Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 GARY Carr - fost l-aqwa plejers ta' kull żmien fil-blackball u li permezz tal-unuri li kiseb fil-karriera tiegħu għamel unur u ġieħ lil pajjiżna barra minn xtutna f 'kompetizzjonijiet internazzjonali. Huwa nnifsu tana iktar dettalji: L-unuri l-iżjed prestiġjużi fil-karriera tiegħi fl-isport tal- Blackball huma: Malta Premier Division kategorija tat-timijiet rebbieħ ħames darbiet mat-tim 147 Snooker Hall. L-iżjed rebħa riċenti waslet fis- sena 2018. Għandi rekord tal-uniku plejer Malti li rbaħt 20 tazza fil- kategorija tat-timijiet fl-istorja tal-'Malta Eight Ball Federation'. Irbaħt ukoll 18-il tazza mat-tim 147 Snooker Hall u żewġ tazzi ma' San Ġwann Boċċi Club. Fuq bażi individwali kont Champion ta' Malta fil-Kategorija Under 23 fis-sena 2016 u Champion ta' Malta fil-Kategorija tal-Irġiel fl-2017. Irbaħt ukoll 12-il ranking tournament fil-kategorija Under 23 kif ukoll ħames ranking tournaments fil-kategorija tal- Irġiel. Dawn huma l-unuri li rbaħt f 'kompetizzjonijiet Internazzjonali: Midalja tal-fidda fl-Under 23 World Team Championships Midalja tal-bronż fil-Mens 2018 European Team Championships Midalja tal-fidda fil-Mens 2019 European Team Championships Wasalt sal-Kwarti-Finali (Last 8) fil-European Nations Cup fil- kategorija tal-Irġiel Individwali fejn ħadu sehem 128 plejer, liema kompetizzjoni saret fil-Lukanda Dolmen fil-Qawra. Unur għal qalbi wkoll huwa meta l-Prim Ministru, Joseph Muscat stieden lili u lit-tim Malti ġewwa Kastilja u tana rikonoxximent ta' meta ksibna l-midalja tal-bronż fil-Kampjonat Mondjali tal-2018. Nemmen li jien l-iżjed plejer dedikat li hawn f 'Malta f 'kull logħba tal-cue sports speċjalment fil-blackball. Din id-dedikazjoni ttieħdet minn missieri Joe Carr, li ilu kantant b'dedikazzjoni assoluta għal dawn l-aħħar 40 sena bla waqfien. Il-ħolma tiegħi hija li nirbaħ midalja tad-deheb f 'kompetizzjoni internazjonali individwalment kif ukoll mat-tim Malti u nemmen li din il-ħolma se ssir realtà f 'inqas minn ħames snin oħra għax il-livell tal-plejers Maltin huwa għoli ħafna u dejjem nagħtu motivazzjoni lil xulxin u nitjiebu individwalment. Il- motivazzjoni tiegħi biex inkun ta' suċċess tiġi minn sportivi internazzjonali ta' sports oħrajn. Dawn huma Ronnie O'Sullivan (Snooker), Michael Van Gerwen (Darts) u Cristiano Ronaldo. Nemmen li dawn huma l-aqwa ta' kull żmien fl-isport tagħhom u tara lilom jilagħbu jimmotivak li tkun l-aqwa u jtuk kuraġġ li kollox huwa possibbli jekk temmen fik innifsek. Fil-futur nixtieq li l-blackball jibqa' f 'ħajti u nkompli nagħti sodisfzzjon lin-nies li jsegwuni u nkompli nilgħab f 'isem Malta u nġib l-unuri lejn pajjiżna. illum Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 'Nixtieq li l-blackball jibqa' f'ħajti u nġib l-unuri lejn pajjiżna' Garry Carr minn Cristian Antony Muscat Garry Carr u t-tim jingħataw rikonoxximent mill-Prim Ministru Gary Carr

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019