Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 B'TALLINJA jaqbillek konna ngħidu u sa ċerta punt għad hawn min jgħidha wkoll. Fil-verità qatt ma kien hemm messaġġ li ġie injorat daqs dan mill-maġġoranza tal-Maltin. Fil-fatt ftit inqas minn tliet kwarti tal-poplu Malti tal-linja ma jużawhiex, skont sondaġġ xjentifiku li qed tagħmel il-gazzetta ILLUM li huwa maqsum f 'żewġ partijiet. Fl-ewwel parti (ara paġni 8 u 9) rajna x'jaħsbu n-nies dwar il-proġett tas-Central Link. F'dawn il-paġni qed nagħtu ħarsa lejn x'mezz ta' trasport jużaw in-nies biex jivvjaġġaw f 'pajjiżna. Ir-riżultati huma pjuttost miżeri f 'dak li għandu x'jaqsam it-trasport alternattiv u juri kemm fil-fatt il-Maltin għandhom għal qalbhom il-karozzi u għadom iqisuhom bħala l-unika u l-aqwa mezz ta' trasport. Fil-fatt huma 16.8% biss li jipperferu tal- linja, ikkumparat mat-80% li jippreferu l-karozzi. Dan is-sondaġġ huwa xi ftit ta' aħbar ambjentali ħażina hekk kif jidher li għadna wisq 'il bogħod biex nibdew nittamaw illi l-Maltin qed iduru bi ħġarhom għal alternattivi tat-trasport. Il-gazzetta ILLUM staqsiet: X'inhu l-mezz ta' trasport li tippreferi tuża? Il-ġenerazzjoni ta' bħalissa u ta' għada l-inqas li jużaw it- trasport pubbliku! L-agħar riżultat ta' dan is-sondaġġ, għall-prospetti tat-trasport pubbliku, huwa li l-użu tiegħu bħala t-trasport favorit huwa l-inqas fost dawk li għandhom bejn 18 u 35 sena u allura kif rajna f 'paġni 8 u 9, fost dawk li huma aktar konxji tal-bżonn li jkun protett l-ambjent. Fost din il-ġenerazzjoni huma biss 7.3% li qalu illi jippreferu jużaw it-trasport pubbliku, l-inqas fost l-etajiet kollha imma mhux wisq 'il bogħod minn kemm jippreferu tal-linja dawk li għandhom bejn 35 u 50 sena. Fil-fatt, biex is-sitwazzjoni tkun agħar, fost dawk ta' mezza età, il-preferenza għall-użu tat-trasport pubbliku titla' biss għal 9.6%. Il-ġenerazzjonijiet Maltin li jużaw it-trasport pubbliku huma dawk aktar anzjani, anke jekk il-persentaġġ tal-użu jibqa' dejjem taħt il-50%. Huma 18.5% ta' dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena li jippreferu t-trasport pubbliku u 39% ta' dawk aktar minn 65 sena li jippreferu t-trasport pubbliku. Fir-realtà għalkemm ogħla, dawn xorta jibqgħu persentaġġi baxxi kkumparati ma' kemm parteċipanti tas- sondaġġ jippreferu l-karozza bħala l-mezz tat-trasport li jużaw. L-Għawdxin jużaw tal- linja aktar mill-Maltin It-trasport pubbliku huwa iktar popolari f 'Għawdex, forsi grazzi għall-fatt li hawnhekk it-traffiku u d-distanzi huma ħafna inqas milli huma f 'Malta. Minn dawk li pparteċipaw, irriżulta li 23.6% tal-Għawdxin jippreferu t-trasport pubbliku, li huwa ħafna iktar mill-medja ta' Malta f 'dan is-sondaġġ: 15.5%. L-inqas li huwa meqjus bħala mezz ta' trasport ippreferut, allura probabbilment, l-inqas li jintuża huwa fost in-nies tat-Tramuntana tal-pajjiż bi 8.4%. Dan jista' jkun frott ta' distanzi itwal kif ukoll li t-Tramuntana jinkorpora fost l-aktar lokalitajiet iffullati u li minnhom jitilgħu mijiet (jew eluf) ta' turisti u barranin kuljum. It-tieni l-inqas li huwa meqjus bħala trasport ippreferut huwa fost dawk li jgħixu fil-Punent tal-pajjiż fejn it-trasport pubbliku huwa preferut minn 9.5% biss ta' dawk li pparteċipaw fis-sondaġġ. Il-persentaġġi huma ftit B'tal-linja jaqbillek inqas minn kwart Minkejja ħafna diskors u anke inizjattivi, in-nies għadhom jippreferu u jridu l-karozzi. Sondaġġ xjenti ku tal-gazzetta ILLUM juri kif 80.6% għadhom jippreferu l-karozza lwaqt li huma 16.8% biss li jippreferu t-trasport pubbliku bħala l-mezz ta' trasport favorit... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham B't inqas minn kwart X'inhu l-mezz tat-trasport li tippreferi? Karozza 80.6% Taxi 0.6% Mixi 1.0% Oħrajn 0.3% Tal-linja 16.6% L-Għawdxin b'inqas rabta mal-karozza F'dan is-sondaġġ l-Għawdxin huma fost l-aktar li jippreferu tal-linja bi 23.6% bħala mezz ta' trasport. Jirriżulta wkoll li huma fost l-inqas li jippreferu l-karozzi b'66.8%.