Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

illum | Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 8 Aħbarijiet Minn Albert Gauci Cunningham DIN il-gazzetta tista' tivżela kif 11-il sena ilu, ftit biss qabel ma ġiet nieqsa Charlene Farrugia, il-Pulizija mill- Għassa tal-Qawra, kienu ġabruha f 'Buġibba wara li kienet qalgħet xebgħa, allegatament mill-eks maħbub tagħha. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta sostnew illi Farrugia kienet instabet fi Triq Efesu, fl-istess lokalità mbenġla u bid-demm ukoll. Jirriżulta, qalu s-sorsi lil din il-gazzetta, li Farrugia kellha argument mar-raġel li kienet qed toħroġ miegħu, li mhux darba jew tnejn xellef difrejh mal-liġi, l-aktar dwar serq minħabba problema tad-droga. Triq Efesu hija l-istess triq fejn hemm l-appartament li kienet tgħix fih Charlene u li fih hu mifhum li sar dan il-qtil barbaru. Kien dan l-inċident partikolari li wassal lill-Pulizija biex ikollhom suspett fl-eks maħbub ta' Farrugia, li iżda sa issa qatt ma rriżulta xejn dwaru. Dan huwa fatt ġdid f 'din il-kobba mħabbla li għad trid tibda tinħall meta u jekk John Paul Charles Woods jitkellem, xi ħaġa li s-sorsi tal-gazzetta ILLUM qalu li mhux qed tiġri. Is-sorsi fil-Korp tal-Pulizija li tkellmu mal-ILLUM, sostnew illi Farrugia ma riditx tieħu passi u lanqas xtaqet tmur l-Isptar biex tieħu l-kura meħtieġa. Minkejja dan, is- sorsi jispjegaw kif Farrugia ma kellhiex għażla u kellha tmur l-Isptar. Kuntrarjament għall-artiklu f 'gazzetta lokali, ma kienx John Paul Charles Woods li kien interrogat mill-Pulizija 11-il sena ilu, imma l-eks maħbub tat-tfajla. "Woods qatt ma deher fix- xena u qatt ma kellna xejn li jwasslna għalih," qal is-sors. "Ma tistax tgħid li l-eks maħbub tagħha ma baqax ta' interess għall-Pulizija tul dan iż- żmien, iżda malli kien arrestat Woods, kollox inbidel għax aħna lil dan lanqas biss konna nafu bih f 'din l-istorja," sostna s-sors tal-gazzetta. Woods u l-vjolenza fuq nisa Li hu ċert huwa li Woods għandu track record pjuttost negattiv fejn jirrigwarda vjolenza fuq in-nisa. Fil-fatt nhar it-3 t'Awwissu 2016, hu nstab ħati illi mingħajr ma kellu l-intenzjoni li joqtolha, ikkaġuna ġrieħi gravi fuq Josephine Cassar. Il-Qorti ordnat lil Woods biex ma jersaqx lejn il-vittma filwaqt li ammetta l-akkużi miġjubin kontrih. L-istess Woods instab ħati li kkaġuna ġrieħi ta' natura gravi fuq Ritienne Cardona nhar it-8 ta' Ġunju 2017. Għal darb'oħra huwa ammetta l-akkużi miġjuba kontrih. Lura fl-2012, il-Qorti kienet sabet lil Woods ħati illi seraq mowbajl u flus għall-valur ta' ftit aktar minn €2,300. L-aħħar darba li Woods daħal il-Qorti kien ftit ilu meta nstab ħati ta' serqa ta' €2,329 mill- ħanut Convenience fil-Gżira. Il-qabda tiegħu mill-Pulizija spiċċat daret fuq filmat li rawh ħafna nies u li xxandar fuq il- bullettini tal-aħbarijiet. Kienet il-gazzetta ILLUM li reġgħet qajmet il-każ hekk kif f 'artiklu nhar il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018, irrappurtat lill-Ispettur Joseph Busuttil mill-Vice Squad fil-Korp tal-Pulizija jgħid illi s-sistema tas-CVA tal-Belt Valletta kienet irreġistrat il-karozza ta' Farrugia dieħla l-Belt, imma mhux ħierġa. Issa qed jirriżulta illi jista' jkun li l-karozza dak il- ħin ma kinitx qed tinstaq minn Charlene imma minn persuna oħra li ttrasportat il-katavru mqatta' biċċiet għal ġo garaxx. L-eks maħbub ta' Charlene, bħal Woods, xellef difrejh mal- ġustizzja diversi drabi, l-aktar minħabba l-vizzju tad-droga. Fosthom fl-2007, il-Qorti sabitu ħati illi seraq mutur mill-Isla fl-1999, li fis-sena 2000 għamel b'Lm500 ħsara fuq mutur u li saq mingħajr liċenzja. F'Novembru 2012, il-Pulizija sabitu ħati (hu ammetta l-ħtija) ta' serqa ta' karozza tal-għamla Fiat. Dakinhar, il-Maġistrat Francesco Depasquale kien ordna li jidħol fi programm kontra l-vizzju tad-droga u biex ikompli jingħata l-kura f 'Monte Carmeli. Hu kien akkużat ukoll illi kien qabbad bieb ta' barra ta' residenza u l-aħħar darba li kellu jerġa' jidħol il-Qorti kien din is-sena stess, meta l-Qorti laqgħet it-talba għal- libertà proviżorja fuq garanzija personali ta' €10,000. NB – M'aħniex qed nippubblikaw l-isem tal- eks maħbub tal-vittma għaliex minkejja dak li qed nirrapportaw, il-Pulizija għadha qatt ma ressqet ebda akkuża jew ħadet passi kontrih minkejja li għaddew 11-il sena. Kuntrarjament, il-Pulizija arrestat lil Woods wara li dan indika fejn kienu l-fdalijiet tal- katavru ta' Charlene Farrugia. Woods instab ħati darbtejn bi vjolenza fuq nisa Il-Pulizija ma kienu jafu xejn fuq ir- rabta bejn Woods u Farrugia u lura - 2008 kienu min ok interrogaw lill-eks sieħeb ta' Charlene Farrugia. L-ILLUM tiżvela inċident illi h il-vittma nstabet imbenġla triq f'Buġibba u żewġ każi illi hom il-Qorti sabet lil Woods ħati ta' vjolenza... Woods, waqt li kien qed jiġi arrestat fil-Gżira

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019