Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham "LAĊĊESSIBILITÀ tonqos qiegħda mhux tiżdied speċjalment bis-siti ta' kostruzzjoni kollha li hawn." Hekk sostna, xi ftit irrabjat, il-President tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) Oliver Scicluna f 'kummenti ma' din il-gazzetta. Scicluna rrimarka kif issir ħafna diskussjoni dwar l-impatt tal- kostruzzjoni f 'pajjiżna imma s'issa qatt ma kien ikkunsidrat kif l-aċċessibilità tonqos minħabba bankini li jingħalqu jew inkella xogħol li joħloq ingombru. Dan sakemm il-ġimgħa l-oħra l-istess KNPD fetħet protest ġudizzjarju kontra l-grupp dB u l-Kunsill Lokali ta' Pembroke, hekk kif dan tal-ewwel imblukkat xi bankini fis-sit fejn il-grupp jtixtieq jagħmel il-proġett tiegħu. "Jiena ma nwaħħalx fl-iżviluppaturi. Jiena nwaħħal f 'min suppost qed jinforza, għax l-infurzar mhux qed isir," sostna Scicluna. "Din lanqas biss hija xi ħaġa dwar il-persuni b'diżabilità, din hija dwar il-fatt li bankina qiegħda hemm għall- pubbliku, għal dawk li qed jimxu. Meta tagħlaq bankina qed ixxekkel lil persuna milli tgħaddi u fil-każ ta' persuna fuq is-siġġu tar-roti, iktar u iktar tkun qed ixxekkel." Huwa qal illi l-KNPD tirċievi rapporti dwar nuqqas ta' aċċessibilità, kif fil-fatt irċeviet mingħand Arnold Cassola dwar is-sit tal-ITS. Din il-gazzetta staqsiet lil Scicluna jekk il-KNPD ħaditx xi passi wkoll fuq ilmenti dwar aċċessibilità f 'Paceville iżda dan indika li ftit li xejn sar f 'dan ir-rigward. 'L-aċċessibilità tonqos qiegħda mhux tiżdied' Il-President tal-KNPD Oliver Scicluna jisħaq mal-ILLUM li m'hawnx infurzar tajjeb u li għalhekk l-aċċessibilità tonqos qiegħda mhux tiżdied... "ILFAMILJI u n-negozji qegħdin ibatu għan-nuqqas ta' pjan tal-Gvern li minkejja li l-wegħdi dwar l-enerġija qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 falla fil-politika tiegħu tal-enerġija," hekk qal ilbieraħ il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt intervista fuq NET FM. Dr Delia qal li l-aħħar li l-prezzijiet tal-fuels kienu l-istess bħal tal-lum, l-Oppożizzjoni Laburista ta' dak iż-żmien kienet qed tgħajjat bil-prezzijiet u tniżżel lin-nies fit-toroq meta l-prezz internazzjonali taż-żejt dakinhar kien id-doppju ta' dak li huwa llum. Dan meta l-istatistika turi li l-prezz internazzjonali taż-żejt kellu l-akbar daqqa 'l isfel f 'dawn l-aħħar erba' snin. Huwa qal li bħalissa qed jispikka s-silenzju min-naħa tal-Gvern għar-reazzjonijiet tal-Oppożizzjoni u tal-unjins, fejn qed jintalab li jingħata kumpens lill-familji għal dawn iż-żidiet tal-fuels. Iż-żieda fil-prezzijiet tal-fuels hija tat-tħassib ukoll għan-negozji ż-żgħar li diġà qegħdin ibatu biex ilaħħqu mal-ispejjeż li dejjem jiżdiedu. Dr Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa' jitkellem fuq l-enerġija flimkien mal-istakeholders kollha f 'dan is-settur. Adrian Delia qal li l-ammont tal-karozzi fit-toroq tagħna huwa wieħed esaġerat. Dan meta l-istatistika turi li sal-aħħar ta' Ġunju kien hawn kważi 400,000 vettura fit-toroq f 'Malta u Għawdex meta pajjiżna għandu fost l-agħar kwalità tal-arja fl- Ewropa u sfortunatament 600 jmutu kull sena minħabba mard respiratorju. Huwa qal li l-unika soluzzjoni tal-Gvern hija li jwessa' t-toroq u jżid in- numru tal-karozzi tal-linja, li mbagħad jispiċċaw jeħlu fit-traffiku. Meta l-Gvern għaddej bil-politika li jkabbar l-ekonomija bil-popolazzjoni bi 15,000 fis-sena, in-numru tal-karozzi fit-toroq se jibqa' jiżdied u se naslu f 'punt ta' staġnar. Adrian Delia qal li jeħtieġ li jkollna sistema tat-trasport tal-massa li tkun effiċjenti, puntwali u b'ħarsien sħiħ tal-ambjent. Għall-Partit Nazzjonalista, l-ambjent huwa prijorità assoluta, għaliex mal-ambjent għandhom isiru l-investimenti l-oħra bħal sistema tat-trasport tal- massa li ma tħammiġx sabiex innaqqsu l-mard u r-rata tal-imwiet minħabba l-arja mniġġsa. Dan biex il-Maltin u l-Għawdxin igawdu minn kwalità ta' ħajja aħjar. Il-PN diġà qed jaħdem fuq hekk u se jkun qed iressaq pjan fit-tul u effettiv. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia tkellem dwar ir-riforma fi ħdan il-partit immexxija minn Louis Galea u qal li l-PN se jkun qed iqajjem iżjed għarfien fost id-deputati, il-kunsillieri, il-membri u kull minn jimmilita fil-partit dwar kif jintużaw bl-aħjar mod il-mezzi soċjali, dan biex il-kritika tibqa' waħda kostruttiva. Adrian Delia qal li dan l-eżerċizzju se jwassal għal konferenza nazzjonali għall-benefiċċju ta' bosta setturi u oqsma, biex il-Partit Nazzjonalista jkun minn ta' quddiem fl-edukazzjoni dwar l-użu tal-mezzi soċjali. 'Il-familji u n-negozji qegħdin ibatu' - Delia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019