Illum previous editions

ILLUM 4 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1151504

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 4 ta' Awwissu 2019 | illum Minn Albert Gauci Cunningham GĦADDIET ġimgħa u s-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista kkalmat xi ftit, wara elezzjoni li fiha kien determinat il-futur ta' Adrian Delia. Imma għax 'ikkalmat' is-sitwazzjoni ifisser illi kollox sew? Ifisser li bdiet it-triq tal-fejqan? Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn ir-riżultat u tanalizza għalfejn ir-riżultat, minkejja li pożittiv, mhux xi wieħed li dwaru Delia jista' jkanta vittorja. Nagħmlu dan bi sfond storiku ta' voti ta' kunfidenza li ffaċċjaw Eddie Fenech Adami, Alfred Sant u Lawrence Gonzi. Dan kien vot fi ħdan partit f 'Malta mhux elezzjoni ġenerali Il-vot tas-Sibt ma kienx vot f 'elezzjoni ġenerali imma vot intern f 'partit politiku f 'Malta. Qed inżidu 'f 'Malta' għaliex meta wieħed janalizza dan ir- riżultat jeħtieġ jieħu kont tar-realtà tax- xenarju politiku lokali, fejn għall-aħħar snin il-lealtà lejn il-mexxej jew il-Kap kienet prattikament assoluta. F'kull każ riċenti ta' vot illi fih kienet mitluba l-opinjoni tal-Kunsilliera/ Delegati dwar il-Kap/Mexxej, dan dejjem rebaħ bil-kbir. Din hija riflessjoni tal-lealtà assoluta li hija mistennija mill-Kunsillieri lejn il-Kap/ Mexxej. Eddie Fenech Adami kien rikonfermat fl-1996 u Alfred Sant fl-2004, hekk kif it-tnejn, xi ftit jew wisq kienu taħt pressjoni mill-partit tagħhom stess. Fenech Adami kien tilef elezzjoni tal-1996 li kulħadd ħaseb li se jirbaħ u allura kien beda l-ippuntar tas- swaba'. Minkejja li ħafna waħħlu f 'John Dalli minħabba d-dħul tal- VAT, kien Fenech Adami stess li fl-awtobijografija tiegħu qal illi kien hemm diskors fil-partit biex jitneħħa, prinċipalment minn Louis Galea. Hu jgħid li kien iffaċċjah u qallu li hu kien lest jappoġġja suċċessur. Minkejja dan, Fenech Adami baqa' u kiseb kważi 100% f 'vot li kien sar fl-Istamperija (l-antika). Dakinhar is-sala u t-triq tal-Istamperija (minn fejn tidħol għall-istudjos tat-televiżjoni llum) kienu mimlijin partitarji Nazzjonalisti li marru biex juru l-appoġġ tagħhom lil Eddie. Alfred Sant ukoll kien għadda minn dan it-test fl-2004, meta kien se jirriżenja mbagħad baqa'. Hu kien kiseb 66% mill-voti, ftit inqas minn kemm kiseb Delia issa. Dan iżda f 'kuntest tal-fatt illi sa din is-sena Sant kien diġà ilu Mexxej Laburista 12-il sena, rebaħ elezzjoni, tilef tnejn u tilef referendum (tal-UE). L-istess Lawrence Gonzi. Meta talab vot ta' fiduċja fil-PN, ukoll kien taħt pressjoni kbira hekk kif il-Gvern kien qed jiġi sfidat minn Franco Debono, Jeffrey Pullicino Orlando u oħrajn. Fil-fatt għal xhur sħaħ il-Gvern Nazzjonalista, ma kienx għad fadallu maġġoranza fil-Parlament. Dakinhar Gonzi kien kiseb 851 vot jew 96.5% tal-Kunsilliera, bi 22 biss jivvutaw kontra. Dan kollu juri illi Delia għadu qed ibati u jikkumpara mal-agħar mumenti ta' popolarità ta' Alfred Sant, dak iż-żmien miexi għat-tielet telfa elettorali (2008). Għalkemm 32% huma minoranza, meta wieħed iqis dan kollu li għidna flimkien mal-lealtà mistennija fil- politika lokali, din tfisser minoranza pjuttost konsiderevoli. Delia diġà indika li se jieħu kont ta' dawk li vvutaw biex hu jitlaq u fil- verità ma tantx għandu għażla ħlief li jagħmel dan. Paralleli mar-rebħa ta' Delia fl-2017 Sa ċerta punt dan ir-riżultat jista' jitqabbel ma' dak tal-2017, illi fih Adrian Delia sar Kap tal-Partit Nazzjonalista. Għalfejn? Għaliex mhuwiex riżultat assolut favur Delia. Fl-2017, wara kampanja qalila u kważi velenuża fil-Partit Nazzjonalista, Delia kiseb maġġoranza ta' 52%, riżultat li ħalla lill-partit kważi maqsum min-nofs. Huwa vera li min jikseb il-maġġoranza għandu jmexxi, iżda 52% kien biżżejjed biex jirbaħ imma mhux biżżejjed biex jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala Kap u jkollu s-saħħa morali u politika biex imexxi. Il-vot tas-Sibt li għadda, fost il- Kunsilliera, għalkemm kien iktar favur Delia (68%) xorta ħalla dak il-bieb miftuħ ta' tama fost dawk li ma jridux lil Delia jibqa'. Huwa riżultat li m'għalaqx il-bibien kollha għall- possibilità li Delia jitneħħa qabel jew (iktar probabbli) wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Ir-riżultat tas-Sibt li għadda jfisser illi minkejja li s'issa dejjem rebaħ l-elezzjonijiet interni, Delia qatt ma rebaħ b'mod illi jkun f 'pożizzjoni fejn it-tmexxija tiegħu jkollha l-appoġġ assolut tal-partit. Adrian Delia rebaħ vot dwaru u se jibqa' jmexxi l-partit. Imma bi 32% għadu l-Kap bl-akbar reżistenza interna u jitqabbel ma' Alfred Sant meta kien ilu 12-il sena Mexxej u wara żewġ telet elettorali. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn l-voti ta' duċja -aħħar 23 sena ... Delia: il-vot li ma solva xejn u li ħalla bieb miftuħ lir-ribelli Eddie Fenech Adami, Lawrence Gonzi u Alfred Sant ilkoll rebħu bil-kbir meta ffaċjaw vot fit-tmexxija tagħhom

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 August 2019