Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504
... Ikompli mill-Ħadd li għadda L il hinn mill- edukaturi, l-akbar akkuża tiegħi tmur lejn is- sistema edukattiva nnifisha, li ovvjament mhix xi struttura astratta imma mibnija u mbuttata minn nies partikolari li fl-aħħar mill-aħħar iħarsu l-interessi tal-poter. Hi sistema kontradittorja għall-aħħar, qasba tixxejjer mal-irjiħat ta' min jiflaħ jonfoħ l-iktar. F'iktar dettall, dawn huma xi punti li fuqhom l-akkuża tiegħi tistrieħ: Suġġetti bħall-Istorja, il-Ġografija, u oħrajn li jisqu l-ħsieb u jrawmu kultura mhumiex mogħtija importanza, mhux tant mit-tfal, imma minn kif qed jiġu (jew mhumiex) imbuttati minn min għandu s-setgħa fuq dak li jiġi mgħallem. Dak li hu mpinġi bħala importanti, donnu huma biss ħiliet marbuta mas-suq. Mela fl-għażla tal-options (li tixbah ħafna lil xi monti ta' prodotti varji), dawk is-suġġetti li jwasslu (jew li mingħalina jwasslu) għal xogħlijiet b'pagi għolja jintgħażlu bil- gzuz. Ir-riżultat hu li f 'Malta post-kolonjali, fejn il-kriżi ta' identità hi verament profonda, iltqajt ma' studenti universitarji li m'għandhomx idea ta' fatti ewlenin mill- istorja ta' Malta għax l-aħħar li jkunu studjaw affarijiet sporadiċi jkun fl-ewwel snin tas-sekondarja. Nitkażaw għax f 'ċerti dittatorjati dawn is-suġġetti huma pprojbiti. Hawnhekk, bħal f 'ħafna sistemi neoliberali, is- sistema tagħmel ix-xogħol għal min hu fil-poter. Punt ieħor huwa li, wisq probabbli minħabba li rjus kbar qed jgħidu lill-Gvern li qed jintefqu wisq flus fl-edukazzjoni, jikkonċerna l-implikazzjonijiet tan- nuqqas ta' riżorsi umani li semmejt qabel. La l-għalliema dejjem jonqsu, il-klassijiet dejjem qed jikbru. Dan ifisser ukoll li s-sistema li kellha għall- inqas toffri sostenn qed ikollha titraqqa' bil-qara' aħmar. Jekk titlaq counsellor iddum xhur ma tara oħra jew ieħor. Guidance teachers mhux jiġu sostituti. Minħabba f 'hekk studenti b'diffikultajiet emozzjonali, soċjali u psikoloġiċi jibqgħu jistennew. U f 'sitwazzjoni hekk, sistema li tpinġi lilha nfisha 'for all', ma hi 'for all' xejn. Kif tista' twieġeb b'mod sinifikattiv u pożittiv għad- diversitajiet meta għandek dawn ir-restrizzjonijiet kollha? Sfortunatament, dan qed ikollu wkoll effett ħażin fuq kif l-għalliema jħarsu lejn l-istudenti. Tisma' ċertu diskors li jsir minn numru mhux żgħir ta' edukaturi, kemm għax huma eżawriti u kemm għax wisq probabbli dejjem hekk ħasbuha, li jitfgħu t-tort għal tfal li waqgħu lura, li minħabba numru ta' sitwazzjonijiet għandhom problema ta' mġiba, li għandhom bżonnijiet differenti, jew li ġejjin minn ambjenti li mhumiex benvisti mill-gosti borgeżizzati ta' bosta, fuq it-tfal infushom. Dan kollu hu sintomatiku ta' sistema b'nifisha maqtugħ u li tispiċċa tiekol lilha nfisha. U dan iwassalni għall- punt li lili jiddiżappuntani l-aktar, dak li għamel u li m'għamilx il-Ministru tal- Edukazzjoni f 'dawn l-aħħar snin (mingħajr ma nimplika li hu biss responsabbli ta' dan kollu). Storikament gvernijiet Laburisti ħadmu ħafna fuq sistemi edukattivi, anke jekk b'modi li setgħu kienu goffi u neqsin mill- istrateġija, li wasslu għal riformi kbar li l-għan aħħari tagħhom kien li jagħtu