafna mill-lekċers tal-Università jkunu filgħodu allura ma jkollix wisq problemi għall-futbol, però ġieli jkolli lekċers filgħaxija imma minn hawn u minn hemm xorta waħda jirnexxieli nlaħħaq mat-tnejn. Kemm l-istudju kif ukoll il-futbol huma importanti ħafna għalija u dejjem irnexxieli nżomm bilanċ tat- tnejn. Tqis li fil-futur tissejjah mat-tim nazzjonali mmexxi mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Li tilgħab għal pajjiżek huwa unur u bla dubju waħda mix-xewqat tiegħi hi dik li nilgħab mat-tim nazzjonali Malti. S'issa għadni ma kelliex din l-opportunità però jien qed naħdem u se nibqa' naħdem għaliex nemmen li fil-futur nissejjaħ mat-tim nazzjonali. Fil-ħajja trid tipprepara u tkun lest biex meta tasal l-opportunità teħodha. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Waħda mill-ħolmiet tiegħi hi li fil-futur jirnexxili nagħmilha barra minn Malta. Bħalma kien hawn diversi plejers Maltin li lagħbu barra minn Malta, jien it-tir tiegħi huwa li fil-futur nilgħab f 'dak il-livell għoli. Fil-karriera tiegħi dejjem imxejt pass pass, b'hekk fil-futur nixtieq li kif jasal il-ħin opportun inkompli l-karriera tiegħi barra minn Malta. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Lil dawk it-tfal jew żagħżagħ li qegħdin jaqraw din l-intervista u jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol nixtieq ngħidilhom biex jibqgħu jaħdmu u jimmiraw għoli kemm jista' jkun. Fil-karriera tal-futbol mhux kollox se jkun ward u żahar però trid tkun b'saħħtek u tibqa' taħdem mingħajr ma taqta' qalbek. Kull min kellu karriera ta' suċċess kulħadd għadda minn ostakli differenti u għamel ħafna sagrifiċċji sabiex wasal fejn wasal. Jekk intom tridu li jkollkom karriera ta' suċċess jien ngħidilhom aħdmu bis-serjetà, taqtgħux qalbkom u jirnexxielkom twettqu x-xewqa tagħkom. ippreparat u lest biex kif teħodha' Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum Fil-karriera tal-futbol mhux kollox se jkun ward u żahar. Però trid tkun b'saħħtek u tibqa' taħdem mingħajr ma taqta' qalbek