Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504
12 MARIO Micallef. Attur veteran u maħbub. Ħafna jassoċjawh mas-serje televiżiva 'It-Tfal Jiġu bil-Vapuri,' meta qaxxar il-parti ta' Dun Grejbel. Għal Mario, dan is-serje, ħareġ għal qalbu ħafna, iżda jibqa' l-fatt li jippreferi l-palk tat-teatru milli l-iskrin tat-televiżjoni. L-ILLUM iltaqgħet ma' dan l-attur, li llum għandu 71 sena, u tkellmet miegħu dwar karriera twila fit-teatru u d-drama. Bdejna billi staqsejnieh meta kienet l-ewwel darba li tela' fuq palk u minn fejn bdiet din in-namra u l-entużjażmu tiegħu għat-teatru. Ħadna lura diversi snin, meta kellu madwar 10 snin. "L-ewwel darba li tlajt fuq il-palk kont aspirant fl-Azzjoni Kattolika tal- Belt. Dak iż-żmien konna niltaqgħu f 'Palazzo Caraffa," beda jirrakkontalna Micallef. "Kienu jagħmlu reċti kull nhar ta' Ħadd, għall-familjari tal- aspiranti u tas-soċji. Kelli lil ħija George, li hu akbar minni, jieħu sehem. Kont narah jirreċta u tħajjart ukoll." Semma l-Lejl tal-Milied li t-tfal u ż-żgħażagħ tal-Azzjoni Kattolika kienu jistennew minn sena għall-oħra, għax kienu jqattgħu lejl sħiħ mal-familja tagħhom f 'dan it-teatru, jieklu, jixorbu, jilagħbu u jtellgħu reċti qosra. "Hemm kienet l-ewwel darba li tlajt fuq il-palk. Ħadt sehem f 'kummiedja li kien jisimha 'Marsalforn.' Kienet kummiedja sempliċi, ta' missier li jiġi mix-xogħol u jsaqsi lill-omm fejn hu t-tifel. L-omm twieġbu mar sal-forn, iżda l-missier jippanikja għax jifimha Marsalforn. Minn hemm ma ħaristx lura," qalilna l-attur. 'It-teatru jagħtini sodisfazzjon akbar mit-televiżjoni' Kien hawn li staqsejna lil Mario x'jippreferi jagħżel bejn it-teatru jew inkella dramm fuq it-televiżjoni. Ħatafna fil-kelma: "bla dubju t-teatru. Jagħtini sodisfazzjon kbir. It-teatru huwa xi ħaġa ħajja. Ir-rispons tan-nies huwa sabiħ wisq." Imma bit-televiżjoni mhux qed tilħaq udjenza li hija ħafna akbar u mifruxa? Qabel magħna u saħaq li bit- televiżjoni, lill-attur isiru jafu bih aktar nies iżda baqa' jinsisti li t-teatru lilu jagħtih aktar sodisfazzjon. "Il-fatt li qed tara r-rispons tan-nies quddiemek jagħtik ċertu sodisfazzjon. Apparti minn hekk, joffrilek sfida akbar. Fit-teatru, jekk bdejt tirreċta, ġara x'ġara, anke jekk ħadt żball, trid tibqa' għaddej. Fit-televiżjoni mhux hekk. Iffilmjajt xena xena, min jaf kemm-il darba. Quddiemek ma għandekx udjenza, ħlief xi żewġ persuni. Sinċerament mhux daqshekk eċitanti," spjegalna Micallef. Fil-fatt, anke jekk għadu jieħu sehem fi drammi fuq it-televiżjoni, fosthom wieħed li se jibda f 'Ottubru, Mario Micallef qed jidher jaħdem aktar fit- teatru, fejn dan l-aħħar ħadem ħafna fuq it-triloġija ta' Mario Azzopardi, "L-Ispettur Bonnici." Fil-fatt, Micallef żvela magħna kif bħalissa għaddejjin taħdidiet bl-għan li din it-triloġija tinbidel ukoll f 'sensiela ta' 13-il episodju għat-televiżjoni. Iżda fit-Teatru Manoel, Mario Micallef mhux jirreċta biss, iżda anke jidderieġi. F'Novembru li ġej se jidderieġi 'La Mandragola' ta' Machiavelli, liema xogħol ċelebri kien tradott mill-attur mibki Zep Camilleri. Imma n-nies għadhom ifittxuh it-teatru? La konna qed nitkellmu fuq it- teatru, ma stajniex ma nitkellmux ma' Mario Micallef dwar l-udjenzi. In-nies għadhom