Illum previous editions

ILLUM 11 August 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1153835

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Aħbarijiet Il-Ħadd 11 ta' Awwissu 2019 | illum ogħla fit-Tramuntana tal-Port (18.2%), fix-Xlokk (21.4%) u fin-Nofsinhar tal-Port (20.3%). Jekk mort l-Università, probabbilment tippreferi l-karozza U d-differenzi fir-rigward tat-trasport pubbliku ma jiqfux biss mal-ġeografija u l-età iżda wkoll mal-edukazzjoni. Dan is-sondaġġ jindika ċar illi hemm ċans ikbar li persuna tuża t-trasport pubbliku jekk ikollha livell aktar baxx ta' edukazzjoni u inqas ċans jekk ħadet edukazzjoni terzjarja. Fil-fatt, minn dawk li pparteċipaw 34% ta' dawk li għandhom edukazzjoni primarja jippreferu t-trasport pubbliku filwaqt li huma 7.8% biss ta' dawk b'edukazzjoni terzjarja li jippreferu t-trasport pubbliku. Dawk li għandhom edukazzjoni sekondarja u post-sekondarja u li jippreferu tal-linja jitilgħu għal 16% u 17.3% rispettivament. Il-karozza tibqa' l-aqwa għażla ta' ħafna Il-karozza tibqa', u bil-kbir, l-aktar mezz ta' trasport li l-Maltin iħobbu jużaw. L-inqas grupp ta' nies li jużaw il-karozza privata huma dawk il-persuni ta' iktar minn 65 sena hekk kif 58.7% (biss!) jużaw karozza. Dawn huma segwiti minn persuni b'edukazzjoni primarja, fejn xorta dan il-mezz ta' trasport jintuża minn 65.3%. Dawn iż-żewġ gruppi huma fost it- tlieta l-iktar li jużaw t-trasport pubbliku. Min-naħa l-oħra dawk li jużaw l-inqas it-trasport pubbliku, jiġifieri persuni b'edukazzjoni terzjarja u dawk bejn 18 u 35 sena, huma l-iktar illi jippreferu l-karozza. Fil-fatt skont l-istħarriġ ta' din il-gazzetta, 90.6% ta' dawk li marru l-università u 90.8% ta' dawk li għandhom bejn 18 u 35 sena, jippreferu l-karozza. L-irġiel jippreferu l-karozza (83%) ftit iktar min-nisa (78.3%), filwaqt li aktar kemm tiżdied l-età, iktar jonqos l-użu tal-karozza. Minn 90.8% fost dawk li għadhom żgħażagħ għal 86.1% fost dawk bejn 35 u 50 sena għal 79.4% fost dawk li għandhom bejn 51 u 65 sena sa 58.7% fost dawk li għandhom iktar minn 65 sena. F'Għawdex, it-tielet grupp illi fih jintuża l-aktar it-trasport pubbliku, 66.8% jippreferu l-karozza. Nimxu? U ma tarax... Nimxi? U tgħid mhux hekk! Fil-fatt il-mixi, bħar-rota, huwa fost l-inqas mezzi ta' trasportazzjoni favoriti. Il-persentaġġi jaqgħu kollha taħt il-marġini ta' żball u allura n-numri, għalkemm jeżistu, huma insinifikanti. F'diversi gruppi lanqas biss kien irreġistrat iktar minn 0% (li jfisser illi n-numri jkunu żgħar ħafna). L-aktar li kienu rreġistrati persuni li qalu illi l-mixi huwa l-mezz ta' vvjaġġar favorit kien fost dawk li kellhom edukazzjoni post-sekondarja b'4%. jaqbillek ... imma kwart jużawha Tal-linja jew karozza? Skont l-edukazzjoni li għandek... L-ikbar inkwiet... il-ġenerazzjoni tal-lum u ta' għada mhumiex jużaw tal- linja! L-ikbar inkwiet dwar it-trasport pubbliku mhuwiex kemm jużawh, daqs kemm huwa min jużah. Dan is-sondaġġ juri kif iż-żgħażagħ mhumiex qed jużaw it-trasport pubbliku, b'7.2% u 9.5% biss jgħidu li qed jużawh fost dawk bejn 18 u 35 sena u 36 u 50 sena, rispettivament. Huma l-anzjani l-aktar li jużaw it-trasport pubbliku. Dan is-sondaġġ sar bejn id-29 ta' Lulju u t-2 ta' Awwissu. Ipparteċipaw 549 persuna. Il-marġini ta' żball huwa ta' +/-5%.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 August 2019