iktar vuċi lil min ma kellux. Ta' idealist li jien, kont ittamajt li dan il-Gvern (speċjalment issa b'din il-maġġoranza massiva) seta' jimbotta affarijiet bħall-ħsieb kritiku u tisħiħ b'involviment ma' identitajiet differenti permezz tat-tisħiħ tas- suġġetti umanistiċi, u sistemi li jiżguraw ekwità li wisq probabbli kienu jqajmu r-reazzjoni kuntrarja tal-forzi konservattivi. Sfortunatament, apparti xi eċċezzjonijiet bħalma hu ċ-childcare b'xejn (li l-għan ewlieni tagħha nissuspetta li ma kienx l-ugwaljanza imma li iktar nies joħorġu fis-suq tax-xogħol), dan il-Gvern spiċċa jimbotta l-aġenda neoliberali li kienu jimbuttaw gvernijiet Nazzjonalisti. Kemm kellu raġun min fl-2013 ippreveda li Gvern Laburista kien se jbiddel il-kok imma r-riċetta kien se jħalliha kif inhi! Sintomatiku ta' dan kollu hu l-Ministru. Jien qatt ma nista' nifhem kif xi ħadd li studja l-ħsibijiet ta' edukaturi bħal Freire u Milani, hu mkisser fil- letteratura akkademika, u ħadem ma' edukaturi kbar bħal Danilo Dolci, seta' jasal biex iħalli dan il-legat. Din id-dikotomija profonda bejn x'jingħad u xi jsir wasslet għal kontradizzjonijiet kbar, ngħidu aħna nnaqqsu l-enfasi minn fuq l-eżamijiet u fl-istess waqt nippromovu l-banding u s-setting li jiddependu mill- eżamijiet, nitkellmu favur ħsieb kritiku u mbagħad nippromovu ħafna iktar suġġetti li jimbuttaw il-forzi ekonomiċi, li nitkellmu fuq politika ta' inklużjoni (sa nagħmluha parti minn slowgan elettorali) u mbagħad indgħajfu x-xibka li b'xi mod kienet qed tagħmel ċertu livell ta' inklużjoni possibbli, li nitkellmu favur edukazzjoni ogħla iktar sinifikattiva u mbagħad nimxu b'politika ta' ifred u saltan bejn il-Fakultà tal-Edukazzjoni u l-Institute for Education. It-tama Nagħlaq b'dak li mbuttani nikteb dan kollu: it-tama. Bħala għalliem fil-kulleġġ ta' San Albert, il-Belt, dan kollu qed ngħidu mill-kumdità ta' komunità edukattiva li bid- difetti kollha, hi spazju fejn bħala edukatur nista' nieħu l-ossiġnu li għandi bżonn biex naħseb u niffunzjona. Jista' jkun li m'għandniex l-aqwa faċilitajiet sportivi. Jista' jkun li fl-għażla tal- iskejjel nintgħażlu lejn l-aħħar minħabba ġerarkija inviżibbli li poġġiet lill- iskejjel tal-Knisja f 'league table informali. Però fl-aħħar mill-aħħar inħoss li għandna ħaġa mill-aqwa, li bħala komunità naħdmu fid-dawl ta' ethos b'saħħtu li ħareġ minn dak li nagħmlu, minn dak li nissieltu kontrih, mid- diskussjonijiet kontinwi li jkollna minkejja l-qtugħ ta' nifs. Nawgura lill-edukaturi sħabi biex ifittxu komunitajiet, żgħar kemm huma żgħar li minnhom jistgħu jieħdu l-ossiġnu biex jibqgħu għaddejjin, biex jibqgħu jagħmlu dak li qed jagħmlu b'fidi li qed jagħmluh għall-ġid komuni, li jibqgħu jħarsu lejn l-uċuh tan-nies li qed jaħdmu magħhom u jibqgħu jarawhom bħala nies. U s-sistema tmur titnejjek. Bernard Cauchi huwa għalliem 17 illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 Opinjoni Edukazzjoni: f 'liema salib it-toroq? (2) Dan il-Gvern spiċċa jimbotta l-aġenda neoliberali li kienu jimbuttaw gvernijiet Nazzjonalisti. Kemm kellu raġun min -2013 ippreveda li Gvern Laburista kien se jbiddel il-kok imma r-riċetta kien se jħalliha kif inhi! BERNARD CAUCHI