Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

għaddiet. Fil-fatt, is-sena l-oħra tħabbar proġett ta' 16-il bandalora ġdida għal ma' dan ix-xatt. Bonnici saħaq li kien ilu jinħass il-bżonn li jinbidlu dawn il-bandalori, anke għax il-bandalori l-antiki għandhom madwar 40 sena u x-xemx u r-riħ ħabbtuhom sewwa. Fl-aħħar xhur, id-dilettanti xammru l-kmiem u ħadmu biex din is-sena se jkunu qed jiżżanżnu erbgħa minn dawn il-bandalori l-ġodda. Din is-sena, tlieta minn dawn il-bandalori huma lesti minn kollox, inkluż l-isfumar. Id-disinn ta' dawn il-bandalori sar minn Silvio Pace, ġew meħjuta minn Stephan Duca u l-isfurmar qed jieħu ħsiebu Ryan Stivala. 50 sena jsemmgħu leħinhom Hawn min idejquh, iżda l-qniepen jibqgħu parti essenzjali mill-festa. Il-funzjoni tagħhom hija importani s-sena kollha. It-tokki tagħhom jistiednu l-kongregazzjoni biex tinġabar fil-knisja, iħabbru meta xi ħadd ikun miet, jifirħu f 'xi festa ta' matul is-sena u għal xi wħud huma wkoll wens għax juru l-ħin. Fil-festa, il-ħoss tal- qniepen mhux biss jistieden lill-kongregazzjoni għall- funzjonijiet li jsiru fil-knisja iżda wkoll ikomplu jżidu mal- arja u l-ferħ tal-festa. Din is-sena, is-sett ta' qniepen mill-isbaħ li għandha l-knisja ta' Birżebbuġa għalqu ħamis sena. Fil-fatt, dawn saru fl-1969, anke jekk l-ewwel donazzjoni għalihom kienet ingħatat meta kienet għadha qed tinbena l-knisja. Dan is-sett qniepen, saru għand id-ditta famuża Olandiża Petit & Fristen, liema kumpanija hija meqjusa bħala l-eqdem kumpanija fid-dinja fil-manifattura tal-qniepen. B'kollox, dan is-sett qniepen ġie jiswa madwar 6,500 lira sterlina. Dawn il-qniepen ġew ikkonsagrati mill-Arċisqof Mikiel Gonzi fid-19 ta' Lulju tal-1969. L-ismijiet tagħhom huma għal San Pietru, Marija Addolorata, San Ġużepp, San Pawl u Santa Katarina. Tal-Iljun jaħdmu biex ilestu l-estensjoni tal- każin Kif qed tagħmel kull nhar ta' Ħadd, il-gazzetta ILLUM qed tagħti spazju lill-għaqdiet mużikali ta' kull belt u raħal li qed induru biex jitkellmu fuq dak li jkunu qed ħadmu fuqu matul l-aħħar sens. Tkellimna ma' Alex Caruana, il-President tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru, Banda Birżebbuġa, li spjega kif matul l-aħħar sena sar ħafna xogħol fuq il-faċċata tal-estensjoni tal-każin. Apparti mix-xogħol ta' kostruzzjoni u dak li għandu x'jaqsam mal-ġebla, sar ukoll armar ġdid għal din il-faċċata. Caruana saħaq li anke jekk dan il-proġett wasal fi tmiemu, fadal ħafna xogħol xi jsir u għalhekk, fix-xhur li ġejjin, din is-Soċjetà Filarmonika se tkompli tinvesti u taħdem biex tikkonkludi x-xogħlijiet u tagħmel il-binja aktar aċċessibbli. Iżda l-ħidma ssoktat ukoll fuq l-aspett mużikali tal-każin, bis-Soċjetà Filarmonika tinvesti f 'sett timpani ġodda għall- banda. Ftaħar ukoll bil-fatt, li l-banda għandha librett ġdid ta' marċi u din is-sena se toħroġ żewġ bandisti ġodda. Il-festa ta' San Pietru hija magħrufa wkoll għal-logħob