Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

LULJU għadda u miegħu telqu ħafna festi li jiġu ċċelebrati matul dan ix-xahar sħun tas- sajf, iżda nhar il-Ħamis beda Awwissu, li miegħu jġib għadd ta' festi oħra, partikolarment f 'dan l-ewwel ħadd tax-xahar. Illum din il-gazzetta se tinżel fit-tarf tal-pajjiż u se żżur ir- raħal ta' Birżebbuġa li qiegħed jiċċelebra l-qaddis li tant iħobb: San Pietru. Għalfejn San Pietru fil- Ktajjen? Ħafna knejjes iddedikati lil San Pietru, jiċċelebraw lil dan il-qaddis fil-glorja kollha tiegħu jiġifieri l-Appostlu li Kristu stess għażlu biex fuqu jibni l-Knisja u għalhekk meqjus bħala l-ewwel Papa. Iżda forsi ftit jafu li t-titlu titulari ta' Birżebbuġa huwa dak ta' San Pietru fil-Ktajjen. Fil-Kalendarju Liturġiku tar- Rit Ruman, il-festa Liturġika kienet tiġi ċċelebrata nhar l-1 ta' Awwissu sakemm dan inbidel fl-1962. Madanakollu, il-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen baqgħet festa ċċelebrata bl-akbar solennità fi knejjes madwar id-dinja li jġibu dan it-titlu, bl-aktar waħda popolari tibqa' l-Bażilika ta' San Pietro in Vincoli f 'Ruma, il-knisja li fiha hija vvenerata b'tant għożża u devozzjoni, ir-relikwa tal-ktajjen ta' San Pietru. Din il-festa tirreferi u tiċċelebra dak ir-rakkont, fl-Atti tal-Appostli, meta s-Sultan Erodi "qatagħha li jaħbat għal xi wħud minn ħdan il-Knisja." Fost dawn, qatagħha li jaqbad lil Pietru wkoll u hekk għamel. Arrestah u qiegħed miegħu "erba' għaqdiet suldati ta' erbgħa kull waħda, bil-ħsieb li, wara l-Għid, iressqu quddiem il-poplu," jgħid l-Atti tal- Appostlu. Iżda ġara, tkompli tgħid l-Iskrittura, li fil-lejl stess qabel ma Erodi kellu joħroġ lil Pietru, waqt li dan kien rieqed bejn żewġ suldati, marbut b'żewġ ktajjen, deher anġlu li qajjem lil Pietru. "Il-ktajjen waqgħu minn idejh," ikompli jgħid l-awtur tal- Atti tal-Appostli b'Pietru joħroġ mill-ħabs mingħajr ħadd ma ntebaħ b'dak li kien ġara tassew. Semmejna wkoll ir-relikwa tal-katina ta' San Pietru vvenerata f 'Ruma. Skont it- tradizzjoni kienet l-Imperatriċi qaddisa Ewdoċja li sabet il- katina li biha kien marbut biha Pietru meta kien il-ħabs, liema katina kienet mogħtija rigal lill- Papa Ljun I. Madanakollu, f 'Ruma kien hemm katina oħra meqjuma u meqjusa bħala katina li biha San Pietru kien marbut biha tul id-disa' xhur fil-ħabs ta' Mamertino, ħdejn il-Forum, qabel ma ngħata l-martirju. Skont it-tradizzjoni u l-leġġenda, meta l-Papa poġġa ħdejn xulxin dawn iż-żewġ katini, dawn qablu u ngħaqdu flimkien. Din il-katina sħiħa hija miżmuma f 'urna tad-deheb b'din il-Bażilika f 'nofs il-belt li fiha Pietru ngħata l-martirju. Fil-Knisja ta' San Pietru f 'Birżebbuġa, wieħed isib replika ta' din ir-relikwa. Iżda San Pietru mhux minn dejjem kien it- titular San Pietru huwa wisq għal qalb il-poplu ta' Birżebbuġa iżda ta' min isemmi li dan il- qaddis kbir mhux minn dejjem kien il-Patrun ta' dan ir-raħal. Fil-fatt, fl-ewwel snin wara t-twaqqif tal-parroċċa ta' Birżebbuġa, fl-1913, il-festa titulari kienet issir f 'ġieħ Maria Addolorata u kienet tiġi ċċelebrata fit-Tielet Ħadd ta' Settembru. Il-vara titulari tal-Addolorata, attribwita lill- istatwarju Karlu Darmanin, kienet waslet f 'Birżebbuġa fl-1910. Mal-bini tal-Knisja parrokjali l-ġdida, fuq xewqa tal-Isqof Mauro Caruana, fl-1937, kien inbidel it-titular tal-parroċċa, biex minn hemm, il-poplu ta' Birżebbuġa beda jiċċelebra l-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen. Anke jekk inbidel it-titular, il-festa tad- Duluri baqgħet tiġi ċċelebrata kull 15 ta' Settembru. Illum, din il-vara, għadha tinħareġ f 'pellegrinaġġ fil-festa devozzjonali tad-Duluri li tiġi ċċelebrata l-Ġimgħa ta' qabel Ħadd il-Palm. Jibda proġett ta' 16-il bandalora max-xatt Birżebbuġa huwa magħruf għax-xatt sabiħ tiegħu. Meta għandek xatt sabiħ bħal dan, ma tistax ma tarmawx mill- aqwa għall-ġranet tal-festa. Tkellimna ma' Christopher Bonnici, membru tal-Grupp Armar l-1 ta' Awwissu, li tkellem magħna dwar proġett kbir li nedew is-sena li ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio 14 illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 Festi Festa kbira f 'Birżebbuġa b'titular uniku 50 sena tal- qniepen u 40 sena mill-ewwel dimostrazzjoni fuq il-baħar. Il- Birżebbuġin jafu tassew jiċċelebraw festa. L-ILLUM tinżel Birżebbuġa biex tesplora din il-festa b'titular uniku f'Malta Ir-relikwa tal-katina ta' San Pietru meqjuma f 'Ruma 40 sena mid-dimostrazzjoni ta' San Pietru fuq il-baħar Waħda mill-karatteristiċi li jagħmlu din il-festa unika, huma d-dimostrazzjonijiet li ż-żewġ għaqdiet mużikali jagħmlu bi statwa ta' San Pietru, liema statwa tasal minn fuq il-baħar akkumpanjata minn diversi dgħajjes. Hija tradizzjoni interessanti u li tagħmel ħafna sens fil-festa ta' San Pietru. Ngħiduha kif inhi, San Pietru qatta' biċċa kbira minn ħajtu fuq il-baħar bħala sajjied. Iżda din it-tradizzjoni tmur lura ħafna snin. L-għeruq tagħha jafuha lis- sena 1974, meta l-vara titulari kienet inġiebet minn fuq il-baħar wara li kienet saritilha l-induratura. L-ewwel dimostrazzjoni fuq il-baħar saret fl-1979 u kienet suċċess. Minn hemm, il-Birżebbuġin qatt ma ħarsu lura u minn dimostrazzjoni waħda fuq il-baħar, saru jagħmlu tnejn. Fil-fatt, din is-sena, il-Birżebbuġin qed ifakkru l-40 annivesarju minn meta saret l-ewwel dimostrazzjoni fuq il-baħar. Waħda mid-dimostrazzjonijiet ta' San Pietru fuq il-baħar Is-sett ta' qniepen li din is-sena jagħlaq 50 sena Ritratt: Anthony Xuereb Photography

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019