Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bażikament jien bdejt nilgħab il- futbol ta' seba' snin. Minn ta' età żgħira ħafna ħabbejt lil dan l-isport, fejn saħansitra niftakar li kull fejn kont immur dejjem kont nieħu l-ballun miegħi. Dak iż-żmien qabel ma ddeċidejt li ningħaqad ma' klabb kont nilgħab il-futbol anke fit-toroq ma' sħabi. Il-karriera tiegħi bdejtha ma' Pietà Hotspurs u minn hemm l-imħabba tiegħi dejjem baqgħet tikber. Nista' ngħid li l-futbol dejjem kien parti kbira minn ħajti u dejjem kelli dik l-ambizzjoni biex ikolli karriera ta' suċċess u għadha tinsab fija sal- ġurnata tal-lum. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? L-aħħar staġun fuq nota ġenerali kien wieħed mimli tlajja' u nżul. Avolja ma rnexxilniex nilħqu l-għanjiet prinċipali tagħna bqajna għaddejjin u magħqudin mill-bidu sal-aħħar. Sfortunatament ma bdejniex l-istaġun kif xtaqna però bqajna naħdmu u dawwarna l-istaġun għal wieħed pożittiv. Fil-bidu tal-ewwel rawnd konna qegħdin fil-qiegħ tal-klassifika però bil-motivazzjoni u l-ħidma tal-kowċis kif ukoll tal-plejers ġejna viċin ħafna biex nirbħu l-kampjonat. Nemmen li kien ħaqqna aħjar bit- talent li kellna fl-iskwadra però xorta waħda kien kampjonat pożittiv fejn ma qtajniex qalbna u dawwarna l-istaġun fuq nota pożittiva. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Personalment naħseb li dan il-format huwa aħjar milli kellna qabel u naħseb ukoll li huwa xi ħaga pożittiva ħafna. B'14-il tim fil-Premier hemm aktar kompetizzjoni bejn it-timijiet u l-kampjonat hu aktar interessanti. Meta nikkumparaw il-kampjonat Malti ma' kampjonijiet barranin ukoll naraw li Malta jintlagħbu anqas logħob, jiġifieri dan il-format fil-fehma tiegħi huwa aħjar minn dak li kellna qabel. Hekk kif żdiedu n-numru ta' klabbs fil-kampjonat Premier il-perjodu ta' żmien bejn logħba u oħra naqas aktar u jien nemmen li dik hija xi ħaġa tajba ħafna kemm għall kampjonat kif ukoll għall-plejers. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Fil-quċċata tal-kampjonat tal- Premier insibu diversi klabbs li tista' tgħid kull staġun jirnexxielhom iżommu posthom hemm, allura nemmen li dik il-konsistenza tgħin biex ftit jew wisq tara differenza fil- livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt. Meta t-timijiet isiefru u jilagħbu kontra timijiet ta' livell għoli awtomatikament tgħin lill- plejers itejbu l-livell tagħhom ukoll. Fuq in-naħa l-oħra għalkemm jaf ikun hemm differenza fil-livell bejn iż-żewġ timijiet, kemm-il darba naraw timijiet li jinsabu fil-qiegħ tal- klassifika u jagħtu logħba tajba jew saħansitra jieħdu l-punti massimi mat-timijiet ta' fuq. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Din il-proposta li saret ta' 11-il plejer barrani f 'tim ta' Premier hi ftit argumentattiva. Din jaf tkun pożittiva għall- kampjonat hekk kif taf ittejjeb il-livell ġenerali però jaf ukoll li l-barranin li jiġu jilagħbu Malta mhux dejjem ikunu ta' livell għoli u jieħdu post plejers Maltin ta' livell aħjar. Personalment dwar din il-proposta naħseb li tista' tkun ta' ġid u fl-istess ħin ma tkunx. Jaf tkun ta' ġid għaliex jekk dejjem jinġiebu plejers barranin ta' esperjenza u livell għoli, il-livell tal-kampjonat Premier se jitjieb. Dan filwaqt li jaf tkun ukoll negattiva għat-talent Malti, hekk kif forsi l-plejers Maltin ikollhom anqas ħin ta' logħob, però għal darb'oħra din il-kompetizzjoni taf ittejjeb ukoll il-livell tal-plejers. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Fil-fehma tiegħi naħseb li iva hemm każijiet fejn il-barranin li jiġu mhux dejjem ikunu ta' livell għoli aktar mil-livell tal-plejers Maltin. Insibu diversi barranin li huma ta' kwalità, ta' eżempju, u anke pedini importanti għat-tim, però dan mhux dejjem ikun il-każ. Jiġu wkoll barranin li ma jkunux ta' livell u xi drabi ma jkollhomx dik il-ħeġġa fihom. Dan filwaqt li kemm-il darba rajna barranin li jiġu jagħmlu staġun u jitneħħew mill-klabb għax ma jkunux ta' kwalità għolja. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Il-grawnds li nilagħbu fihom mhux kollha huma ta' qagħda tajba. L-aqwa grawnd hu l-Istadium Nazzjonali f 'Ta' Qali għaliex jinżamm f 'kundizzjoni tajba. Però, hemm grawnds fejn l-art mhix tajba biżżejjed, ma jxarrbuhomx, u ma jiħdux wisq ħsiebhom li jwasslu għal ħafna injuries. Madankollu l-grawnds fejn jintlagħab il-logħob, tnejn biss mhumiex artifiċjali, fejn jiena nemmen li għandu jkun hawn aktar. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Dwar il-kontroll tar-referis, naħseb li dan l-istaġun kien hemm ħafna deċiżjonijiet tajbin u l-logħob kienu kkontrollati tajjeb. Kien hemm ukoll xi partiti fejn saru żbalji, però wieħed irid jifhem ukoll li ma tintużax teknoloġija, 'Fil-ħajja trid tkun ippreparat tasal l-opportunità teħodha' Cristian Antony Muscat Lee Pisani - talent żagħżugħ ta' Sliema Wanderers u li m'hemmx dubju li qed iħabbat il-bieb tat-tim tal-kbar tal-Blues. Huwa talent żagħżugħ ta' Sliema Wanderers M'hemmx dubju li qed iħabbat il-bieb tat-tim tal-kbar tal-Blues Waħda mill-ħolmiet tiegħu hi li l-fu- tur jirnexxilu jilgħab barra minn Malta LEE PISANI Fil-karriera tiegħi dejjem imxejt pass pass, b'hekk l-futur nixtieq li kif jasal il-ħin opportun inkompli l-karriera tiegħi barra minn Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019