Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum stajna għamilna aħjar u x'se nbiddlu ..." Qed niġu mal-ewwel 10 fl-Ispecial Olympics, grazzi wkoll lil Marigold Induru fuq Anna li sa issa kienet kwieta, tisma' lill- oħrajn. Jidher illi minkejja l-għajnuna kollha ta' Marigold, l-akbar impatt kien fl-Ispecial Olympics, fejn biss biss, minn 200 parteċipant illum Malta għandha mal- 1,800 parteċipant f 'dixxiplini differenti. Kien waqt li bdiet tara lit-tfal tal-Ispecial Olympics għaddejjin bit-taħriġ li fil-fatt ħarġet l-idea tal-għawma għall-karità ta' Michelle Muscat. "Kienet qaltli," tibda tispjega Anna, "li qed tispira lilha nnifisha minn dak li bdew jagħmlu l-atleti tagħna u xtaqet tagħmel l-istess." Minn 199 pajjiż kompetitur, ħafna minnhom b'kontinġenti ta' 300 u ġieli 400 persuna, Malta kienet fost l-aqwa 10 pajjiżi fl-aħħar Special Olympics, li saru f 'Abu Dhabi. Imma kif għenet f 'din it- trasformazzjoni l-Marigold? "Biex nagħtik eżempju, jiena kont obbligata mal-Kontiġent intella' tabib għal kull erba' parteċipanti. Ma' kull 10 atleti kelli bżonn intella' żewġ persuni li jgħinuhom, ma ninsewx li hawn qed nitkellmu fuq persuni b'diżabilità," sostniet. Kompliet tispjega kif l-ispejjeż ma jiqfux hemmhekk u fakkret illi biex l-atleti Maltin ma jkunux inqas minn, imma daqs ħaddieħor jeħtieġ jinxtraw golf clubs, l-ilbies, il-boċċi u aktar. "Qed inħarsu lejn eluf f 'tagħmir li jeħtieġ jinbdel kull sena," qalet Anna. "U mhux hekk biss. Pereżempju, it-tim tal-futbol ma kkwalifikax għal- Logħob Dinji, imma kkwalifika għall- olimpjadi tal-pajjiżi ż-żgħar, bgħatnihom. Tajna opportunità lil dawk li ma telgħux il-Logħob Dinji u aktar." Anna tfakkar illi dawn l-affarijiet kollha jiswew il-flus u li kieku ma kinitx għall- għajnuna ta' Marigold ma kinux isiru l-passi kbar li saru. L-aħjar testimonjanzi ġġibhom meta titkellem mal- atleti u tara l-ġid li nħoloq. "Qed niġu mal-ewwel 10 f 'kompetizzjoni, fejn is-soltu qatt ma nirbħu xejn. Hija xi ħaġa vera sabiħa," irrimarka l-Profs Xuereb. Magro jgħid ukoll illi grazzi għal Marigold issa l-NGOs jistgħu jiltaqgħu f 'post il- Marsa, imsejjaħ 'The Meeting Place' fejn jistgħu mbagħad ilaqqgħu l-membri tagħhom. Post mitluq użat għal skopijiet ħżiena, illum inbidel f 'post fejn qed isir tant u tant ġid." "Din hija xi ħaġa inkredibbli," jgħid il-Prof, waqt li jurina ritratti ta' tfal u l-ġenituri fis-social hub. "Meta tara dan il-ġid kollu, tgħid li allaħares inħallu l-attakki jwaqqfuh," jisħaq Magro mal-ILLUM. "Qed nara tant stejjer ta' suċċess." Jennifer Xuereb staqsiet, rettorikament; "meta tara dan il-ġid kollu. X'tagħmel? Ma tagħmel xejn għax qed issir il-kritika?" L-Alleanza Maltija għall-Mard Rari: kelma bejn tnejn biex tħossok aħjar U finalment il-Fondazzjoni Marigold hija 'omm' l-Alleanza Maltija għall-Mard Rari, li titmexxa għaliha u li kienet ukoll frott l-idea ta' Michelle Muscat. Robert Xuereb jispjega kif hawn numru ta' persuni li jkollhom kundizzjoni li tkun rari ħafna, bil-konsegwenza li ħafna mill-mediċini jiswew ħafna u ħafna flus, xi kultant eluf kbar kull sena. L-Alleanza m'għandhiex biżżejjed riżorsi biex tħallas għall-mediċini, iżda minflok tagħti għajuna ta' appoġġ morali u psikoloġiku lil dawk li għandhom xi tip ta' mard rari. Mal-gazzetta ILLUM Xuereb ifakkar illi apparti din ir-realtà, kiefra għal min m'għandux ir-riżorsi, hemm ir-realtà tal-fatt illi dawn il-persuni ma tantx jistgħu jsibu l-wens u l-appoġġ mingħand persuni madwarhom. Jekk persuna, pereżempju, ikollha z-zokkor jew tumur, għall-inqas tista' ssib il-wens ta' xi ħadd li qed jifhem eżatt minn xiex għaddejja. Jekk inti l-unika persuna, jew wieħed minn ftit, li jkollok kundizzjoni hija aktar diffiċli." Magro jispjega kif l-alleanza torganizza laqgħat biex jitlaqqgħu flimkien persuni li għandhom mard rari u "taf kemm ikunu qed jistennewhom dawn il-laqgħat – jagħmlulhom il-ġid." U l-futur? U finalment, il-futur ta' Marigold? "Inkomplu għaddejjin bil- ħidma, inkomplu noħolqu okkażjonijiet biex niġbru l-fondi u nkomplu nqajmu għarfien," twieġeb Jennifer. U jekk titlaq Michelle mill- Marigold x'jiġri? "Ma nistax nimmaġina li Michelle titlaq mill-Marigold," ittemm tgħid. Għaqdiet mhux Governattivi li jixtiequ jagħmlu kuntatt mal-Fondazzjoni Marigold jistgħu jibagħtu email fuq: info@marigold.org.mt u info@rarediseasesmalta.com Nista' nsemmi wkoll il-ġurnata li Muscat tqatta' ma' persuni li qed isegwu kors il-Caritas; tmur tagħmel xirja u ssajjar magħhom u tiekol magħhom u nagħmlu ġurnata niddiskutu u xi kultant jiftħu qalbhom magħna. Il-fatt li hija mart il-PM tgħin Robert Xuereb Jennifer Xuereb Michelle Muscat u Anna Calleja, il-kowċ tal-għawm