Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835
Sports 30 illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Il-ġenituri tiegħi jgħidu li meta kont għadni żgħir u kienu jixtruli xi ġugarell, jien kont ninfexx nibki u ngħidilhom li rrid 'paċi' li huma qatt ma fehmu x'ridt ngħid biha. Però, darba konna għaddejjin minn quddiem ħanut fejn ilmaħt ballun tal-futbol tal-plastik u bdejt nippunta lejh u ngħid il-kelma 'paċi' li apparentament kienet il-kelma li vvintajt biex nirreferi għall-ballun tal-futbol. Minn dejjem intektek b'dan il- ballun u nkisser 'l hemm u 'l hawn sakemm kien ċempilli z-ziju tiegħi meta kelli seba' snin u kien staqsieni jekk nixtieqx nibda nilgħab il-futbol u minnhemm bdejt l-avventura tiegħi fin-nursery ta' raħal twelidi, Ħaż- Żabbar. X'taħseb dwar dak kollu li urejtu matul l-aħħar staġun bħala Żebbuġ Rangers? L-istaġun li għadda għaddejtu ma' Żebbuġ Rangers b'self mingħand il-klabb ta' Vittoriosa Stars. Nista' ngħid li kien staġun ta' ħafna emozzjonijiet. Fis-sajf kont ġejt avviċinat mill- kowċ Edgar Degabriele u kien għoġobni l-pjan li kien qiegħed jitfassal għal dan it-tim kif ukoll emmint u għadni nemmen fil- potenzjal ta' kull plejer li kien jifforma parti minn dan it-tim u fuq kollox l-għaqda li kien hemm fit-tim kienet impekkabbli bi plejers żgħażagħ u determinati kkumplimentati bi plejers ta' esperjenza vasta fil-Kampjonat Premier bħal Clive Brincat. Bdejna pjuttost fuq nota negattiva fejn wara numru ta' riżultati negattivi u forsi anke xi ftit sfortuna fejn jidħlu injuries, konna f 'pożizzjoni xejn pjaċevoli u bdejna niġġieldu biex insalvaw postna fl-Ewwel Diviżjoni. Għalkemm ma kienx żmien feliċi, l-għaqda ta' bejnietna kienet ferm ikbar minn dan il-mument negattiv li konna għaddejjin minnu. F'Jannar kien hemm ukoll il-bidla tal-kowċ meta ġie maħtur Clive Mizzi bħala kowċ. Wara li sofrejna telfa fl-aħħar minuta tal-partita kontra t-tim promoss ta' Gudja United, ir- rota bdiet iddur u l-għaqda, id- determinazzjoni li kellna lkoll flimkien biex noħorġu minn din is- sitwazzjoni bdiet tħalli l-frott. Wara numru ta' riżultati pożittivi, inkluż rebħa kontra ċ-Champions Sirens, li konna l-uniku tim li rbaħnielhom żewġ logħbiet, dħalna għall-aħħar fażi tal-kampjonat nemmnu li nistgħu noħolqu sorpriża u niksbu t-tielet post li kien ifisser post għall-play-off. Fl-aħħar mill-aħħar spiċċajna fis- sitt post u konna wieħed mill-aqwa timijiet fejn tidħol difiża. Żgur mhux forsi li dan l-istaġun u dan it-tim li ħdimt miegħu ħa jibqa' f 'qalbi u ma neskludix li nerġgħu naħdmu flimkien fil-futur qrib. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Naqbel, speċjalment għall-fatt li hemm numru ta' timijiet li qed jutilizzaw il-massimu ta' barranin li jistgħu jilagħbu. B'14-il tim, dejjem ħa jkollok żewġ timijiet li ġew promossi, possibilment tlieta jekk jintrebaħ il-play-off, li dawn jagħtu spazju lil żgħażagħ promettenti li jkunu jistgħu jesprimu t-talenti tagħhom u jittamaw li jiġbdu l-attenzjoni ta' timijiet iktar ikkwotati u jagħmlu l-qabża li jkun hemm bżonn. Tieħu minn timijiet bħal Pietà Hotspurs, St Andrews, li dejjem kellhom livell tajjeb ta' żgħażagħ li wara staġun fl-ogħla livell attiraw interess minn klabbs fin-naħa ta' fuq tal-klassifika u wkoll ġew mgħajta mat-tim nazzjonali Malti. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Differenza ħa jkun hemm dejjem u din narawha f 'kampjonati ikbar minn dak ta' Malta. Biss però bil-format il-ġdid, il- kampjonat qed jibqa' miftuħ sal- aħħar ftit ġranet fejn min għadu qed jiġġieled għall-kampjonat, min biex iżomm postu, post fl-Ewropa, min jilgħab il-playoff eċċ. Partikolarment din is-sena rajna tim bħal Senglea Athletic li minn Jannar 'l hemm, kiseb riżultati tajbin ħafna anke kontra timijiet iktar ikkwotati minnhom. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Ma naqbilx għall-fatt li għalkemm ħafna klabbs jinsistu li jekk plejer Malti huwa kapaċi biżżejjed jista' jagħmilha xorta nemmen li ċ-ċans għal żgħażagħ promettenti biex jagħmlu l-qabża li jmiss se tkun iktar diffiċli. Ħaġa oħra li ma naqbilx magħha hija li hawn ċerti klabbs li jippreferu jaraw filmat ta' plejers barranin u jġibuh għall-prova milli jinżlu jaraw 'Dan l-istaġun jista' jkun fundamentali il-qabża li jmiss u nilgħab fil-Kampjonat Cristian Antony Muscat Dion Fava - plejer ta' Vittoriosa Stars -Ewwel Diviżjoni li matul l-istaġun li għadda kien misluf lil Żebbuġ Rangers. Qed iħares lejn l-istaġun li ġej bħala wieħed ferm importnati l-karriera tiegħu, bil-mira li jaqta' xewqtu u jilgħab l-Kampjonat Premier. Huwa plejer ta' Vittoriosa Stars -Ewwel Diviżjoni li matul l-istaġun li għadda kien milsuf lil Żebbuġ Rangers Qed iħares lejn l-istaġun li ġej bħala wieħed ferm importnati l-karriera tiegħu. Għandu l-mira li jaqta' xewqtu u jilgħab l- Kampjonat Premier DION FAVA Il-logħba tal-futbol hija wisq sabiħa u apparti l-aspett kalċistiku hemm l-aspett uman. Il-logħba tal-futbol tgħinek issir bniedem aħjar