tan-nar tal-art. Caruana jinsab kuntent li din is-sena reġgħu rritornaw xi nies li kienu ilhom ma jaħdmu n-nar u din is-sena reġgħu wrew interess fix- xogħol. Tal-Ajkla jagħtu spinta lit-tagħlim tal-mużika Tkellimna wkoll ma' Anthero Agius, il-President tal-Banda San Pietru fil-Ktajjen li spjega kif matul l-aħħar sena, din il-banda għażlet li tiffoka ħafna fuq it-tagħlim tal-mużika. "Meta l-bandisti qed jonqsu, għandna għalfejn inkunu kburin li se noħorġu tliet bandisti ġodda," saħaq magħna l-President. Spjega kif matul l-aħħar sena, il-banda tat spinta lit- tagħlim tal-mużika fejn inbidel il-mod kif kienet qed issir l-edukazzjoni. Apparti minn hekk saħaq li tkompla x-xogħol ta' ristruturazzjoni tas-sede, liema proġett se jkun imqassam fuq perjodu ta' snin. Ftaħar ukoll bl-ispettaklu li ta' kull sena jittella' minn fuq il-bejt tal-istess każin. Insista li dan inħadem kollu, mill-bidu sal-aħħar, miż-żgħażagħ tal- każin. 15 Festi Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum Apparti l-festa ta' San Pietru f 'Birżebbuġa, f 'dan l-ewwel Ħadd ta' Awwissu qed jiġu ċċelebrati dawn il-festi: • San Duminku – Belt Valletta • Madonna ta' Lourdes – San Ġwann • Madonna ta' Pompei – Marsaxlokk • San Ġużepp – Il-Qala Apparti minn hekk, nhar it-Tlieta 6 ta' Awwissu, Ħal Lija se jkun qed jiċċelebra l-festa tas-Salvatur. Din hija waħda mill-ftit festi f 'Malta li baqgħu jiġu ċċelebrati fil- ġurnata propja tagħhom minkejja li mhix festa pubblika. X'se jsir illum f 'Birżebbuġa? 9:00am: Quddiesa solenni tal-festa bil-paniġierku 11:00am: Marċ tradizzjonali ta' filgħodu mill-Banda Birżebbuġa 12:00: Marċ tradizzjonali ta' filgħodu mill-Banda San Pietru fil-Ktajjen 7:15pm: Purċissjoni solenni bil-vara ta' San Pietru Il-vara titulari ta' San Pietru L-ewwel vara titulari ta' San Pietru saret fl-1947. Din l-istatwa tal-injam ġiet imżanżna fil-festa tal-1948 u baqgħet tinħareġ fil-purċissjoni sas-sena 1958. Illum, din il-vara tinsab fil-kor tal-knisja parrokjali, minflok kwadru titulari. Dik is-sena stess, beda x-xogħol fuq statwa titulari ġdida u akbar li nħadmet mid-ditta Taljana tal-iskultur Ferdinard Stuflesser f 'Bolzano. Din il-vara mill-isbaħ, minquxa fl-injam, kienet ispirata mill- istatwa enormi tal-irħam ta' San Pietru li tinsab fil-Bażilika Papali ta' San Giovanni Lateran. Il-vara kienet waslet Malta fit-28 ta' Lulju tal-1959 u tlett ijiem wara l-vara kienet akkumpanjata lejn il-knisja parrokjali u fit-2 ta' Awwissu tal-istess sena ħarġet għall-ewwel darba fil- purċissjoni tal-festa. Matul is-snin, il-vara sarulha diversi interventi, fosthom meta fl-1974 ittieħdet għand l-iskultur Ċensu Apap biex skolpixxa aktar fid-dettall il-mantar tagħha u wara għand l-induratur Pawlu Xuereb tal-Belt Valletta biex saritilha l-induratura. Il-faċċata tal-każin tas-Soċjetà Filarmonika San Pietru X'festi oħra qed jiġu ċċelebrati llum?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019