Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504
Sports 26 illum Il-Ħadd 4 Awwissu 2019 KURT Cassar - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali f 'dawn l-aħħar snin u li dejjem għamel unur għal pajjiżna fejn żgur li se jibqa' jagħmel dan, hekk kif għadu kemm ingħaqad ma' Torino fis- Serie A2. Huwa nnifsu tana iktar dettalji: "Wara staġun ġewwa Piacenza fl- Italja għall-ewwel sena fil-livell A2 fejn lgħabt 32 logħob (kampjonat u play-outs) ftit tal-ġimgħat ilu, wasalt Malta. Kelli l-aħħar logħba l-Erbgħa u l-Ħamis inżilt Malta peress li l-Ħadd kellna nitilqu lejn il-Montenegro biex nieħdu sehem fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar (GSSE). Dan fisser li ma kellix mistrieħ u għamilt tliet 'training sessions' biss mat-tim ta' Malta. Bdejna t-tournament b'rebħa imma mbagħad tlifna tliet logħbiet u ġejna fir-raba' post minn ħamsa. Ma tantx konna ppreparati b'nuqqas ta' taħriġ flimkien imma xorta waħda din kienet esperjenza sabiħa. Dawn il-logħbiet isiru kull sentejn u Malta ħa torganizza dawn il-logħob fl-2023. Wara li spiċċajt dan it-tournament ħadt brejk ta' ġimgħa għax ħassejt li kelli bżonn u mbagħad komplejt nitħarreġ u għadni sal-lum il-ġurnata, peressli fil-15 t'Awwissu, nibdew bil- pre-season u rrid nasal hemm fl-aħjar forma kemm fiżikament kif ukoll teknikament. Ġunju kien żmien li nibda nara x'timijiet kien hemm li kienu interessati fija peressli ma' Piacenza kont sena b'self. Flimkien mal-aġent tiegħi konna nitkellmu kuljum u huwa dejjem kien jaġġornani. Ġurnata minnhom qalli b'dan it-tim li jismu 'Reale Mutua Torino'. Għal dan it-tim, kollox huwa ġdid għax huwa proġett li ħa jibda mill- istaġun li ġej. Ma stajtx nirrifjuta u l-ġurnata ta' wara ffirmajt magħhom u xi ġimagħtejn ilu sirt uffiċjalment plejer ta' Torino fis-Serie A2. Issa qed ingawdi naqra l-vaganzi tal- aħħar u fl-istess ħin nitħarreġ ukoll. L-ewwel logħba tal-istaġun hija tas- Supercup li se tkun fit-8 ta' Settembru li ġej. Dan l-istaġun se jkun is-sitt wieħed tiegħi barra minn Malta, eżattament ġewwa l-Italja. Nixtieq nagħmel kuraġġ lill-plejers ta' kull sport li meta jkollhom opportunità li jilagħbu barra minn xtutna, imorru mill-aktar fis possibbli.Wara s-sitt staġun li ħa nibda dalwaqt, nibda ngħid qisu lbieraħ li kont mort għall-ewwel staġun nilgħab barra minn Malta. Għalhekk taqtgħux qalbkom u ibqgħu tħarrġu b'saħħitkom kollha!" Kurt Cassar jingħaqad ma' Torino s-Serie A2 minn Cristian Antony Muscat Kurt Cassar, wieħed mill-aqwa plejers li pproduċa l-basketball lokali Nixtieq nagħmel kuraġġ lill-plejers ta' kull sport li meta jkollok opportunità li tilgħab barra minn xtutna, imorru mill- aktar s possibbli. Wara s-sitt staġun li ħa nibda dalwaqt, nibda ngħid qisu lbieraħ li kont mort għall- ewwel staġun nilgħab barra minn Malta.