ifittxuh? Iż-żgħażagħ għadhom imorru t-teatru? Ħsibnieh se jkun aktar negattiv, iżda l-attur saħaq li filwaqt li sa ftit tas-snin ilu, l-udjenzi fit-teatru niżlu drastikament, forsi anke minħabba t-televiżjoni, fl-aħħar snin, partikolarment fl-aħħar ħamsa, it-teatru reġa' qiegħed iqum u hemm interess fost iż-żgħażagħ. Fakkar li f 'Malta hawn ħafna skejjel tad-drama u għalhekk, ħafna żgħażagħ li jattendu, qed ifittxu aktar li jsegwu dak li jkun għaddej fit-teatru. "Bħalissa qed naraw b'għajnejna li fil-produzzjonijiet li tellajna, fosthom anke dik tal-Ispettur Bonnici, attendew ħafna żgħażagħ," insista Micallef. Minkejja dan, ma jfissirx li Micallef huwa kuntent bl-attendenza inġenerali, anke għax fi kliemu, dawk li jattendu t-teatru, x'aktarx se jkun l-istess nies sena wara l-oħra. "Jiddependi wkoll x'tip ta' produzzjoni ttella'. L-udjenza Maltija tħobb ħafna l-kummiedja. Meta jkollna kummiedja, in-nies tiġi bi ħġarha, aktar milli meta ntellgħu dramm," qalilna Mario. Tkellimna miegħu dwar ir- riżorsi tal-kumpaniji li jtellgħu l-produzzjonijiet fit-teatru. Ma tantx dar mal-lewża. Fi kliemu, ir-riżorsi, almenu tal-kumpanija tiegħu li ttella' l-produzzjonijiet fit-Teatru Manoel, huma limitati. "Mhux aħna biss. Kulma bqajna fit-Teatru Manoel xi erba' kumpaniji," kompla jgħidilna Mario Micallef waqt li spjega kif jiftakar żmien meta fl-istess teatru, ġieli kienu madwar għaxar kumpaniji. Mario Micallef u x-xewqa tiegħu għat-Teatru Rjal Hawnhekk qlibna ftit id-diskors hekk kif Micallef saħaq dwar il-bżonn li f 'Malta, partikolarment il-Belt, ikun hawn teatru ieħor. "Jien għalhekk naqbel ħafna li t-Teatru Rjal jerġa' jinbena kif kien," saħaq Micallef. Iżda jekk qed jilmenta li sar diffiċli timla t-Teatru Manoel u li jattendu dejjem l-istess nies, kif issa qed jgħid li hemm bżonn teatru ieħor? Weġibna fil-pront: "Hekk ikollok għażla li t-Teatru Manoel tħallih għall-mużika, kif fil-fatt kważi kważi qiegħed, u t-Teatru Rjal jintuża għad-drama u attivitajiet oħra. It-teatri l-oħra li fadal il-Belt huma esaġerati. Se tmur Dar il-Mediterran? Kbir wisq u mhux adegwat," saħaq Micallef. Fil-fatt, tenna li hija x-xewqa tiegħu li t-Teatru Rjal jerġa' jarah mibni kif kien, almenu minn barra. "Ħalli ġewwa mbagħad ikun hemm swali għal esibizzjonijiet tal-arti, jew għall-konferenzi u teatru żgħir, intimu, li jesa' mat-300 jew 400 ruħ. Ma hemmx bżonn teatru akbar minn hekk. Wara kollox, kull produzzjonijiet se tirrepetiha," qalilna l-attur. Iż-żmien tal-pageant tal- Karmnu jibqa' għal qalbi wisq Erġajna qlibna d-diskors biex inkomplu nitkellmu dwar il-karriera ta' Mario Micallef. L-attur, min jeddu, xtaq li jsemmi perjodu, li anke jekk ftit Intervista illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Mario Micallef. Wieħed mill-aktar atturi popolari u maħbub mal-Maltin. Ħafna jiftakruh l-parti ta' Dun Grejbel, iżda Mario jibqa' jippreferi t-teatru milli t-televiżjoni. L-ILLUM tiltaqa' mal-attur u tesplora l-karriera twila tiegħu 'Fil-Belt hemm bżonn teatru ieħor ... nibqa' nisħaq Meta jonqos dan l-entużjażmu, irrid inkun raġel li nagħżel jiena li nieqaf. Għalissa ma nixtieqx nasal f 'dan il-punt. It-teatru huwa t-tieni dar u t-tieni familja tiegħi Ritratt: James Bianchi