Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 Aħbarijiet 4 WARA ġimgħat twal ta' rapporti, inkluż fuq din il-gazzetta, il-ġimgħa l-oħra, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar illi l-Ministru Helena Dalli se tkun qiegħda tiġi nnominata bħala l-Kummissarju Ewropew l-ġdid ta' Malta. Minkejja d-deċiżjoni ta' Muscat, Dalli issa trid tgħaddi mit-test tal-Parlament Ewropew (PE) li f 'seduta f 'Settembru li ġej se jkun qed jiddeċiedi b'maġġoranza jekk japprovax lill- Kummissarji jew le. Għaldaqstant, fix-xenarju tant possibbli li Dalli tingħata l-barka mill-PE, ikollhom jerġgħu jinfetħu l-pakketti ta' voti ta' Dalli u ssir elezzjoni każwali sabiex jimtela s-siġġu vakanti fuq it-tielet distrett. Fid-dawl ta' dan kollu, l-ILLUM tat ħarsa lejn il-possibilitajiet kollha f 'dan ir-rigward, b'mod speċjali dwar min huma dawk il-kandidati li l-aktar għandhom ċans li jispiċċaw fil- Parlament. Micallef u Calleja fuq quddiem nett L-aktar żewġ kandidati li qegħdin f 'ċans tajjeb li jispiċċaw fil-Parlament huma l-eks preżentatur ta' TVM u eks membru tal-Partit Nazzjonalista; Jean Claude Micallef u s-Sindku ta' Wied il-Għajn; Mario Calleja. Dan għaliex dawn iż-żewġ kandidati se jibdew b'vantaġġ kbir ġaladarba jinfetħu l-voti ta' Dalli minħabba li meta waqgħu mit-tiġrija biex jiġu eletti fuq it-tielet distrett, Dalli wirtet 266 vot mingħand Micallef u 97 mingħand Calleja. Minkejja li Micallef jidher li għandu vantaġġ kbir fuq Calleja xejn mhu ċert hekk hemm diversi fatturi oħra li jafu jiddeterminaw it-tiġrija, fosthom li l-kandidati għandhom jiddikjaraw l-interess tagħhom għas-siġġu vakanti. Ta' min jinnota li sentejn ilu għall- Partit Laburista kienu kkontestaw fuq it-tielet distrett 14-il kandidat. Finalment kienu ġew eletti Chris Fearne, Carmelo Abela, Helena Dalli u Silvio Grixti. Filwaqt li Owen Bonnici, Chris Agius, Etienne Grech (by- election) u Joe Mizzi kienu ġew eletti minn distrett ieħor. Il-kandidati li baqgħu b'xiber imnieħer kienu: Kenneth Spiteri, Sebastian Muscat, Marion Mizzi, Edric Micallef u Jean Claude Micallef. Fattur ieħor li jaf jiddetermina l-eżitu tal-elezzjoni każwali hu l-kunċett ta' donkey votes, jiġifieri meta persuna tivvota kronoloġikament, minn fuq sa isfel. Hawnhekk, jista' jagħti l-każ li Calleja jgawdi aktar minn dawn it-tip ta' voti hekk kif huwa jinsab qabel Micallef fuq il-lista. Hu mifhum ukoll li l-kwota finali sabiex jiġi elett xi wieħed minn dawn il-kandidati mistennija tkun ta' 1,947 vot. Hekk kif din tiġi kkalkulata fuq nofs il-kwota oriġinali. Micallef jew Calleja fuq quddiem għall-Parlament Jekk Dalli tingħata l-barka mill-Parlament Ewropew tinħoloq tellieqa għas- siġġu tagħha. Min se jispiċċa okha l-Parlament? X'inhuma l-fatturi li jafu jiddeterminaw l-eżitu tal-elezzjoni? L-ILLUM tistaqsi lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Jean Claude Micallef Mario Calleja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019